Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' OTTUBRU 2021 • illum 'Sidien għadhom qed japplikaw biex jaċċettaw biss klijenti mlaqqma ... wasalna għall-aħħar pass' Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lid- Deputat President tal-Kamra għan- Negozji Żgħar u Medji għaliex, sa issa, huma ftit is-sidien ta' stabbilimenti li għażlu li jaċċettaw biss klijenti li huma mlaqqma. L-inċentivi jagħmlu sens? YENDRICK CIOFFI Id-Deputat President tal- Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, Philip Fenech, saħaq mal-gazzetta ILLUM li għad hemm sidien ta' stabbilimenti, partikolarment ristoranti u barijiet li qed japplikaw biex jaċċettaw biss klijenti li huma mlaqqma u għalhekk igawdu minn inċentivi. Saħaq li anke jekk għall-istabbilimenti mdaqqsa dawn l-inċentivi jagħmlu aktar sens, xorta waħda kulħadd għadu fl-istess ilma. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Fenech wara li din il-ġimgħa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li sa issa, 20 ristorant u bar applikaw biex jaċċettaw biss persuni mlaqqma, qabel ma kien ippubblikat l-Avviż Legali. Fil-fatt, l-Assoċjazzjoni għall- Istabbilimenti tal-Ikel (ACE) għamlet stħarriġ u rriżulta li 86.3% tas-sidien li ħadu sehem qalu li mhumiex lesti jaċċettaw biss klijenti mlaqqma. Xi sidien li tkellmu mal-gazzetta ILLUM, partikolarment fil-Belt Valletta, wkoll qalu li mhux se jaċċettaw biss nies imlaqqma, kemm għax 91% tal-popolazzjoni hija mlaqqma u anke għax għalihom, l-inċentivi li ngħataw mhux se jagħmlu wisq differenza. Mistoqsi dwar dan, Fenech saħaq li għad hemm sidien li qed japplikaw u l-proċess għadu għaddej. Insista li wara kollox hemm diversi fatturi li fuqhom is-sidien se jkunu qed jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom. Għal stabbilimenti kbar jagħmlu aktar differenza... Ikkonferma anke hu li għall- istabbilimenti li huma żgħar, x'aktarx li l-inċentivi mhux se jagħmlulhom xi differenza kbira. Fakkar li dawk l-istabbilimenti li jaċċettaw biss klijenti imlaqqma jistgħu jnaqqsu d-distanza ta' bejn l-imwejjed għal 1.5 metri. "Jekk stabbiliment huwa żgħir, b'distanza ta' 1.5 metri, xorta waħda mhux se jirnexxielhom idaħħlu aktar imwejjed. X'aktarx li dawn xorta waħda minn dejjem kienu jservu nies mal-imwejjed għax huma żgħar," qal Fenech. Insista wkoll li anke jekk dawn l-istabbilimenti jistgħu jagħlqu fit-3pm minflok fis-2pm, hemm minnhom li xorta waħda dejjem jagħlqu qabel. Mill-banda l-oħra saħaq li dawn l-inċentivi jagħmlu ħafna sens għall-istabbilimenti li huma akbar fid-daqs u li jinżammu f 'żoni magħrufa għad-divertiment fejn in-nies jinġabru sa tard bil-lejl. Fi kliemu, għal dawn l-istabbilimenti, inqas distanza bejn l-imwejjed se jfisser li jistgħu jakkomodaw it imwejjed oħra u anke jkabbruhom minn sitta għal tmienja. Mużika għolja se tgħinhom ukoll. "Għal dawn, siegħa oħra miuħa tagħmel differenza. Aktar ma jgħaddi l-ħin, il-klijenti aktar jonfqu u hemm ċans ukoll li l-klijenti