Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464
Il-Prim Korrott li jridha tar-Re tal-Kumbinazzjonijiet Robert Aquilina 22 IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 • illum opinjoni M ill-aħħar artiklu li kti- bt għal din il-gazzetta għadda xahar. F'dan ix-xahar ġraw ħafna affarijiet differenti f 'Malta, mad- war id-dinja, u m'għandix dubju li ġraw ħafna affarijiet lilkom ilkoll li qed taqraw dan l-artiklu. Ħaġa waħda biss ma ġratx: il-Kummis- sarju Gafà għadu ma ressaq lil ħadd fuq il-korruzzjoni mwettqa taħt, bil-barka u bil-kompliċità ta' Joseph Muscat. Fil-konferenzi stampa li nindirizza lil Muscat sirt insejjaħlu bit-titlu ta' 'Prim Korrott'. Inħoss li dan it-titlu jixraqlu tassew. Biex inkun għedt kollox, kien hemm min meta semagħni nsejjaħlu hekk wissieni li qed nesponi ruħi għal xi libell. Però jien qatt ma kelli dubju li Muscat, li fl-2019 irnexxielu jsir champion tad-dinja tal- korruzzjoni, jaf li hu korrott bħalma taf id-dinja kollha. Għalhekk mhux se jaħli ħin prezzjuż tiela' u nieżel il-Qorti imeri l-ovvju. U hekk kien. F'pajjiżna ġejna fis-sitwazzjoni assurda li tista' ssejjaħ Eks Prim Ministru 'korrott' u ma jieħu ebda passi kontrik! Dan l-aħħar l-uniku post li fih Muscat qed jipprova jiddefendi it lilu nnifsu huwa fuq il-Facebook. Lis-segwaċi dejjem jonqsu tiegħu jipprova jbellagħhielhom li kulma nqabad fih huwa sensiela ta' kumbinazzjonijiet. Hu jridha tar-Re tal-Kumbinazzjonijiet imma jien Prim Korrott se nibqa' nsejjaħlu. Eks Ministri Nazzjonalisti primi Fuq Facebook spiss jagħtina xi tantrum li fih jakkuża lill- akkużaturi tiegħu – jien wieħed minnhom – li miegħu nużaw kejl differenti; kejl iktar riġidu minn dak li nużaw fil-konfront ta' Eks Ministri Nazzjonalisti. Sfortunatament għal Muscat it għad baqa' min jibla din il-lixka. Anke l-iktar Muscattjani fanatiċi jafu li qabel l-elezzjoni tal-2013 hu kien juża kejl li fih arloġġ tal-lira kien isir skandlu nazzjonali waqt li, fl-istess nifs, Kummissarju Ewropew li nqabad f 'każ ta' korruzzjoni u ngħata daqqa ta' sieq 'l barra sab refuġju fi ħdanu. Meta qaluh 'l barra mill-uffiċċju ta' Brussell l-ewwel telefonata li għamel il-korrott John Dalli kienet propju, kumbinazzjoni, lil Joseph Muscat. Kulħadd f 'Malta jaf li wara kampanja sħiħa jgħajru lill-Eks Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando 'korrott' minħabba l-'iskandlu tal-Mistra', Muscat laqgħu fi ħdanu, tah pulptu minn fuq il-ONE u saħansitra ħarġu bħala kandidat miegħu. Ħadd ma nesa li żewġ Eks Ministri Nazzjonalisti li nqabdu bi flus fl-Iżvizzera fl- Iswiss Leaks tkeċċew mill-PN imma mal-Gvern ta' Muscat għaddewha lixxa u iehmu nkiss inkiss biex iġibu flushom Malta. Aktar minn hekk, wieħed minnhom ingħata programm wara l-ieħor fuq l-istazzjon suppost nazzjonali minn fejn seta' jkompli jippontifikalna. Mal-Eks Ministru Nazzjonalista korrott John Dalli, Muscat għamel iktar minn hekk. Biex John Dalli ma jitressaqx il-Qorti, Muscat – kontra l-parir tal-Ispettur Angelo Gafà –saħansitra bidel il-Kummissarju tal-Pulizija. Imbagħad wara li pproteġieh mill- prosekuzzjoni, lil Dalli għamlu konsulent ewlieni tiegħu u ħadu ritratt flimkien kollhom tbissim f 'Kastilja. Ħadd ma nesa lanqas il-plejtu li għamel – bir-raġun – fuq l'hekk imsejjaħ 'skandlu taż-żejt'. Qabel Muscat ħa l-Gvern f 'idejh fl-2013 l-Ispettur Angelo Gafà taħt it- tmexxija ta' John Rizzo ressaq 7 persuni l-Qorti. Imbagħad inbidel il-Gvern u ma smajna xejn aktar. L-eluf mill-Iżvizzera u l-avukat mill-Pakistan Bħal-lum ġimgħa Muscat reġa' nqabad f 'bawxata