Illum previous editions

ILLUM 6 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 intervista illum • IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 għandu s-soluzzjonijiet għall-għoli Laburista' kienet assigurata l-provvista u assigurat ukoll l-istabbilità fil- prezzijiet." "Jekk ma għamel xejn, il-Gvern preżenti ħoloq stabbilità u serħan il-moħħ f 'dan is-settur," saħaq Attard. Imma minkejja dan kollu li qed jgħid xorta għad hawn eluf fil- faqar jew li jgħixu bl-eżatt. Allura x'inhu jiġri ħażin? Huwa qal li dan huwa minnu u l-faqar mhux perċezzjoni, għalkemm jisħaq ukoll li dawk f 'riskju ta' faqar naqsu u jgħid li apparti miżuri finanzjarji diretti, il-Gvern Laburista ħa numru ta' passi oħrajn li wasslu biex ħafna nisa "jilħqu l-potenzjal tagħhom" u jmorru għax-xogħol, billi għamel iċ-childcare b'xejn. "Naqbel miegħek li jkun hemm sitwazzjonijiet li jirrikjedu aktar attenzjoni u apparti l-miżuri li l-Gvern ħa f 'diversi baġits, qed jara wkoll kif se jirratifika ċerta sitwazzjonijiet." "Sar ħafna xogħol u għad fadal xi jsir," sostna mal-ILLUM Jonathan Attard. Metro, tram jew tal-linja? Il-gazzetta ILLUM staqsietu x'jaħseb u ma xhiex jaqbel: Ma' Metro, tram jew inkella nibqgħu kif aħna u ntejbu tal-linja? Huwa ma jikkommettix ruħu iżda u jgħid li se jistenna biex tkompli tiżviluppa d-diskussjoni biex ikun determinat għandux isir jew le dan il-proġett. Qal ukoll li minkejja li kien hemm titjib notevoli fit-trasport pubbliku, xorta jeħtieġ ikun hemm aktar titjib biex dan ikun effettiv. 'Mal-abort ma naqbilx pero' nemmen li tajjeb li niddjalogaw' Jaqbel mal-abort Attard? Huwa jibda billi jgħid li le ma jaqbilx mal- abort għalkemm jgħid mill-ewwel li hemm bżonn issir diskussjoni b'maturità dwar is-suġġett, lilhinn mill-partiġġjaniżmu. "Irridu nkunu miuħa għal dawk li għandhom opinjoni differenti," sostna d-Deputat. 'Il-PM u Cardona wrew sens ta' maturità' Attard għamel żmien jaħdem fil- qasam tar-Relazzjonijiet Pubbliċi mal-eks Ministru Chris Cardona, mhux eżattament l-aktar politiku li kellu tmiem - għall-karriera twila - glorjuż. Huwa kif jiġġudika lil Cardona llum? L-eks Ministru sar persuna non grata? Huwa jibda billi jgħid li ma jaħsibx li huwa persuna non grata fil-PL u jgħid illi f 'dak li jirrigwarda l-ħidma Ministerjali jħoss li l-fatti u ċ-ċifri ekonomiċi jitkellmu waħedhom. "L-ekonomija kibret u kellna rekord ta' investiment dirett barrani. Mhux se niġġudikah jiena, imma inħalli dawn il-fatti jiġġudikawh." Attard qal illi imbagħad "inħolqot sitwazzjoni fejn seħħew ċerta avvenimenti li jistgħu joħolqu sitwazzjoni skomda għall- Partit Laburista." Kompla jgħid iżda li "b'sens ta' maturità l-PM iddeċieda sabiex ikun jista' jassigura li l-pajjiż jimxi 'il quddiem pero' wkoll kien hemm is-sens ta' rispett ta' Cardona li ħass li għax seta' kien ta' piż għall- proġett Laburista rriżenja." 