Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

Kif tista' tikkwantifika kwalità ta' ħajja tajba? Hemm diversi mezzi u metodi varji. Li tgawdi minn bżonnijiet bażiċi u l-abbiltà li tgawdi ukoll mill-affarijiet essenzjali tal-ħajja huma mezzi ovvji, u mhux negozjabbli meta niġu għal stil ta ħajja diċenti. Iżda, kif jgħid il-qawl Malti: Il- bniedem ma jgħixx bil-ħobż biss. Dan l-aħħar rajna investiment bla preċedent fi proġetti li huma importanti għal pajjiżna, għaliex iħallu ġid kbir u jagħtu l-ħajja u l-motivazzjoni lil ġurnata ordinarja. Dawn il-proġetti mhux biss jikkontribwixxu lejn kwalità ta' ħajja tajba, iżda huma investimenti li qed iseħħu fl-interess nazzjonali tagħna u huma ta' benefiċċju minn perspettiva ekonomika, kemm fl-immedjat kif ukoll għaż-żmien futur. Il-Gvern mhux qed jinvesti biss f 'numri, strutturi u bini, iżda qed jinvesti f 'dak li jinsab fil-qalba tal-interess ta' pajjiżna. Eżempju primarju huwa t-tħabbira tal-korsa l-ġdida tat- tlielaq tal-karozzi , investiment ta' €20 miljun li se ssir ġewwa Ħal Far. Din mhix biss aħbar sodisfaċenti għad-dilettanti tal-karozzi, iżda hija wkoll spinta għall-ekonomija Maltija. Iċ-ċifri ekonomiċi huma impressjonanti, u l-proġett se joħloq impjiegi għas-snin li ġejjin. Irrid inżid li dan l-investiment mhuwiex biss dwar in-numri. Għal bosta snin, id-dilettanti tal-motorsport kellhom jaffaċċjaw ruħhom bil-kundizzjonijiet preżenti li tinsab fiha t-trakka, jew inkella jmorru barra minn pajjiżhom biex jipprattikaw l-isport li tant iħobbu. Din is-sitwazzjoni diskriminatorja kienet kemm frustranti kif ukoll perikoluża, peress li ħafna rrikorrew għal prattiċi li ma kinux eżattament sikuri għall-atleti tal-motorsport u għal dawk li jsegwuh. L-investiment tal-NDSF ifisser li dawn il-problemi mhux biss jiġu solvuti, iżda li n-Nofsinhar ta' Malta se jkun qed jitpoġġa fuq il-mappa Mediterrajna bħala l-'post' ideali għad-dilettanti tal- motorsport. Dak huwa mezz ta' kif tbiddel sitwazzjoni attwalment negattiva f 'waħda pożittiva ħafna, kemm għall-entużjasti kif ukoll għan-negozji. Dawn tal-aħħar żgur li se jibbenefikaw mill-ammont ta' viżitaturi li se jkunu qed jħarsu lejn Malta għall-prattiċità ta' dan l-isport. B'riżultat ta' dan, se jkun qed joħloq impjiegi full-time u part-time, jindirizza kwistjonijiet bħall-istaġjonalità turistika, u se jagħti lenti professjonali lil dawk li għandhom għal qalbhom dan l-isport. Min-naħa l-oħra, wieħed jistaqsi ukoll, imma x'se jiġri mill-kwalità ta' ħajja tar-residenti li jgħixu fil-viċin. Din hija tabilħaqq mistoqsija valida mmens. Huwa interessanti li tara bosta pjanti u ideat differenti ta' dan il-proġett li ġew ippreżentati matul is-snin. Dan saħansitra ġab il-kritika ta' xi wħud, li jargumentaw li dan huwa pjan ieħor li qatt mhu se jsir realtà. Il-verità tinsab fil-fatt li proġett massiv bħal dan jeħtieġ studji u riċerki intensivi. Nippreferi li l-gvern