Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068
19 Ewropej illum • IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 Mark Vella jistħarreġ ix-xogħlijiet ewlenin ta' Stephen Lughermo, ippremjat reċentament bħala "L-Aħjar Awtur Emerġenti" waqt il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u fl-istess ħin jipprova jistħarreġ dwar x'mogħdijiet tista' tieħu l-ġenerazzjoni tal-awturi li tielgħa. qari bil-Malti għal ċertu grupp ta' età. Iżda jaf hemm mument fejn ikollha sseħħ il-qabża, kważi bħal dik issuġġerita minn Roth lil McEwan. Lughermo ġa juri f 'Jarmuk li jista' jkun kapaċi jagħmlu dan: id-destin li jagħti liż-żewġ karattri teenagers tiegħu huwa tqil wisq biex jinġarr miż-żagħżugħ tipiku, tant li wieħed jibda jiddubita jekk dan il-ktieb tassew jappellax għall- bniet u s-subien qed jibdew jiskopru l-ħajja. Jitkellmu b'toni u maturità adulti li jistgħu jġibulek dubji jekk dan huwiex difett tal-kitba fejn l-awtur għażel li jitkellem hu u bl-istess leħen għal kulħadd, imma l-ktieb iżommok tant li b'xi mod tifhem l-għażla tal-lingwa minħabba l-attitudni kumplessiva tar- rumanz, u anki forsi għaliex ċertu realtajiet jistgħu anki jiġu spjegati bi lsien li jissagrafika r-realiżmu jew l-effett tar-realtà u li jħalli lil qarrej fiduċjuż mill- ħila tal-id awturjali. Kontra Kirsten Spiteri li jaħfen l-istil ala Adrian Mole b'ħila mhux indifferenti u jipproponi prodott li jolqot il-likk f 'kull aspett, Lughermo huwa kittieb li ġa lest biex jingaġġa mal- adultezza. Imma l-pass huwa wieħed mhux dejjem faċli. Storja minnhom fil-ġabra titkellem dwar mara fiċ-ċella tal-maternità mistennija iżda mhux imwettqa, fejn waqt tieġ ieħor li mistiedna għalih, tirrifletti magħluqa fit- toilet dwar it-tektik tal-arloġġ bijoloġiku tagħha, f 'kuntest ta' ġirja kontra l-ħin biex issib is- sieħeb ideali li jista' jgħamarrha b'wild. Ħin minnhom, malli toħroġ lura fis-sala, ħabiba tagħha żżommha bili turiha r-ritratti tat-tewmin fuq il- mobile, u tibda d-diskussjoni tipika fastidjuża ta' meta se jkollok u għaġġel qabel ma jkun tard wisq. Għall-mistoqsija dwar it- tfal, il-karattru kważi tħossha ħażin tant ma tridx twieġeb u xebgħet tisma' l-istess diskors. Ixoqq l-għaraq għaliha, anzi, kif jgħidilna n-narratur, did- darba 'kien l-istonku li wieġeb'. Hawnhekk, forsi influwenzat mit-traġiku ta' Roth, stennejtha tant titbegħren din l-imsejkna mara, li taqla' l-mistura ta' cocktails u vol-au-vents fuq l-omm sindikjara u indiskreta. Ġietni f 'moħħi wkoll novella ta' Ramona Depares li tiftaħ b'omm tkorri l-wild f 'żaqqha fl-uffiċju, bil-gliegel tad-dmija u l-embrijun li jinfetħilhom il- vit b'sempliċi ħsieb ta' kollega. Orrur u abjezzjoni li jtaqqlu r-rakkont b'potenzjal aktar profond. Imma l-karattru ta' Lughermo ddawwar id-diskors u tmur tiżfen, sakemm narawha fi tmiem il-jum f 'kamritha weħdiha mat-tektik kronoloġiku ta' ġisimha. Hemm bżonn li kulħadd jaqla' msarnu f 'ġieħ ir-rilevanza letterarja, bit-tieġ jisfratta fost l-għadajjar tar-remettar fuq l-ipokrezija u l-psewdo- korettezza borgiża? Forsi le, għax kittieb bħal Lughermo għandu s-saħħa tal-empatija, tassew b'attenzjoni għat-tbatijiet li jirnexxilu anki jinkwadrahom bla ebda sforz fl-attwalità tal- kuntest soċjali tagħhom. Imma għal din ir-raġuni, sforz din il-ħila ta' dan it- talent ġdid, hemm pass li jmiss, sew ta' kuraġġ sew ta' esperimentazzjoni u ta' rfinar ta' ħiliet u ta' viżjoni, li jista' jisfronda almenu l-ħitan taċ- ċella letterarja kontemporanja.