Illum previous editions

ILLUM 6 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 intervista IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 • illum 'Jekk hemm xi ħadd li għandu tal-ħajja huwa il-Partit Laburista' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-elezzjoni riesqa ġmielha u din il-gazzetta issa tibda tiltaqa' ma' aktar u aktar kandidati li ħerġin għall-elezzjoni ġenerali. Din il- ġimgħa staqsejna l-mistoqsijiet tagħna lid-Deputat Laburista u Kandidat ġdid ukoll Jonathan Attard dwar diversi temi. U allura nibdew bl-aktar kwistjoni riċenti minn meta saret l-intervista: Ir- rifużjoni u ċ-ċekkijiet li l-Gvern ħabbar li se jibgħat fid-djar u li faċilment jitilgħu għal madwar €600 għal familja b'żewġt itfal studenti, fejn iż-żewġ ġenituri jaqilgħu bejn €15,000 u €30,000. Ħafna persuni mill-PN u diversi oħrajn ukoll qed jakkużaw lill- Gvern li dan eżerċizzju ta' bżar fl-għajnejn "qabel elezzjoni". Imma mhux vera? Possibbli jemmen li hija koinċidenza li se jitqassmu dawn iċ-ċekkijiet it qabel elezzjoni? U x'jaħseb dwar l-istqarrija tal-eks Ministru tal- Finanzi Tonio Fenech li sejjaħ din il-miżura bħala "irresponsabilità"? "L-ewwelnett nirringrazzjaw lil Alla li l-finanzi tal-pajjiż mhumiex f 'idejn Tonio Fenech," jibda jgħid Attard li jisħaq illi l-kritika mhix ġusta għaliex din mhux l-ewwel darba li l-Gvern intervjena b'dan il-mod u b'dawn it-tip ta' inċentivi u jfakkar fil- Vouchers u l-Wage Supplement, fost oħrajn. "Issa qed jagħmel din il-miżura biex iservi ta' spalla għall-familji u n-negozji, imma din ma tfaċċatx mix-xejn." Attard jgħid li huwa jemmen li l-Gvern jaf sewwa x'inhu jagħmel u r-riżultati "qed jarahom kulħadd." Huwa sostna illi filwaqt li pajjiżi madwarna jinsabu għalkopptejhom, "aħna bqajna għaddejjin. Qed naraw livelli baxxi rekord ta' qgħad, ix-xogħol kompla jinħoloq u allura qed naraw li l-istrateġija ekonomika tal-Gvern qed tagħmel sens, b'pajjiżna qed jitbassar li mhux biss se jkun fost l-ewwel li jmur lura għan- normalità, iżda se jesperjenza fost l-akbar tkabbir ekonomiku fl- Ewropa." Huwa sostna li għalhekk l-intervent imħabbar din il-ġimgħa mill-Prim Ministru jagħmel sens. "Naħseb in-nies se japprezzaw dan l-intervent ekonomiku li jara illi jtejjeb fejn hemm bżonn." Huwa imbagħad kkritika lill- Oppożizzjoni Nazzjonalista għax qal li l-ewwel bdiet tgħid li l-Gvern ma għamel xejn fuq l-għoli tal- ħajja u issa qed tikkritika din il-miżura. "U anke din li ma għamel xejn, mhi vera xejn. Il- Gvern kien deċiżiv, fost oħrajn biex il-prezzijiet tal-uwils ma jogħlewx kif għolew madwarna u naraw l-effetti li ħalla... il-prezzijiet tal-enerġija l-istess. F'Malta ma għolewx bħal pajjiżi oħrajn, grazzi għall-intervent tal-Gvern. U kieku ma għamilx hekk, il- kalkolu huwa li l-konsumatur kien iħallas madwar €500 iktar fis-sena f 'kontijiet," kompla jgħid mal- ILLUM Jonathan Attard. Huwa qal li għal kull sfida tinstab is-soluzzjoni, taħt Gvern Laburista. Imma issa npattu qares wara l-elezzjoni. Le? Imma imbagħad hemm l-argument l-ieħor, jiġifieri ta' kemm nifilħu nibqgħu noħorġu flus bħala pajjiż mingħajr ma nibdew inħallsu lura u allura ħafna jbassru li għalissa ħerġin