jinbidlu u jidħlu oħrajn. Il-klijenti, minflok se jispiċċaw fit-triq jew jixorbu fuq il-bajja, se jagħmlu siegħa oħra fl- istabbiliment," insista. Kien hawn li saħaq li wieħed irid jara s-sid x'jaqbillu u anke l-mudell tan- negozju tiegħu. Dan huwa l-aħħar pass ... Iżda l-ILLUM tistaqsih jekk għandhomx jitneħħew aktar miżuri, aktar u aktar issa li s-sitwazzjoni hija taħt kontroll. Għaliex se noqogħdu nżidu siegħa siegħa? "Dan huwa l-aħħar pass. Anke l-awtoritajiet qalulna hekk. Issa x'fadal? Li min għandu l-liċenzja jkun jista' jiaħ sal-4am u li tonqos id-distanza soċjali, dejjem jekk dan se jkun possibbli. Dan il- virus u l-ispazju jimxu id f 'id. Ma ninsewx," insista Fenech. "L-aħħar it sforz. Ara minn fejn tlaqna. Kien hemm żmien fejn konnha qed niħu għall-ikel ta' nofsinhar biss. Issa wasalna sa hawn." Fi kliemu, meta kienu qed jiddiskutu mal-awtoritajiet, talbu inqas restrizzjonijiet għall- istabbilimenti, irrispettivament jekk jaċċettawx klijenti mlaqqma jew le. Madanakollu l-awtoritajiet spjegaw li għalissa kienu lesti jnaqqsu r- r e s t r i z z j o n i j i e t għal dawk li jaċċettaw biss klijenti mlaqqma. "X'tagħmel? Ma taċċettax? Tieħu li tista'," saħaq. Diskriminatorja kieku l-Gvern qabad u ddeċieda Insista li hemm sidien li qed jisħqu li dawn ir-regoli huma diskriminatorji, kemm għax forsi huma mhux se jgawdu minnhom u forsi wkoll għax id-deċiżjoni spiċċat f 'idhom. "Diskriminatorja kieku l-Gvern qabad u ddeċieda hu għall- kulħadd. Id-deċiżjoni qiegħda f 'idejn is-sid u jara hu x'jaqbillu," kompla jisħaq. "Jekk għandek post kbir u kera għolja, jaqbillek taċċetta biss persuni li huma mlaqqma." Insista li kulħadd irid in- normalità inkluż huma li jirrappreżentaw lis-sidien tan- negozji u l-istabbilimenti tal- ospitalità u tad-divertiment. "Aħna nixtiequ naraw in-nies mill-ġdid ipoġġu mal-bar u jixtru għax hekk se jonfqu aktar. Imma l-awtoritajiet qed jisħqu li għadna ma wasalnix sa hemm. Inkomplu miexja pass pass," appella Fenech. "Fid-diskussjonijiet mal- awtoritajiet jiena tkellimt ċar. Impatt dejjem se jkun hemm, imma it it qed noqorbu. Nerġa' ngħid, ara minn fejn tlaqna." Dwar is-sidien ta' stabbilimenti żgħar li mhux igawdu minn dawn l-inċentivi, għax għalihom bihom u mingħajrhom xorta, Fenech insista li anke jekk l-istabbilimenti l-kbar setgħu gawdew aktar, xorta waħda ħadd mhu qed jaħdem bil-kapaċità massima. "Kollox huwa relattiv. Post akbar, għandu wkoll aktar spejjeż. Jekk stabbiliment, f 'sitwazzjoni bla pandemija kien idaħħal għaxart imwejjed u issa, bl-inċentivi l-ġodda żied żewġt imwejjed għal tmienja, xorta waħda mhux jaħdem bil-kapaċità massima. Xorta kulħadd fl-istess ilma għadu," kompla jisħaq. Temm jappella biex kulħadd iżomm saqajh mal-art u jibqa' jimxi mal-miżuri li jħabbru l-awtoritajiet. Fi kliemu, l-indikazzjonijiet għax-xhur li ġejjin huma tajbin u dan bis- saħħa tal-kawtela li biha l-pajjiż mexa fl-aħħar ġimgħat. Philip Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021