Illum previous editions

ILLUM 2 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1440000

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 2 TA' JANNAR 2022 • illum Ġlieda għal aktar drittijiet tibqa' prijorità, iżda MARIANNA CALLEJA Dawn l-aħħar sentejn kienu ta' qtugħ ta' nifs, bejn varjant u ieħor, bejn kriżi ekonomika wara l-oħra, l-isfidi li magħhom iħabbtu wiċċhom in-nisa baqgħu jiżdiedu, jigravaw u jinżlu l-isfel fil-lista ta' prijoritajiet. Wasalna f 'punt fejn mara se jkollha terġa' tispjega għaliex dritt tagħha qed ikun imnaqqar fix-xejn. Min-naħa l-oħra, fl-2022 Malta għandha tistenniha waħda mill- iktar kwoti drastiċi li kellna fl- aħħar it snin, hawn nirreferu għall-kwota' tal-ġeneru li minnha se jgawdu l-iktar in-nisa. Għandek ukoll mozzjonijiet li qed jokorbu għall-attenzjoni, imqar siegħa djalogu, bħal dawk tal- prostituzzjoni u l-abort. Allura minn fejn se nibdew? L-abort ... Marlene Farrugia lesta tiddiskutih, imma l-bqija tal-Parlament Malti qed jaħslu idejhom minnu Minn qatt kien jobsor li f 'nofs il-ġenn tal-2021, se toħroġ Marlene Farrugia bil-mozzjoni li tipproponi l-iddikrimininalizzar tal-abort fil-Parlament? Ħadd! U bir-raġun, għax l-ebda Deputat ieħor ma kien lest jieħu pass kbir bħal dak. F'dak li qed tipproponi Farrugia, hi tgħid li l-assistenza medika biex isir abort ma tibqax kriminalizzata, jiġifieri l-ebda tabib jew professjonist m'għandu jiffaċċja proċeduri kriminali għall-assistenza medika lil persuna li tixtieq tagħmel l-abort. Sintendi kulħadd bir-rawgħa f 'ħalqu, tefa' din il-mozzjoni fil-kexxun, sakkru, u rema' ċ-ċavetta. Iż-żewġ il-partiti l-kbar mal-ewwel farfru u l-President George Vella ħareġ b'idu fuq sidru jhedded li se jirriżenja jekk xi ħadd jippreżentalu l-liġi quddiemu. Min-naħa l-oħra l-Unjoni Ewropea ħarset lejn l-abort u d-drittijiet riproduttivi tan-nisa b'moħħ iktar miuħ. "Dan jaf iwassal għal proċeduri illegali li jaf iġib riskji kbar fuq il-ħajja tal-mara," kienet qalet Helena Dalli fid-diskors tagħha fil-Parlament Ewropew. Dakinhar ġie diskuss l-impatt ta' miżuri u attakki fuq is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, b'aċċenn partikolari fuq il-Polonja. Dlonk malli Dalli tkellmet, numru ta' MEPs fakkruha li Malta tibqa' l-uniku pajjiż fl- Unjoni Ewropea li tipprojbixxi l-abort f 'kull ċirkostanza, anke jekk il-mara tkun fil-periklu li titlef ħajjitha. Fil-pajjiż, li sa ċertu punt mmotiva d-diskussjoni - il-Polonja - l-abort ukoll huwa permess, imma f 'każijiet ta' stupru, inċest jew meta tqala thedded il-ħajja tal-omm biss. Ħmistax wara ħareġ ir-rapport mħejji mill-Grupp tas-Soċjalisti fuq "Is-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi" magħruf aħjar bħala r-rapport Matić. Fir- rapport, b'dispjaċir bosta MEPs kienu stqarrew li xi stati membri jippermettu lill-ħaddiema tas- saħħa, u anke istituzzjonijiet mediċi, jirriutaw