Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 10 TA' OTTUBRU 2021 KONSULTAZZJONI PUBBLIKA Agħti l-opinjoni jew is-suġġerimenti tiegħek dwar id-dokument li jipproponi investiment ta' €29 miljun FOND EWROPEW GĦALL-MARITTIMU, IS-SAJD U L-AKKWALTURA 1. It-trawwim ta' industrija tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bioloġiċi fil-baħar; 2. It-trawwim ta' attivitajiet ta' akkwakultura sostenibbli, u l-ipproċessar u l-promozzjoni ta' prodotti tal-ħut u ta' l-akkwakultura biex hekk tkun żgurata is-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni Ewropea. Niżżel id-dokument ta' Konsultazzjoni Pubblika minn: www.eufunds.gov.mt Ibgħat is-sottomissjonijiet tiegħek lil: consultationemfaf@gov.mt sas-22 t'Ottubru, 2021. FEMSA għal Malta 2021-2027 huwa programm ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Iżvliupp Reġjonali 2014-2020 Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali Il-PN jitlef żewġ reġjuni hekk kif Kunsilliera tiegħu ma marrux jivvutaw jew ivvutaw indipendenti Il-Partit Nazzjonalista tilef il-maġġoranza f 'żewġ reġjuni: Tat-Tramuntana u dak ta' Għawdex, biex issa għandu maġġoranza ta' Kunsilliera f 'reġjun wieħed biss, jiġifieri dak tal-Lvant, li jinkludi l-Kunsilliera ta' Tas- Sliema u l-lokalitajiet tal-madwar. Ilbieraħ iżda l-PN tilef ir-reġjun tat- Tramuntana li jinkludi l-lokalitajiet tan-Naxxar, San Pawl il-Baħar, il-Mosta, l-Imtarfa, il- Mellieħa, Ħ'Attard, Ħal Balzan, San Ġwann u l-Imġarr. Hawnhekk il-PN għandu 39 Kunsillier filwaqt li l-Labour għandu 37. Minkejja dan il- Partit Laburista kiseb 41 vot filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 30 vot. Sorsi qalu lis-sit illum.com.mt illi filwaqt li l-Kunsilliera tal- PL kważi kollha - ħlief wieħed - ivvotaw lill- kandidat Laburista, numru ta' Kunsilliera tal-PN jew ma vvotawx jew saħansitra vvutaw lill-Kunsillier tal-PL. Dan se jfisser illi Clifford Galea Vella Maslennikov se jkun l-ewwel President tar-Reġjun tat-Tramuntana f 'isem il-Partit Laburista. Intant il-PN tilef ir-reġjun ta' Għawdex ukoll - fejn ukoll għandu maġġoranza ta' Kunsilliera - hekk kif Samuel Azzopardi, eks Sindku tar- Rabat Għawdex ħareġ għal din l-elezzjoni bħala indipendenti. Azzopardi kiseb 49 vot filwaqt li Robert Tabone f 'isem il-PN kiseb 20 vot mill- Kunsilliera. Azzopardi - li fl-elezzjoni għal Kap ġdid tal-PN kien qed jappoġġja lil Adrian Delia - kien diġà President ta' dan ir-reġjun iżda f 'isem il-Partit Nazzjonalista. Huwa mium li diżgwid li kellu mal-PN wasslu biex joħroġ bġala indipendenti. Dan ifisser li l-PL issa qed imexxi erba' reġjuni: Port, Nofsinhar, Punent u Tramuntana. Il-PN għandu maġġoranza fir-reġjun tal-Lvant biss, filwaqt li Għawdex immexxija minn kandidat indipendenti. Clifford Galea Vella Maslennikov huwa l-ewwel President Laburista tar-Reġjun tat-Tramuntana, fejn il-PN dejjem kellu maġġoranza - il-PN jitlef ir-Reġjun ta' Għawdex ukoll għall-Kandidat indipendenti Samuel Azzopardi Clifford Galea Vella Maslennikov Waqt ċerimonja li saret fl-Għarb, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u ċ-Chairperson tal- Malta Trust Foundation Marie- Louise Coleiro Preca flimkien mal-President tal-Mental Health Association Pauline Camilleri, fetħu Dar Il-Kantuniera fil- qalba tar-raħal tal-Għarb. Dan wara li ġie ffirmat ehim bejn il-Ministeru għal Għawdex, il-Malta Trust Foundation u l-Mental Health Association Gozo sabiex jiġu offruti servizzi ġodda fil-komunità, ikluż l-akkomodazzjoni għal persuni bi sfidi ta' saħħa mentali. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li "l-qasam soċjali huwa dejjem prijorità fil- ħidma tagħna bħala Gvern u bħala Ministeru għal Għawdex u permezz ta' din id-Dar, għall-ewwel darba se nkunu qed noffru servizzi ġodda fil-qasam tas-saħħa mentali li se jingħataw fil-komunità stess. Konna kommessi li nwettqu dan il-proġett għaliex irridu ntejbu l-kwalità tal- ħajja ta' dawn il-persuni u nemmnu bis-sħiħ li l-kura fil-komunità hija ta' ħafna aktar ġid għall-individwu. Din id-Dar hi fil-fatt l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f 'Għawdex." Il-Ministeru għal Għawdex se jieħu ħsieb il-ħlas tal-kiri ta' Dar il- Kantuniera biex tiġi użata għal dan il-proġett, kif ukoll il-manutenzjoni tal-post u t-tindif u jipprovdi u jinstalla CCTV fuq il-post fost affarijiet oħra. Barra minn hekk, il- Ministeru għal Għawdex se jkun qed jgħaddi lill-Malta Trust Foundation is-somma ta' €606,000 fuq medda ta' 3 snin biex jitħallsu l-ħaddiema li hemm bżonn biex titmexxa d-dar. Minn naħa tagħha l-Malta Trust Foundation f 'kollaborazzjoni mal- Mental Health Association Gozo se jkunu qeghdin jieħdu ħsieb it- tmexxija tad-dar, il-programm terapewtiku u se jagħmlu tajjeb għall-ispejjes rikorrenti għall- ħtiġijiet tar-residenti. Il-Ministru Camilleri spjega kif permezz ta' din id-dar se tkun qed titqajjem kuxjenza biex tinbidel il-preċezzjoni tan-nies u nippromwovu mġiba li tiffavorixxi saħħa mentali tajba. Iċ-Chairperson tal-Malta Trust Foundation Marie-Louise Coleiro Preca stqarret li "il-komunità hija komponent importanti ħafna fl- appoġġ li jkollhom bżonn diversi persuni bi sfidi ta' saħħa mentali. Dar 'Il-Kantuniera' f 'Għawdex se tkun qed tilħaq l-għan li tgħin fit-tħejjija ta' persuni bi sfidi ta' saħħa mentali biex jerġgħu lura fil- komunità tagħhom." Iffirmat ftehim sabiex għall-ewwel darba f'Għawdex jiġu offruti servizzi fil-qasam tas-saħħa mentali fil-komunità

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021