Illum previous editions

ILLUM 14 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

I l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ li jkompli fuq it-tajjeb illi sar iżda wkoll jindirizza numru ta' sfidi li dan il- Gvern injorhom. Irridu verament noffru kwalità tal-ħajja aħjar għalik u għall-għeżież tiegħek. Hu kruċjali li naddottaw politika ekonomika li permezz tagħha inti taqla' aktar flus, imma mhux biss. Importanti li tgħix kwalità ta' ħajja aħjar. Importanti li jkollok aktar ħin għalik u għal familja tiegħek. Importanti li taqla' paga diċenti imma wkoll li tgawdi d-delizzji, il-hobbies u l-ħin libe- ru tiegħek. Paga diċenti li biha tista' tgħix Fil-kuntatt man-nies ħin kollu nisma' kemm hawn min qed isibha diffiċli biex ilaħħaq mal- ħajja. Il-ħajja dejjem togħla u l-pagi staġnati, speċjalment għal min hu fil-prekarjat. Gvern ġdid Nazzjonalista jeħtieġ li jindirizza dawn il-problemi. Proposta importanti li semma' fid-diskors tiegħu bħala replika għad-diskors tal-baġit, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, hi li jkun hemm mekkaniżmu ta' inċentiv fiskali, fejn min iħaddem ikollu tax credits sa €6,000 fis-sena għal kull ħaddiem li jimpjega, meta dan jinvesti fil-ħiliet u jżid il-paga tal-ħaddiema tiegħu b'tal-anqas €60 fix-xahar. Dan kollu jsir mingħajr ma jiżdiedu l-ħinijiet jew ir-responsabbiltà fuq il-post tax-xogħol. Barra minn hekk, il- kundizzjonijiet tax-xogħol jeħtieġ li jitjiebu. Punt kruċjali li l-Partit Nazzjonalista ilu jisħaq dwaru hu l-kunċett ta' living wage. Permezz ta' dan il-kuncett jiġi stabbilit il-minimu tad-dħul li bih inti tista' tgħix ħajja diċenti. "Aħna nemmnu li r-referenza bażika ta' living wage tista' tkun ta' dħul ta' €1,000 fix-xahar u se naraw li jkun hemm diskussjoni wiesgħa mal-isħab soċjali kollha abbażi ta' dawn il-prinċipji", qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech waqt id-diskors tiegħu fil-Kamra tar-Rappreżentanti. Ħasra li fuq ix-xandir nazzjonali l-Ministru tal-Finanzi ta x'jiem li, fl- immedjat, dan il-kunċett mhux xi prijorità ewlenija għal dan il-Gvern. L-ekonomija diġitali Il-Partit Nazzjonalista dejjem ħadem biex jattira setturi ekonomiċi ġodda. Setturi tajbin li joffru xogħol ta' kwalità b'pagi li jrendu. Wieħed minn dawn is-setturi hu l-ekonomija diġitali. Hemm madwar €370 miljun f 'fondi Ewropej għas-seba' snin li ġejjin li jeħtieġ jiġu ddedikati għal investimenti f 'dan is-settur. L-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, il-blockchain, the internet of things, qed ibiddlu mhux biss il-mod kif niddjalogaw flimkien, imma wkoll ir-rwol tal- ħaddiem fuq il-post tax-xogħol. L-avvanzi fit-tekonlogija jfisser li numru ta' xogħlijiet kif nafuhom illum se jispiċċaw jew jinbidlu. Minn studju pubblikat mill- Kummissjoni Ewropea, bit-titlu Competence Centre on Foresight juri li hemm mal-45% tal-impjiegi fl-Ewropa fejn xogħol tal-bniedem hu mistenni jsir minn robots jew teknoloġija ta' intelliġenza artifiċjali. Fid-diskors tiegħu, Bernard Grech spjega kif l-istess studju iżda juri biċ-ċar li prattikament il-ħaddiema kollha li jippreparaw ruħhom billi jieħdu taħriġ u adattament għat- tekonoloġiji l-ġodda jistgħu jużaw din ir-revoluzzjoni diġitali biex fil-fatt isibu xogħol aħjar. L-ekonomija l-ħadra Wieħed mis-setturi li pajjiżna jeħtieġ li jattira hu l-ekonomija l-ħadra - the green economy. Fid-diskors tiegħu bħala replika għad-diskors tal-budget, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, semma' b'mod partikolari t-teknoloġija tal-batteriji tal-karozzi elettriċi. Bħalissa fl-Ewropa għaddejja revoluzzjoni importanti dwar dan. Hu mistenni li fl-Ewropa biss għandhom jinbiegħu mad-disa' miljun karozza elettrika sal-2030. "Immaġinaw x'saħħa ta' suq u xi prospettiva għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema tagħna li jistgħu jaħdmu f 'setturi bħal dawn", sostna Bernard Grech. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal kif il-grupp Volkswagen qed ifittex opportunitajiet biex jiaħ fabbriki u ċentri ta riċerka mferrxin mal-Ewropa. Sa issa kommettew diġà €300 miljun f 'investiment għal dan. Il-pajjiżi li joffru l-aħjar ambjent ta' investiment se jassiguraw li jkunu fuq quddiem tar-revoluzzjoni l-ħadra. Matul is- snin Ministri Laburisti varji kemm 'il darba semmew l-ekonomija l-ħadra, imma tista' tgħid li ma sar xejn fil-konkret u kollox waqaf mal-propaganda, il-wegħdi u l-buzzwords. "Il-fatt li għadna daqshekk lura bl-infastruttura għall-vetturi elettriċi hija indikatur ta' kemm dan il-Gvern vera ma jemminx fit-teknoloġiji l-ġodda u l-green economy" kompla jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Ninvestu fiż-żgħażagħ Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li: "Aħna nemmnu li f 'dan il-pajjiż ċkejken tagħna għalkemm insibu riżorsi kbar, jeħtieġ iżda li niħu l-orizzonti tagħna biex nesperjenzaw kulturi, lingwi u stili ta' ħajja differenti". Għal dan il-għan proposta elettorali oħra tal-Partit Nazzjonalista u li żgur se tolqot iż-żgħażagħ kollha Maltin u Għawdxin: żgħażagħ ta' bejn is- 16-il-sena sa 21 sena se jingħataw voucher speċjali tal-ivjaġġar biex jagħmlu vjaġġ fl-Ewropa ta' liema xorta jridu u liema pajjiż iridu u li jkun fih komponent kulturali jew edukattiv. Din il-proposta ntlaqet b'mod tajjeb ħafna miż- żgħażagħ. Jeħtieġ li l-isfidi ndawruhom f 'opportunità. Mhux bil-kliem, imma bil-fatti rridu npoġġu lill-ħaddiem fiċ-ċentru tal- viżjoni soċjo-ekonomika ta' pajjiżna. Irridu nattiraw l-aqwa investiment barrani, biex b'hekk noħolqu aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Hemm bżonn ta' bidla b'viżjoni biex inti tgħix ħajja ta' kwalità aħjar. Jerome Caruana Cilia Jerome Caruana Cilia huwa kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq is-sitt distrett 23 opinjoni illum • IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 Taqla' iktar flus filwaqt li tgawdi l-ħajja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 November 2021