iċ- ċekkijiet, imma wara l-elezzjoni nissikkaw iċ-ċinturin. Mhux tħassib leġittimu dan? Huwa jammetti li dan l-argument isir iżda jisħaq li fir- realtà tal-lum ma tistax tadotta din it-tip ta' politika. Ifakkar ukoll li llum kif jiġu mmaniġġjati l-finanzi tal-pajjiż huwa skrutinizzat bil-qawwi mill-Kummissjoni Ewropea, li jfakkar ukoll li kien taħt Gvern Nazzjonalista biss li l-istess Kummissjoni bagħtet il-Baġit lura u talbet lill-Gvern biex inaqqas mill-ispejjeż ta' ċerti setturi. "Ara taħt Gvern Laburista dan qatt ma ġara. Qegħdin f 'pożizzjoni li nagħmlu interventi bħal dawk li tħabbru din il-ġimgħa għax hemm minn fejn, għax il-Gvern mar aħjar milli kien qed jippjana fil-finanzi," jisħaq id-Deputat Laburista. 'Fl-aħħar għandna Gvern li jindirizza l-isfida tal-għoli tal- ħajja' Tajjeb li l-Gvern daħal u għen fil-prezzijiet tal-uwils u elettriku u qed iqassam iċ-ċekkijiet. Pero' fl-aħħar mill-aħħar dawn miżuri temporanji għal problema fit-tul. X'jista' jsir biex tiġi inidirizzata din ir-realtà - li qed tibda tolqot ħafna familji - fit-tul? Attard qal li filwaqt li hemm interventi immedjati bħaċ- ċekkijiet u r-rifużjoni, ifakkar li għaddejjin ukoll diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali biex tkun riveduta l-mod kif tinħadem il-COLA - il-mekkaniżmu li jiddetermina kemm togħla l-ħajja - sabiex jirrifletti aktar il-bżonnijiet kurrenti tal-familji. "Fl-aħħar għandna Gvern riżolut u li jrid jindirizza din l-isfida, filwaqt li ma tefagħhiex taħt it- tapit. Jiena konvint li jekk hemm xi ħadd li għandu s-soluzzjonijiet għall-problema tal-għoli tal-ħajja - li qed timpatta lill-familji - huwa l-Partit Laburista fil-Gvern." 'Il-PN mhux kredibbli fuq l-enerġija' U la qed insemmu l-prezzijiet ma nistgħux ma nistaqsux lil Attard dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Il-Kap tal-Oppożizzjoni ta' sikwit ifakkar li l-Gvern ilu disa' snin "jisraq" lill-poplu f 'kontijiet li ma kinux maħdumin tajjeb. Allura - l-istess - issa se jirranġa l-affarijet għax ġejja elezzjoni? Konvenjenti... Mill-ġdid iżda Attard idawwarha fuq il-PN u jisħaq li dan il-partit mhuwiex kredibbli għax ifakkar li l-kontijiet preżenti qed jinħadmu fuq avviż legali li kien daħħal Gvern Nazzjonalista. "Jiġifieri jekk problematika, din il-problema ħoloqha Gvern Nazzjonalista. Issa għax għamilna intervent, se jgħidu għax elezzjoni. X'nagħmlu mela? Nipposponu kollox għal wara l-elezzjoni?" Huwa jisħaq li bħal kull ħaġa oħra din hija kwistjoni ta' kredibilità u jinsisti li l-PN kredibilità fuq kwistjoni tal-enerġija ma għandux. Imma dwar l-enerġija - minkejja ħafna xogħol li sar - ma jħossx li għadna lura fuq enerġija ġejja mir- riħ - per eżempju? Huwa jammetti li din hija waħda mill-isfidi li qed jiffaċċja pajjiżna u fejn hemm bżonn li l-Gvern jieħu deċiżjonijiet kuraġġużi. "Lilhinn mill-kritika u kontroversja l-fatt jibqa' li (permezz tal-Power Station il-ġdida) il-Gvern għamel investiment kbir li permezz tiegħu L-għoli tal-ħajja, il-kontijiet, il-faqar u l-pagi, l-FATF, stejjer ta' nepotiżmu, l-abort, il-metro u Chris Cardona. Id- Deputat Jonathan Attard iwieġeb...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 February 2022