Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874
I lu madwar sentejn li l-Perit Edward Said talab lill-Aw- torità tal-Ippjanar u lis-Sov- vratendenza għall-Wirt Kulturali biex jieħdu passi ħalli tkun protetta villa max-xatt ta' San Ġiljan. Il-Villa, bl-isem ta' Pala- zzina Vincenti, hi xogħol il-Perit Gustavo Romeo Vincenti li bniha bħala residenza għall-familtu. Il-Perit Vincenti miet fl-1974. Safejn hu magħruf, la l-Awtorità tal-Ippjanar u l-anqas is-Sovvratendenza għall-Wirt Kulturali ma ħadu passi fuq it- talba li rċevew biex tkun imħarsa Palazzina Vincenti. Jiena u nikteb, s-Sovvratendenza għaddiet il-materja f 'ħoġor l-Awtorità tal-Ippjanar. Sadanittant daħlet applikazzjoni ta' żvilupp biex Palazzina Vincenti titwaqqa' u flokha tinbena lukanda bi 17-il sular u 136 kamra, inklużi tlett sulari taħt il-livell tat-triq bi spazji għal 58 karozza. F'rapport miktub mill-Perit Edward Said, Palazzina Vincenti hi deskritta bħala "kapolavur ta' arkitettura definita minn volumi ġeometriċi puri". Il-binja hi kkunsidrata bħala waħda mill- ewwel eżempji tal-użu tal-konkos rinfurzat fl-arkitettura domestika f 'Malta. Il-Perit Said jikkwota minn teżi ta' David Ellul, student tal- arkitettura f 'livell ta' Masters, ippreżentata fl-Università ta' Malta fl-2018 biex jemfasizza li d-diżinn tal-Perit Vincenti jimmassimizza l-vantaġġi tal-użu tal-konkos rinfurzat għax dan illiberah mil- limitazzjonijiet imposti mill-użu tal-materjali tradizzjonali. B'hekk kellu libertà artistika ferm iktar wiesgħa. Dan wassal għal kapolavur li hemm il-periklu li jintilef dalwaqt! Għal min mhux imħarreġ, Palazzina Vincenti tista' tkun meqjusa bħala xempju ta' kruha, li tistonna fil-ġungla tal-konkos li presentement tħalliet tiżviluppa madwarha. Dan ma jnaqqas xejn mill-valur tagħha bħala kapolavur li teħtieġ li tkun imħarsa għax hi wirt tagħna lkoll. Diffiċli biex niem għal wara sentejn mit-talba għal passi dwar il-ħarsien għad ma sar xejn. Riżultat ta' hekk l-awtoritajiet wasslu messaġġ wieħed u ċar, ċar ħafna: li huma ma għandhom l-ebda diffikultà li l-Palazzina Vincenti taqa' u li flokha jsir żvilupp ġdid. Din hi l-konklużjoni inevitabbli tal-fatt li dawk responsabbli ma ħadu l-ebda deċiżjoni u baqgħu gallarija. F'dan il-mument, bħala minimu, l-inqas mistenni hi deċiżjoni li tinħareġ urġentement ordni ta' ħarsien ta' emerġenza li permezz tiegħu il-Palazzina Vincenti tkun imħarsa. Dan, jekk iseħħ, ikun sinjal ċar li dawk li jridu jibillu subgħajhom fl-iżvilupp li għaddej bħalissa, li ma jagħti każ ta' xejn u ta' ħadd, li fl-aħħar hemm xi forma ta' rieda li nħarsu l-wirt tagħna bis-serjetà. Dan ikun pass tajjeb fih innifsu imma jagħti ukoll ċans lill-Awtorità tal-Ippjanar tiġi it f 'sensiha u tiġbor ġieħa Uħud għandhom l-idea żbaljata li l-wirt tagħna hu xi ħaga qadima, antika, ġej biss minn żmien twil ilu. Dan mhux il-kaz b'dan il-kapolavur arkitettoniku li ilu mibni inqas minn 75 sena. Sfortunatament kellna bosta oħra li ntilfu sforz it-traskuraġni, l-insensittività u l-injoranza istituzzjonali. Ikun xieraq li nfakkar lill- qarrejja f 'eżempju eċċezzjonali ieħor ta' arkitettura moderna li ntrema, f 'Għawdex, madwar 15-il sena ilu. Partijiet mill-iskola primarja tal-Qala twaqqgħu biex flokhom inbena l-campus Għawdxi għall- Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS). Din l-iskola kienet imfassla u mibnija taħt id-direzzjoni tal- Perit Joseph Huntingford li bħala l-perit tal-Gvern inkarigat mill- iskejjel kien responsabbli għall- parti l-kbira tal-iskejjel ġodda f 'Għawdex bejn l-1950 u l-1961. Lura fl-2006 il-Kamra tal- Periti kienet iddeskriviet l-iskola Primarja tal-Qala bħala wieħed mill-aħjar eżempji tal-arkitettura moderna f 'dawn il-gżejjer. L-Awtorità tal-Ippjanar kienet anke dakinnhar ingħatat il-parir li tieħu ħsieb b'attenzjoni dan il-wirt tagħna lkoll. Parir li it taw każ tiegħu għax partijiet tal-iskola twaqqgħu biex għamlu l-wisa' għall-campus tal-ITS. Għad baqa' ċans li Palazzina Vincenti tkun salvat milli tkun sagrifikata fuq l-artal tar-rebgħa, imsejħa żvilupp! Hu meħtieġ li napprezzaw ferm iktar il-wirt storiku tagħna: għandna it wisq minnu! Imma ma tantx għandi fiduċja li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha l-kapaċità li tieħu azzjoni biex tafferma dan id-dmir tagħha. Hi sfortuna li ilha żmien li tilfet is- sensittività biex tagħmel dak li hu sewwa, dak mistenni minnha. Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD 23 opinjoni illum • IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 Nipproteġu l-ftit li għandna! Carmel Cacopardo