oħra. Sirna nafu li wara li kien sfurzat joħroġ mill-uffiċċju li kellu f 'Kastilja, Muscat beda jirċievi pagamenti ta' eluf ta' ewro minn kumpanija Żvizzera. Kumbinazzjoni din il-kumpanija hija l-istess waħda li tħallset miljuni ta' ewro mill- kuntratt korrott tat-tliet sptarijiet li kienu tagħna lkoll u ma baqgħux. Kumbinazzjoni wkoll, direttur ta' din il-kumpanija huwa avukat mill-Pakistan li miegħu kien ikkomunika Yorgen Fenech biex joħroġ il-flus mill-kumpanija sigrieta 17 Black. lr-riħa ta' korruzzjoni u ħasil tal-flus li toħroġ minn din l-istorja hija iktar qawwija mir-riħa ta' furnata ħobż frisk. M'għandix dubju li din ir-riħa xammewha wkoll fid-Depot u fil- Financial Crimes Investigations Department (FCID). Biex inkunu ċerti li jxommuha, aħna ta' Repubblika daħħalnielhom rapport uffiċċjali biex jibdew jinvestigaw lil Muscat. Ma nafx kemm it-talba tagħna ttieħdet bis-serjetà li jixirqilha, però naf li hemm żewġ eks diretturi tal-kumpanija Żvizzera li lesti jikkollaboraw mal-pulizija. Il-Kummissarju Gafà u l-Assistent Kummissarju Mamo għandhom isimhom u kunjomhom. It-tnejn li huma jafu x'għandhom jagħmlu jekk tassew iridu jaslu għall-verità u għall- provi li għandhom bżonn biex jibnu każ fil-Qorti. Iż-żmien jagħtina parir jekk fuq din l-istorja xogħolhom hux qed jagħmluh jew le. Ma rqadniex barra minħabba Konrad biss Xogħolhom ma jidhirx li qed jagħmluh fuq bosta persuni u każijiet oħra li dwarhom nafu li l-pulizija għandha biżżejjed provi biex tmexxi fil-Qorti. Għalhekk jien u sħabi qattajna l-iktar tlett ijiem u tlett iljieli ta' maltemp li kellna din is-sena nipprotestaw quddiem id-Depot. Magħna ħadna streamer li fuqu poġġejna lill-Korrott Konrad Mizzi; Eks Ministru ieħor li tgħajru kemm tgħajru 'korrott' ma jagħmillekx libell. Wara x-xbiha tal-Korrott Mizzi poġġejna r-ritratt tal-Prim Korrott Muscat għax nafu li wara kulma għamel Mizzi kien hemm Muscat. Lanqas kieku Muscat kien tassew ir-Re tal-Kumbinazzjonijiet ma kien jirnexxilu jikkonvinċina li kulma nafu li ġara bejn il-korrotti Konrad Mizzi, Keith Schembri u Yorgen Fenech ma kienx qed ibill subgħajh fih hu wkoll. Mhux ta' b'xejn meta Yorgen Fenech tilef il-mowbajl fl-Istati Uniti ħass il-bżonn jibgħat messaġġi lill-Prim Korrott u lill- korrotti sħabu biex iserrħilhom rashom li l-messaġġi li kienu għaddew bejniethom kien ħassarhom. Mhux kumbinazzjoni lanqas li mix-xejn il-Korrott Mizzi sar il-kandidat stilla ta' Muscat fl- elezzjoni tal-2013. Lanqas mhi kumbinazzjoni li l-Korrott Mizzi ngħata f 'idejh il-proġett korrott tal-Electrogas. Ħadd ma jemmen li Muscat ħatar lill-Korrott Konrad Mizzi Ministru tas-Saħħa għax jiem fil-mediċini u fl- operazzjonijiet u kulħadd induna li dan sar biex tkun tista' ssir il-ħadma tal-Vitals. Ma kinetx żvista żgħira li wara li Daphne Caruana Galizia kixfet il-kumpanija sigrieta ta' Mizzi fil-Panama, Muscat baqa' għaddej bil-pjan li jagħmlu d-Deputat Mexxej tiegħu. Lanqas mhi kumbinazzjoni li l-kastig li taparsi Muscat ta lil Mizzi kien Ministeru f 'Kastilja li kellu f 'idejh l-iktar kuntratti miljunarji tal-Gvern. Illum m'għandi ebda dubju li ħadd m'għad għandu dubju li jekk isiru l-investigazzjonijiet li misshom ilhom li bdew isiru, fuq kull każ ta' korruzzjoni li kienu involuti fih Mizzi u Schembri se jinstabu t-traċċi tal-Prim Korrott Joseph Muscat. Għalhekk, intenni dak li għedt fil- Belt Valletta u fil-konferenza stampa li għamilna dil-ġimgħa quddiem l-FCID: Post il-korrotti kollha, inkluż Joseph Muscat, huwa l-ħabs. Robert Aquilina huwa l-President tal-organizzazzjoni Repubblika