Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 • illum Disa' minn kull 10 żgħażagħ fl-ambjent 'qed tiggrava' Ħafna huma mħassba fuq l-ambjent u l-iżvilupp f'pajjiżna, imma dan it-tħassib jiżdied bil-kbir fost dawk bejn is-16 u l-40 sena. L-ILLUM tirrapporta u tistaqsi... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fuq l-ambjent nisimgħu ħafna tgergir u ilmenti u l-Prim Ministru Robert Abela stess saħaq, fid-diskors tiegħu bħala reazzjoni għal dak tal-Kap tal- Oppożizzjoni, illi fl-ambjent hemm il-problemi. U jidher li ħadd daqs iż-żgħażagħ u dawk kollha bejn 16 u 40 sena, ma huma qegħdin jesprimu dan it- tħassib dwar il-wirt naturali ta' madwarna. Fil-fatt skont sondaġġ li sar minn EY - Building The World Together jirriżulta li xejn inqas minn 89% ta' dawk bejn is-16 u l-25 sena - il-Ġenerazzjoni Z - jemmnu li s-sitwazzjoni tal- ambjent f 'pajjiżna qed tiggrava. Dan filwaqt li persentaġġ akbar - jew 90% ta' dawk il-parteċipanti ta' bejn il-25 u l-40 sena jħossu li l-ambjent qed jiggrava. Huma 9% biss ta' dawk f 'dawn l-etajiet li jħossu illi s-sitwazzjoni f 'dan is-settur baqgħet l-istess u persentaġġ żgħir immens li jaħsbu li l-ambjent huwa aħjar (2% - Gen Z. u 1% dawk bejn 25-40 sena). Dan juri li l-iskuntentizza fuq dan is-settur u l-għarfien u s-sensittività ambjentali fost il-ġenerazzjonijiet li huma iżgħar hija ħafna ogħla, hekk kif f 'sondaġġ tal-Mediatoday (MT) irriżulta li 21% tal- poplu b'mod ġenerali jħoss illi l-ambjent huwa s-suġġett l-aktar importanti għalihom. L-iżvilupp, l-ambjent u t-traffiku! Filwaqt illi t-tliet l-aktar kwistjonijiet importanti tal- poplu in ġenerali - skont is- sondaġġ MT - huma l-ekonomija, il-flus fil-but u l-ambjent - f 'dik l-ordni - fost dawk bejn is-16 u l-40 sena - skont is- sondaġġ EY - l-aktar sfidi li qed jipprejokkupawhom huma l-iżvilupp 'żejjed', l-ambjent u t-traffiku. L-ewwel tnejn jistgħu jintrabtu flimkien sabiex l-opinjoni jew il-perċezzjoni ta' problemi fl-ambjent fost dawn l-etajiet tkompli tissaħħaħ. Kienu b'kollox 68% tal- parteċipanti kollha li semmew l-iżvilupp bħala sfida għal Malta - 9% aktar minn sondaġġ simili fl-2020, kienu 55% li semmew l-ambjent - 4% aktar mill-2020 u inqas minn nofs dan - jiġifieri 26% - li semmew it-traffiku - 7% inqas mill-2020. F'kull waħda dawk bejn il-25 u l-40 sena kienu aktar ċerti li dan is-suġġett huwa ta' sfida għal Malta bħalissa. Fil-fatt, filwaqt li 64% ta' dawk bejn is-16 u l-25 sena jemmnu li l-iżvilupp huwa ta' sfida, huma 71% ta' dawk bejn il-25 u 40 sena li jaħsbu l-istess. Filwaqt li 53% ta' dawk sa 25 sena jemmnu li l-ambjent huwa sfida 56% ta' dawk sa 40 sena jemmnu l-istess. Finalment filwaqt li 24% tal-Ġenerazzjoni Z temmen li t-traffiku huwa problema 27% ta' dawk bejn il- 25 u l-40 sena jemmnu l-istess. Il-Bidla fil-Klima ħafna iktar ta' sfida f 'għajnejn dawk iżgħar fl-età Interessanti iżda illi mbagħad dak li jaraw bħala sfida dawn iż-żewġ etajiet jinbidel xi ftit fuq suġġetti oħrajn. L-aktar ċara hija dik li għandha x'taqsam mal-Bidla fil-Klima - fejn 33% ta' dawk bejn is-16 u l-25 sena jarawha bħala sifda, pero' huma biss 6% ta' dawk bejn il-25 u 40 sena li jaħsbu l-istess. Differenza notevoli wkoll hija l-isfida tal- immaġini internazzjonali ta' Malta, b'30% ta' dawk bejn 25 u 40 sena jaħsbu li r-reputazzjoni tagħna barra hija sfida, pero' huwa biss ftit aktar minn nofs - jew 17% - ta' dawk fl-etajiet 16- 24 li jaħsbu l-istess. Il-fatt li l-pandemija jidher li battiet mhux ħażin ipoġġiha lura sew fil-lista ta' sfidi b'20% mill- parteċipanti kollha jsemmuha, 39% inqas mill-istess sondaġġ is-sena l-oħra. Intant 19% isemmu l-edukazzjoni, 14% l-immigrazzjoni, 9% isemmu t-tluq ta' nies u professjonijisti minn Malta (brain drain) u finalment 8% jsemmu l-inugwaljanza. Huma b'kollox 21% li jħossu illi Malta għandha sfida ekonomika. Perspettiva pożittiva dwar l-ekonomija! L-ekonomija ma tissemmiex bħala waħda mill-isfidi ewlenin bħalissa, probabbilment għaliex maġġoranza jaħsbu li l-ekonomija sejra tajjeb jew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021