Illum previous editions

ILLUM 6 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 'Il-festi din is-sena se jsiru' - Noel Camilleri jserraħ ras id- dilettanti u jwieġeb il-mistoqsijiet li qed jagħmlu bosta YENDRICK CIOFFI Id-dilettanti tal-festi bħalissa jinsabu fis-seba' sema hekk kif il- ġimgħa li għaddiet sar magħruf li minn April, il-festi jistgħu jkunu ċċelebrati anke b'mod estern. Dan ifisser li l-ewwel purċissjonijiet se jkunu dawk tal-Ġimgħa l-Kbira. It-tir huwa li l-festi, li jiġu wara, jkunu ċċelebrati b'mod normali, dejjem jekk is-sitwazzjoni tal-pandemija "tibqa' taħt kontroll." Dik "il-jekk" u anke l-fatt li se jkunu qed jitħabbru protokolli għall-Ġimgħa l-Kbira qajmu it mistoqsijiet. Dilettanti oħra kienu aktar pessimisti u mhux jemmnu li l-festi se jsiru. Għalhekk, l-ILLUM poġġiet bilqiegħda mal-President tal- Għaqda Nazzjonali Każini tal- Banda, Noel Camilleri u staqsietu l-mistoqsijiet li qed jagħmlu d-dilettanti. Għaliex il-festi esterni se jibdew minn April u mhux mill-festa ta' San Pawl? Noel Camilleri beda jispjega kif matul il-laqgħa li kellhom mal-awtoritajiet tas-saħħa u anke ma' rappreżentanti tal-Kurja, is- Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, spjegat li għalissa għadu kmieni għall-festi, anke għax in-numri tal-Covid-19 għadhom mhumiex stabbli. Għalhekk intlaħaq qbil li jingħata it aktar ċans u ċ-ċelebrazzjonijiet esterni, inkluż il-purċissjonijiet, jibdew mill- Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid, li, fi kliem Camilleri, jibqgħu mhux biss l-akbar festi tal-Knisja, imma huma festi maħbuba ma' mijiet ta' dilettanti. Ħafna kienu rrassenjati li l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira mhux se jsiru. Meta mortu għal-laqgħa, stennejtu dan ir-riżultat? Il-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda fakkar li qabel il-laqgħa tal- ġimgħa li għaddiet, għaxart ijiem qabel kien hemm laqgħa mal- Prim Ministru Robert Abela. Insista, li f 'dik il-laqgħa, il- Prim Ministru kien pożittiv ħafna u huma, min-naħa tagħhom, spjegawlu li xtaqu li l-festi jibdew isiru minn San Pawl. Saħaq li kien il-Prim Ministru stess li xtaq li ssir laqgħa oħra mal-awtoritajiet tas-saħħa. "L-għada tal-laqgħa mal-Prim Ministru, mill-ewwel ingħatajna data għat-tieni laqgħa," insista Camilleri. Tenna li huma spjegaw lis- Supretendent tas-Saħħa li xtaqu li jsiru anke San Pawl u San Ġużepp iżda hija ġġustifikat għaliex dan mhuwiex possibbli. Wara l-parir tal-Professur Gauci, intlaħaq qbil li l-festi jibdew minn April, inkluż miċ- ċelebrazzjonijiet tal- Ġimgħa Mqaddsa. Jekk se nibdew minn April, l-ewwel purċissjoni se tkun dik devozzjonali bil-vara tad-Duluri. Din tiġbed lejha eluf. Din se tkun qed issir ukoll? Camilleri insista li t-tir huwa li l-purċissjonijiet tad-Duluri jsiru iżda saħaq ukoll li kollox jibqa' dejjem jiddependi mis- sitwazzjoni tal-pandemija. "L-Għaqda dejjem kienet konsistenti. L-ewwel prijorità tibqa' s-saħħa tal-pubbliku, imbagħad il-festi minkejja li dawn huma għal qalbna," insista Camilleri. Propju għalhekk li issa se jibdew id-diskussjonijiet mal-Kulleġġ tal-Kappillani biex jitfasslu linji gwida. "L-ewwel u qabel kollox, il-linji l-gwida se jitfasslu biex dawn il- purċissjonijiet isiru u anke biex is-saħħa ta' dawk li jieħdu sehem u l-poplu tibqa' tkun imħarsa," insista Camilleri. Imma dan xi jfisser? Il- purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira se jsiru bħas-soltu jew b'mod differenti? "It-tir tagħna huwa li l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira isiru b'mod normali kif kienu jsiru qabel il-pandemija," kompla jwieġeb Camilleri. Madanakollu insista li għad iridu jsiru diskussjonijiet biex jiġi stabbilit kif dawn se jkunu organizzati, anke fir-rigward ta' persuni li jkunu qed jassistu u jsegwu l-purċissjonijiet. " F 'ċ e r t u l o k a l i t aj i e