'Anke jiena ma fhimtx ċerta deċiżjonijiet għax m'inix mediku' L-intervista ddur fuq il- Covid-19 u l-fatt li din mill-ġdid reġgħet ħolqot ħafna tgergir u ilmenti, mhux l-inqas minn diversi li jħossu illi l-Gvern lagħab bl-emozzjonijiet tan-nies meta l-ewwel qal li bla ċertifikat tal- vaċċin ma tistax tmur f 'diversi postijiet bħal ristoranti, imbagħad dawwar din id-deċiżjoni. Ma jħossx li din il-kritika hija ġustifikata? "Niem iva ċerta sentiment ta' nies diversi u d-deċiżjonijiet xi kultant in-nies ma jimuhomx, inkluż jiena, għax minix espert mediku. Imma naħseb ukoll li kollox ma' kollox il-Gvern mexxa lill-pajjiż tajjeb waqt il- pandemija u kull deċiżjoni li ħa kienet imnebbħa mhux mill- partiġġjaniżmu, iżda mix-xjenza," qal Attard, Id-Deputat Laburista sostna mill-ġdid li ċerta deċiżjonijiet anke hu ma fehemhomx, imma jkompli jfakkar li Malta kienet mudell għal ħaddieħor, bir-rata tat-tilqim tkun fost l-ogħla fid-dinja. "Pero' ma nistax ma ngħidx li mill-ġdid fuq din il-kwistjoni spikkat l-inkonsistenza tal-Partit Nazzjonalista. L-ewwel riedu lockdown, imbagħad kien hemm min fil-PN li qal li l-vaċċin mhux soluzzjoni, imbgaħad qablu mal- Gvern fuq il-miżura taċ-ċertifikat tal-vaċċin, imma imbagħad dawwru kollox għax raw it-tgerigir fuq il-midja soċjali..." 'Persważ li bir-riformi li qed nagħmlu se noħorġu mil-Lista l-Griża' U la semma' l-Oppożizzjoni mill-ġdid nibqgħu fuq it-tema u nistaqsu: Għaliex il-Gvern ma aċċettax u ma qabilx mal-abbozz tal-PN b'diversi bidliet pjuttost pożittivi proposti? Attard jgħid li trid titlaq mill-premessa li kuntrarjament għal dak li jgħid il-PN il-Gvern mhux vera raqad fuq riformi li jitrattaw il-governanza. "F'sentejn ressaqna rekord ta' abbozzi, wħud minnhom storiċi. Għaddejna mit- test tal-Kummissjoni Venezja, mit- test tal-Moneyval..." Il-gazzetta twaqqfu u tfakkru li iżda fallejna t-test tal-FATF. "Dawn ir-riformi li qed nagħmlu persważ li se jwassluna wkoll biex ngħaddu mit-test tal-FATF. Dan il-Gvern ma naqasx li jagħmel interventi neċessarji, inkluż deċiżjonijiet mhux faċli - bħalma per eżempju żvesta ruħu mill-irwol li jiddeċiedi min ikun il-Prim Imħallef," sostna Attard. Huwa kompla billi kkritika l-proposti tal-PN u qal li din kienet "stunt politika". 'L-aqwa soluzzjoni għall-pajjiż huwa li jkollu Gvern Laburista' Finalment Jonathan Attard jidħol f 'dar u jgħidulu li issa xebgħu jisimgħu stejjer ta' nepotiżmu u kuntratti lill-ħbieb tal-ħbieb u allura mhux se jivvutaw. Kif se jikkonvinċiehom? Attard saħaq illi meta tħares lejn l-istampa sħiħa, "perfetti ma konniex u dejjem ngħiduha din pero' l-ġid li ħoloq dan il-Gvern, b'sens ta' rieda tajba nemmen li se jispikka fl-għażla tan-nies fl- elezzjoni li ġejja." Huwa jkompli jgħid illi f 'mumenti ta' sfida - sfidi li qed tiffaċċja d-dinja kollha - "l-aqwa soluzzjoni għall-pajjiż huwa li jkollu Gvern Laburista, għax il- poplu l-inqas li jħoss l-impatt ta' dik l-isfida." Huwa qal li qabel kienu jogħlew il-prezzijiet minn barra u l-Gvern jaqbad u jgħolli, jew inkella kull xahar id-Dipartiment tal- Informazzjoni iħabbar reviżjoni fil-prezzijiet tal-uwils "u jkollna ħafna teatrini fil-pompi... dawn affarijiet li ġraw it snin ilu biss. Taħt il-Labour dawn l-affarijiet ma jiġrux," temm l-intervista Jonathan Attard. 'Il-PM iddeċieda, sabiex ikun jista' jassigura li l-pajjiż jimxi 'il quddiem, pero' wkoll kien hemm is-sens ta' rispett ta' Chris Cardona li ħass li għax seta' kien ta' piż għall-proġett Laburista rriżenja'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 February 2022