jieħu direzzjoni kawta iżda studjata, biex jiżgura li t-trakka tal- karozzi u l-muturi fil-fatt tnaqqas u ma żżidx il-livelli ta' storbju attwali. Nippreferi li l-gvern jieħu l-ħin tiegħu biex isib sit li mhix f 'żona ta' żvilupp barrani. Nippreferi li individwi bħall-President tal-FIA jesprimu l-entużjażmu tagħhom biex jassistu lill-awtoritajiet Maltin fiċ-ċertezza li l-vetturi jilħqu ċertu livell fejn jidħlu l-istorbju u l-emmissjonijiet li jarmu. Dan hu parti minn kullana ta' investimenti imnedija mill-NDSF li jħalli benefiċċji fit-tul. Aħna lkoll se nibbenefikaw mill-appoġġ finanzjarju li qed jingħata mill- Aġenzija NSDF, lill-atleti Maltin u Għawdxin. Min ma jiħux pjaċir jara lil pajjiżu jirbaħ u jġib ir- riżultati mixtieqa? U għaldaqstant dan ir-rebħ li rridu naraw ifisser kollu kemm hu investiment: fil-kowċis, fit-tagħmir sportiv u fir-riżorsi adekwati. Ħames miljun ewro bla preċedent ġew investiti f 'atleti Maltin li se jikkompetu fil- Logħob tal-Pajjiżi Żgħar Ewropej fl-2023. Dan l-investiment mhux biss se jimmotiva lill-atleti kurrenti, iżda se jixpruna aktar żvilupp fil- ħiliet sportivi tagħna. Fil-qosor, il- gvern bagħat messaġġ ċar: jemmen fit-talent lokali tagħna, u jrid jgħolli l-livell. Dan kollu jfisser serħan il-moħħ għal dawk li jieħdu l-passjoni tagħhom bis-serjetà. Filwaqt li nsemmi serħan il-moħħ, ma nistax ma nsemmix l-intenzjoni tal-gvern li jipprovdi lill-każini tal-baned b'sigurtà ta' mandat. Il-gvern beħsiebu jinnegozja ma' sidien ta' proprjetà privata sabiex jakkwistaw bini tal-każin tal- banda, u jelimina l-biża' tagħhom li jisfaw imkeċċija. Is-sidien se jingħataw prezz ġust, il-każini tal-baned se jkollhom ċertezza, iżda l-pajjiż se jibbenefika wkoll, u jikseb assi ġodda. Il-każini tal-baned mhumiex se jingħataw il-proprjetà bħala rigal iżda dawn il-proprjetajiet se jkunu kapital, proprjetà tagħna lkoll. Il-fatt li hemm fondi disponibbli biex jappoġġjaw lil tant nies fl-isforzi tagħhom mhix koinċidenza. Anzi, huwa frott il-ħidma ta' dan il-gvern, li jmexxi l-investiment dirett barrani b'mod li qed jasal fil- komunitajiet tagħna. Inizjattivi li jistgħu jwasslu għal residenza jew ċittadinanza qed jirriżultaw f 'dan it-tip ta' investiment. M'hemmx dubju li proġetti bħal dawn imwettqa f 'pajjiżna se jkunu qed jagħtu l-investiment xieraq li l-Maltin u l-Għawdxin kollha jixirqilhom. Li ninvestu fin-nies se tibqa' tkun prijorità assoluta għalina. Insuqu fid-direzzjoni t-tajba Alex Muscat huwa s-Segretajru Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet 23 opinjoni illum • IL-ĦADD 10 TA' OTTUBRU 2021 Alex Muscat Disinn tat-trakka tal-karozzi li se ssir f 'Ħal Far Il-Gvern mhux qed jinvesti biss f'numri, strutturi u bini, iżda qed jinvesti f'dak li jinsab fil-qalba tal-interess ta' pajjiżna. Eżempju primarju huwa t-tħabbira tal- korsa l-ġdida tat-tlielaq tal-karozzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021