t , forsi aktar minn oħrajn, ikun hemm massa kbira ta' nies u għalhekk irridu naraw kif dawn jistgħu jkunu kkontrollati biex kemm huma u anke dawk li jkunu qed jieħdu sehem fil- purċissjoni, ikunu protetti," insista Camilleri. L-Irxoxt huwa l-aktar problematiku, speċjalment f'ċertu lokaltajiet. Se jsir? "Anke hawn. It-tir tagħna huwa li l-Irxoxt joħroġ," insista minnufih Camilleri anke jekk ammetta li fost iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa huwa l-aktar wieħed problematiku. Biżżejjed insemmu l-Irxoxt ta' Bormla u tal-Birgu u anke l-ġirjiet li tant jiġbdu nies. "Irridu naħdmu, anke mas- Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex nassiguraw li dan isir. Anke jekk isir b'forma ridotta, almenu l-Irxoxt wara sentejn ikun reġa' ħareġ. Dejjem inżommu f 'moħħna li aħna rridu li mmorru lura lejn in- normalità," insista. Wara l-Irxoxt jibdew il-festi. Ħmistax wara hemm San Publju tal-Furjana. Se jkun hemm il-festival tan-nar tal-art? Il-festi se jsiru b'mod normali? Se jsiru l-marċi? "Jekk hux se jsir il-festival tan- nar tal-art għadni ma nafx, imma li ssir il-festa normali, iva," wieġeb minnufih Camilleri. Saħaq li l-akbar diskussjoni se tkun dwar il-marċi l-kbar, jiġifieri tal-briju. "Kemm fi ħdan il-Working Group li twaqqaf fi ħdan l-Għaqda, imma anke mal-Kurja, se nfasslu linji gwida, nippreżentawhom lill- awtoritajiet ċivili biex ikun hemm qbil fuqhom," insista. Madanakollu serraħ ras kulħadd li ma għandu l-ebda dubju fuq il- fatt li se jsiru l-festi. "Issa jekk ikun hemm bżonn, skont is-sitwazzjoni tas-saħħa, ċertu restrizzjonijiet fuq xi attivitajiet li normalment isiru fil- festi, kulħadd għandu jiġbed ħabel wieħed. Ħerġin minn żmien diffiċli u allura ma rridux li nippreġudikaw l-andament tal-festi," insista. "Irridu nkunu kawti u responsabbli biex kemm jista' jkun il-festi jsiru kollha. Issa jekk isirux kollha sħaħ, jew b'xi ħaġa minnhom ridotta, jibqa' l-fatt li din is-sena l-festi se jsiru. Mis- sena d-dieħla nkomplu fejn ħallejna din is-sena." Imma l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda qalet li l-festi se jsiru normali "JEKK" is- sitwazzjoni tal-pandemija tibqa' taħt kontroll. Jekk jerġgħu jiżdiedu l-każi, se nerġgħu nispiċċaw bla festi? Camilleri saħaq li l-fatt li n-nies semgħu l-appelli tal-awtoritajiet biex jieħdu l-booster, wassal biex il-każi qed jonqsu u jinżammu taħt kontroll. "Dan jawgura tajjeb biex sas-sajf inkunu f 'pożizzjoni li l-festi jsiru kif nafuhom qabel il-pandemija. Ngħidu 'jekk' għax l-inċertezza hemm tibqa', aħna għadna f 'pandemija," insista Camilleri. 'Nispera ma jiġrix bħall-2020. Ħarġu l-purċissjonijiet f'Lulju u mbagħad daqshekk. Jew kulħadd jew ħadd!' Hemm min qed jagħmel dan l-argument. Hemm periklu li jerġa' jiġri bħall-2020? "Jiena mhux profeta," wieġeb Camilleri. Madanakollu saħaq li huma l-vera ftit li qed jagħmlu dan l-argument. "Min għandu għal qalbu l-festi, ma jagħmilx dan l-argument. Din il-mentalità ta' min jgħid li la ma saritx tagħna, ma ssir ta' ħadd, qed tinqata'. Hemm sens kollettiv u kulħadd irid jara l-festi jsiru," insista. Temm jisħaq li jekk id- dilettanti kollha se jaħdmu flimkien se jipproteġu dak li hu patrimomju ta' kulħadd. Mill- banda l-oħra saħaq li min se jaħdem għall-interessi tiegħu biss u daqshekk, se jkun qed jagħmel aktar ħsara milli ġid għall-festi. It-tieni parti tal-Mistoqsija u Tweġiba mal-President tal- Għaqda Każini tal-Banda dwar il-festi se tkun qed tiġi ppubblikata bħal-lum ġimgħa Kif se ssir il-Ġimgħa l-Kbira? L-Irxoxt ħiereġ ukoll? Imma l-festi żgur se jsiru? Anke l-marċi? L-ILLUM tpoġġi bilqiegħda mal-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda u tistaqsih il-mistoqsijiet li qed jagħmlu d-dilettanti tal-festi Il-vara ta' Santa Marija tar-Rabat Għawdex Noel Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 February 2022