Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 tgħoddhom biss' – Joffru ikla u 'Jiġu nies lanqas karta tal- identità ma għadhom' "Persuni oħra lanqas għandhom saqaf fuq rashom u saħanistra lanqas karta tal-identità," saħaq Patri Marcellino waqt li urina għadd ta' fajls, lesti bid-dokumenti, biex jgħinu persuni jiksbu wkoll il- karta tal-identità.. "Ma jkollhomx karta tal-identità għax ma għandhomx indirizz. Jgħixu x'garaxxijiet bla kumdità ta' xejn," kompla jgħidilna. "Jiġu nies li kienu joħorġu bil-lejl, iqallbu fiż-żibel forsi jsibu xi ħaġa tal-ikel. Għandna żagħżugħ joqgħod f 'post b'bozza waħda, bla geyser, jorqod fuq saqqu mmuffat u kien joħroġ iqalleb fiż-żibel." Fost inizjattivi oħra, bħalissa qed jiġbru l-kobob tas-suf, inkluż mill-iskejjel u għandhom grupp ta' 20 persuna mill-Mosta li qed iħitu ngwanti, skui u xalel biex ikunu jistgħu jqassmuhom lil dawn il- persuni tul ix-xhur tax-xitwa. 'Jiġu nies li jikru kamra waħda bi €350' Appella wkoll lill-awtoritajiet biex jifhmu l-esperjenzi ta' persuni li l-każi tagħhom huma ġenwini u spiċċaw jgħixu kontinwament f 'ansjetà għax imtlew b'kontijiet li ma jifilħux u ma jistgħu jaslu qatt li jħallsu. "Iltqajna ma' nies li għandhom iħallsu mal-€2,000 f 'kontijiet tad-dawl. B'€400 relief, mhux se jaslu biex iħalsuhom. Jgħixu kontinwament fl-ansjetà li se jaqtawlhom id-dar. Għandu jkun hemm skemi biex jgħinu lil dawn il-persuni li l-każi tagħhom huma ġenwini," insista Patri Marcellino. Insista li huwa ħażin li wieħed jaqbad u jiġġudika u jaħseb li dawn il-persuni jagħmlu xi ħaġa ħażina, jew mhux kapaċi jqassmu flushom biex jispiċċaw f 'sitwazzjonijiet simili. "Mhux kull min jiġi jfittex l-għajnuna jew imur jorqod fis-shelters huwa għażżien. Immaġina persuna li taqla' €900. Trid tħallas €400 manteniment u bil-bqija trid tikri u tgħix. Jiġu nies li jikru kamra waħda bi €350," saħaq Patri Marcellino. Insista li dawn huma realtajiet. "Din hija skola. Dejjem qed nirrealizzaw li hawn nies li mhux qed jgħixu fil-faqar, imma fil-miżerja," insista. "Hemm niex li lanqas flushing ma għandhom u nassigurak li lanqas mowbajl ma għandhom u ma għandhomx kapriċċi, għax ikun hemm minn jiġġudikawhom." 'Ngħixu l-miraklu tat-tkattir tal-ħobż kuljum. Il-providenza titla' qabel ix-xemx' Qabel l-intervista, Patri Marcellino ħadna fil-maħżen fejn jaħżnu l-ikel. Indafa kbira u kollox ippakkjat daqslikieku kċina ta' lukanda ta' ħames stilel. Anke l-ikel. Mid-dehra tiegħu wkoll jidher ta' kwalità. Il-maħżen kien imballat, iżda fi kliem Patri Marcellino, huma jixtri biss it affarijiet. "Hawn ngħixu l-miraklu tat-tkattir tal-ħobż kuljum. Il- providenza titla' qabel ix-xemx," qalilna, waqt li voluntiera oħra spjegawlna kif mingħajr ma jitolbu xejn, il-ħin kollu ġejjin vannijiet ippakkjati bl-aqwa ikel minn diversi ˙Anke sakemm kienet hemm l-ILLUM, wasal vann, dejjem għall-għarrieda, mimli prodotti essenzjali, bħalma huwa l-butir. Kumpanija partikolari, kull ġimgħa, tipprovdilhom mal-€1,000 f 'ikel. "Jasal mhux kemm għandna bżonn imma aktar. Din il-ġimgħa xtrajna biss żewġ pakketti melħ," kompla jgħidilna Patri Marcellino. Iżda Patri Marcellino għad għandu ħafna proġetti għall-futur. Il-ħolma tiegħu hija li 'l quddiem joffru wkoll saqaf lil dawk li ma għandhomx. "Irridu noffru ħafna għajnuna. Għandna ħafna nies li qed isofrufis-skiet uġigħ mentali," insista. "Nixtiequ li jkollna wkoll servizz ta' psikologu u ħaddiema soċjali." Mistoqsi jekk qattx jaqta' qalbu, Patri Marcellino temm jisħaq li jekk il-proġett huwa minn Alla, se jirnexxi. "Il-providenza qatt ma naqsitna." Inħeġġukom issegwu l-filmat aktar tard din il-ġimgħa fuq il- paġna ta' Facebook tal-gazzetta ILLUM Ritratti ta' James Bianchi Kif tista' tgħin? Soup Kitchen OFM Valletta 40, Triq Sant'Ursola Valletta VLT1233 Tel: 79227570 APS: A/C 41286610023 MT56APSB77013000000041286610023 BOV: A/C 40024827012 MT46VALL22013000000040024827012 Is-soppa ssir qabel jaslu l-ewwel persuni Il-kok waqt li kien qed jippepara l-ikla ta' nofsinhar Patri Marcellino Micallef