dan is-servizz tas-saħħa minħabba l-hekk imsejħa 'klawsola ta' kuxjenza'. Dan ifisser ċaħda tal-abort fuq il-bażi ta' reliġjon jew kuxjenza u skont huma qiegħed ipoġġi ħajjet in-nisa fil-periklu. Botta diretta għall-Polonja imma wkoll għal Malta. Ir-rapport ta' Fred Matić kien għadda b'378 vot favur, 255 kontra u 42 astensjonijiet u dan ifisser li Malta se jkollha ċċaqlaq xi ħaġa, jekk mhux l-abort, fuq drittijiet riproduttivi oħra. Tajjeb ngħidu li l-mozzjoni ta' Marlene Farrugia għadha mdendla, u se tibqa' hemm sat-tmiem ta' din il-leġiżlatura, meta l-Parlament ixolji. Dan ifisser li sa dakinhar, għad hemm iċ-ċans, anke jekk remot ħafna, li l-abort jiġi diskuss f 'ġurnata alokkata għall- Oppożizzjoni. Ta min ifakkar li skont l-istatut tal-PN stess, dan il- partit huwa kontra l-abort u biex dan jinbiddel ikun jeħtieġ il-vot. It-taxxa tat-tampun ikkunsidrata mill-UE bħala vjolenza fuq in-nisa L-istess rapport ta' Fred Matić, kien tkellem fuq numru ta' drittijiet oħra ripproduttivi, fosthom il-morning aer-pill u t-taxxa tat-tampun. Żewġ suġġetti li flimkien mat-taxxa r-roża, l-gazzetta ILLUM ilha ssegwi għal sena sħiħa. It-taxxa tat-tampun huwa terminu li jiġbor fih it-taxxa fuq tampuni, u prodotti oħra ta' iġjene femminili li għadhom jiġu mniżżla bħala prodotti ta' lussu' anke hekk fil-veritȧ dawn huma ta' neċċessità. F'Malta t-taxxa tat- tampun baqgħet ta' 18%. Fil-fatt madwar sena ilu din il-gazzetta kienet irrapurtat kif mara f 'Malta qed tħallas medja ta' €378.24 f 'taxxa tat-tampun. Fl-istess żmien il-gazzetta kienet tkellmet ma' Rosianne Cutajar li b'rabja kienet qalet li ma tistax mara tibqa' tħallas dawn il-flejjes kollha. Cutajar kienet ukoll żvelat mal-ILLUM li dwar dan is-suġġett il-Gvern qiegħed jirriċerka f 'aktar dettall biex ikun jaf aktar dwar dan il fenomenu u x'effetti li qed jħalli lokalment. X'sar minnha din ir-riċerka ma nafux. Kif kien spjegat sew f 'dak l-artiklu, mhux in-nisa kollha se joqgħodu jgħoddu ċ-ċenteżmi biex jaraw għandhomx biżżejjed għal prodotti essenjali ta' iġjene. Għaldaqstant dawk li jgħixu fil- faqar, għalihom l-iġjene bażika ma tibqax neċċesità iżda ssir lussu. Dan kollu jaf iwassal għal faqar relatat mal-mestruwazzjoni, nisa li jsibu diffikultà għall-aċċess għal prodotti sanitarji u iġjeniċi. Matul din is-sena, numru ta' Membri Parlamentari Ewropej kienu talbu lill-istati membri jagħmlu użu mill-flessibilità introdotta fid-Direttiva tal-VAT u japplikaw eżenzjonijiet jew rati ta' 0% tal-VAT għal dawn l-oġġetti bażiċi essenzjali. Huma Minn dak li se jseħħ għall- ewwel darba s-sena d-dieħla, bħar-riforma: Bilanċ tal-Ġeneru fil-Parlament, għal dak li lanqas biss nafu jekk hux se jkun diskuss, bħal l-abort ... Il-gazzetta ILLUM tħares lejn dak kollu li n-nisa se jsibu ma wiċċhom fis-sena li ġejja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 January 2022