Illum previous editions

ILLUM 10 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1418270

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 10 TA' OTTUBRU 2021 aħbarijiet Il-Ministru għall- Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ippreżenta l-istrateġija għall-allokazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali. F'konferenza, kif fil-fatt kien diġà żvela mal-gazzetta ILLUM ta' nhar il-Ħadd li għadda, ħabbar li fl-aħħar ġranet l-Awtorità tad- Djar bdiet proċess ta' allokazzjoni ta' djar fis-siti l-ġodda tal- akkomodazzjoni soċjali, parti mill-akbar proġett ta' bini ta' akkomodazzjoni soċjali fl-aħħar 40 sena. "Fil-housing m'aħniex nagħtu ċavetta għal dar ġdida imma ċavetta għal ħajja ġdida u aktar b'saħħitha", sostna l-Ministru Galdes filwaqt li ppreżenta programm sħiħ ta' allokazzjonijiet li għandhom jieħdu sal-2023. Mal-ILLUM Galdes kien qal illi sal-aħħar ta' din is-sena se jkunu tqassmu xejn inqas minn 300 appartament ta' housing soċjali, minn proġett li qed ikopri 22 sit u 1,700 post tal-housing - aktar milll-1,400 applikazzjoni li qed tistenna quddiem l-Awtorità tad- Djar bħalissa. "Kien hemm bżonn metodu ta' politika mibnija fuq l-imħabba lejn in-nies u lejn min jeħtieġ l-aktar", qal il-Ministru Galdes. Qal ukoll li kien hemm bżonn li jissaħħaħ l-istokk b'sistema u bi pjan integrat u ħolistiku li jaħseb fil-bżonnijiet speċifiċi. Din kienet l-innovazzjoni li saret minn stil ta' management by crisis fl-akkomodazzjoni soċjali, b'soluzzjonijiet ġeneriċi, għal management by design li jindirizza l-għerq tal-isfidi soċjali", qal il-Ministru Galdes. Il-programm tal-allokazzjoni fid- dettall F'dawn il-jiem beda l-proċess ta' allokazzjonijiet tas-siti l-ġodda tal-akkomodazzjoni soċjali mill- Awtorità tad-Djar. L-applikanti se jkunu avżati minn kmieni meta u fejn se jkunu ħa jidħlu fid-dar il- ġdida tagħhom. Il-Ministru ħabbar li mill-ogħla punt tagħha fl-2017 ta' 3,288, il- waiting list se tonqos b'60% sal- aħħar ta' din is-sena (2021) għal 1,321. 279 familja ħa jidħlu fid- dar ġdida tagħhom kmieni s-sena dieħla (2022) fis-siti l-ġodda f 'Birkirkara, Ħ'Attard, Ħaż- Żebbuġ, is-Siġġiewi, fiż-Żurrieq, Ħal Kirkop u fil-Qrendi. Flimkien ma' dawn ħa jkun hemm ukoll 100 allokazzjoni mill-iskema ta' kiri mingħand sidien privati. Sal-aħħar tas-sena 2022 il-lista ta' stennija għandha tkun inqas minn 800 persuna. Dawn l-allokazzjonijiet qed isiru skont il-politika ta' allokazzjoni li tħabbret mill-Ministeru għall- Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorità tad-Djar lura f 'Awwissu li għadda – politika li se tassigura li l-istat jgħin lil min jeħtieġ bl- akbar għajnuna possibbli sakemm jeħtieġ. "Kif il-housing soċjali tas-snin 70 u 80 kien l-istaffa li fuqha telgħet il-ġenerazzjoni li bniet Malta ta' llum, dan il-housing soċjali se jkun l-istaffa li fuqu tikber il- ġenerazzjoni Maltija li jmiss", qal il-Ministru Roderick Galdes. Huwa sostna li l-isfida li kien fdat biha fl-2017 f 'dan is-settur kienet iebsa, imma flimkien mal-Awtorità tad-Djar ġiet imwieġba għaliha bix-xogħol u bl-impenn soċjali. "Nemmen li hekk għandu jitmexxa l-qasam soċjali, bit-trasparenza u bl-aktar mod sensittiv għall-bżonnijiet li jeżistu madwarna", temm jgħid il- Ministru Galdes. 'Għaddejna lill-applikanti minn għarbiel dejjaq mhux ħażin' - Leonid Mc Kay Preżenti għall-attività kien hemm ukoll Leonid McKay, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar li stqarr li l-awtorità "ġriet wara kull ċavetta". Hu kompla jgħid li b'hekk biss setgħet tibda tiġi indirizzata l-waiting list ta' dawk li qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva. B'sodisfazzjon qal li grazzi għall-inizjattivi differenti stajna nnaqqsu n-numru ta' dawk li qed iħabbtu l-bieb tal-Awtorità tad-Djar sew aktar minn nofs ta' dak li McKay enfasizza l-proċess amministrattiv tal-allokazzjonijiet. "Għaddejna lill-applikanti minn għarbiel amministrattiv dejjaq mhux ħażin sabiex jiġi assigurat li min qed jiġi allokat unit ġdid ikun verament fil-bżonn", huwa stqarr. Leonid McKay għalaq billi ta rendikont tal-politika ġdida ta' allokazzjoni fejn enfasizza li minn Jannar li ġej kull kuntratt ġdid ser jibqa' kuntratt ta' kera u ma jinbigħx. Hu żied ukoll li lanqas mhu ħa jibqgħu jingħataw postijiet b'kirja daqs li kieku hemm xi ċens perpetwu. Sena Familji Akkomodazzjoni Nofs l-2022 330 -170 dar fis-siti l-ġodda (primarjament l-Imsida u Bormla) -Djar mikrija mingħand sidien privati Tmiem l-2022 315 -Djar ġodda tal-akkomodazzjoni soċjali f 'siti differenti -Djar mingħand sidien privati 2023 - Siti ġodda tal-akkomodazzjoni soċjali -Siti ffinanzjati mill-NDSF Il-Lista ta' stennija quddiem il-Housing mistennija tinżel għal 800 sal-aħħar tal-2022 F'dawn il-jiem beda l-proċess ta' allokazzjonijiet tas-siti l-ġodda tal- akkomodazzjoni soċjali mill-Awtorità tad-Djar. L-applikanti se jkunu avżati minn kmieni meta u fejn se jkunu ħa jidħlu fid-dar il- ġdida tagħhom Dawn huma l-figuri li juru l-ammont ta' familji u l-akkomodazzjoni għal wara t-tmiem tal-2021: Roderick Galdes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 October 2021