Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000
16 kotba IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 • illum Dak li aħna Antonio Gramsci kien politiku u intellettwali Komunist mis-Sardenja, li fi żmien il- Faxxiżmu kien intbagħat il- ħabs fl-1926, fejn miet ħdax- il sena wara. Il-priġunerija welldet il-Quaderni dal Carcere – il-pitazzi mill-ħabs, li għalkemm għad m'għandniex bil-Malti, verżjoni magħrufa bl-Ingliż tagħhom ġiet fil- fatt tradotta minn wieħed minna, Joseph A. Buttigieg, missier il-famuż Pete li dan l-aħħar kien wieħed mill- papabbli Demokratiċi għall- elezzjonijiet presidenzjali fl- Istati Uniti. Il-ħsieb ta' Gramsci huwa tista' tgħid wieħed mis- sisien ewlenin tat-teorija kulturali, ħaġa li għalkemm hija qasam ta' għarfien għal ftit, tippervadilna ħajjitna fil- mument fejn nagħmlu l-għażliet kulturali tagħna – minn dak li naqraw sa dak li nilbsu, nieklu u nikkunsmaw. Ħwejjeġ li għalkemm ma naħsbux dwarhom u nagħmluhom saħansitra inkonxjament, jafu jgħidulna ħafna dwar minn aħna u dwar kemm kull ma nagħżlu u nagħmlu fil-ħajja huwa b'xi mod politiku, anki meta ma jsirx b'mod deliberat. Gramsci għadu tista' tgħid magħruf u segwit mill- akkademja u l-intellettwali Malti, imma sikwit jintesa l-kontribut, fil-fehma tiegħi, ewlieni, dwar il-letteratura bħala indikatur importanti ta' kif tissawwar is-soċjetà. F'Letteratura e vita nazionale, waħda mill-partijiet klassiċi tal-pitazzi, kif ukoll f 'biċċiet oħrajn imxerrda 'l hawn u 'l hinn, Gramsci jipprova, fost l-oħrajn, iwieġeb mistoqsija li kien staqsa lura fl-1855 ċertu Ruggero Bonghi, li kien ministru tal-edukazzjoni, dwar għala l-letteratura Taljana nazzjonali ma kinitx popolari. L-idea kienet li l-pajjiż kien jipproduċi letteratura li xorta waħda ma kinitx tinqara mill-poplu u tiġi 'adottata' minnu, bit-Taljan kważi aktar imur għal xogħlijiet, anki tradotti, barranin, bħar- rumanzi popolari Franċiżi. Din il-qagħda hija waħda li tista' tidħol kexxun, bi ftit li xejn modifikazzjonijiet, għall-qagħda Maltija, forsi bid-differenza tas-snin meta mqabbla mal-iżviluppi storiċi tal-pajjiżi (li xorta waħda ġirien aktar milli naħsbu). Gramsci kien qed jitkellem dwar pajjiż li bħal Malta kien għadu arretrat u fil-bidu tal-ġrajja politiku bħala stat magħqud (jew mgħaqqad, skont fehmiet storiċi oħra) u li għadu qed ifarfar it-trab ta' ħakmiet essenzjalment kolonjali. Biex ma nġebbdux iżżejjed, Gramsci joħroġ bil-kunċett tan- 'nazzjonal-popolari', fis-sens li prodott kulturali ideali jirnexxi meta ma jkunx maqtugħ mill- poplu u fl-istess ħin jagħmel riferiment għal xi xorta ta' patrimonju nazzjonali. Karattri u Rakkonti – Mir- Raħal u Mis-Safar (Kite, 2021) mhuwiex maħsub bħala letteratura kif nassumuha s-soltu, imma huwa ġabra ta' memorji u ġrajjiet mill-vjaġġi ta' Mario Thomas Vassallo. Gramsci wkoll kienu jinteressawh kitbiet bħal dawn, flimkien mar-rumanz tal- appendiċi (kunċett simili għal tal-faxxikli Maltin), il-polizjesk u ġeneri simili oħra. Tibqa' idea rivoluzzjonarja anki għax mhux kulħadd tgħallimha, fejn il-prodott kulturali wieħed ma jarahx mil-lenti tal-intellettwali akkademiku maqful fl-istudju li jippontifika dwar x'inhu validu jew mhuwiex. Il-prodott, u f 'dan il-każ, il-ktieb, jikseb is-siwi tiegħu anki mill-mod kif jintuża u minn min, u anki kif jirnexxilu jidħol fit-tessut intimu tas- soċjetà li jinbet fih. Biex inkomplu bil-ħassieb Taljan, kitbietu kienu (huma) stedina biex l-istudjuż u l-akkademiku jħarsu anki lejn kitbiet bħal ta' Vassallo li jaf ikollhom potenzjal ta' 'użu' mill-poplu wisq aktar minn dak li nistennew mill- kotba li nqisuhom, minn qabel, bħala aktar 'importanti'. Issa, ktieb bħal dan ta' Vassallo s-soltu kieku ma nfittxux, imma kieku wkoll nieħu gost nirċevih, bħal ma ġrali f 'dan il-każ. Kull qarrej għandu l-preġudizzji tiegħu, anki f 'sens mhux negattiv, u forsi l-fatt li lil Vassallo ma nafux seta' kien ukoll fatt li begħedli l-kurżità minn pubblikazzjoni bħal din. Imma lil kollox trid tagħtih ċans, anki għax il-preġudizzju jbarrilek kull potenzjal ta' sorpriża u skoperta. Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb