Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616
16 analiżi IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 • illum Għaliex il-Kulti Għaliex il-Kulti perikolużi? perikolużi? L-OSSESSJONI BL-OMOSESSWALITÀ Imma għaliex donnhom ir-River of Love ossessjonati bil- kwistjoni tal-omosesswali? Vera li nies kapaċi ma jibqgħux omosesswali u jsiru eterosesswali grazzi għall-interventi ta' dawn is-setet? U kemm il-Pastor spiċċaw f'nofs skandli sesswali kbar? Ix-xjenzat David Pace ikompli janalizza... DAVID PACE Aspett ieħor perikoluż ta' setet bħar-River of Love u kulti oħrajn li fost il-kullana ta' allegati mirakli li jagħmlu l-mexxejja tagħhom hemm dik li jgħidu li jbiddlu l-orjentazzjoni sesswali ta' individwu. Il-Pastur Manche jidher li hu espert mhux ħażin ta' dan il- "miraklu" u xi snin ilu, s-segwaċi tiegħu kienu prattikament jirrikklamaw li huwa kapaċi jbiddel l-omosesswali f 'eterosesswali. L-attivita' tal-konverżjoni tal- omosesswali (li llum saret illegali) hija fundamentali għal setet bħar- River of Love għaliex jappartjenu għall-grupp ta' setet Evanġeliċi Amerikani (il-post fejn b'xi miraklu edukattiv, Gordon-John Manche minn żeffien sar tabib u pastur f 'daqqa għalhekk dejjem jippreżenta ruħu bħala Dr. Gordon- John Manche fuq il-websajt tiegħu u fil-pubbliku) li esportaw ħafna mill-omofobija tagħhom lejn pajjiżi Afrikani bħall-Uganda, Kenja, Niġerja u ż-Żimbabwe fejn l-omosesswalita' diġà kienet ippersegwita ferm u ħafna jispiċċaw saħansitra maqtulin. Fil-fatt, Manche u s-setta tiegħu kemm- il darba telgħu l-Uganda biex ikomplu għaddejjin bix-xogħol pastorali hemmhekk. L-istorja tal-Pastur (jew Impustur) tmur lura lejn is- sena 2011 meta ħarġet l-aħbar li hu u dixxipli tiegħu kienu qed "jagħmlu l-mirakli" li bihom jisħqu li dawru l-orjentazzjoni ta' tlett irġiel u ġabuhom eterosesswali. Ir-rapport tal-battibekki li qamu bejn is-setta tiegħu u dawk l-għaqdiet li jipproteġu d-drittijiet tal-omosesswali bħall-MGRM u Drachma ġew rapportati f 'diversi gazzetti; u fil-fatt l-Alleanza tal- Knejjes Evanġeliċi kellha tagħmel apoloġija. Kelliema tal-MGRM ikkummentat fuq il-ħsara li kienet qiegħda ssir lil dawn l-individwi li jaħsbu li l-omosesswalità hija xi marda fiżika jew psikoloġika. Infatti, l-istess grupp semma' diversi każijiet fejn il-ġenituri jieħdu t-tfal għand il-psikologi li jgħidulhom li mhiex marda u jispiċċaw jieħduhom għat-terapija tal- konverżjoni għax jemmnu li jistgħu jiġu "mfejqa" minn Ġesu Kristu. Il-perikli tat-terapija tal- konverżjoni Qabel ma nsemmu t-terapija nnifisha, ma' nistgħux ma' nsemmux il-preġudizju mis- soċjetà u mill-familja u l-effetti tagħhom fuq nies LGBTIQ, l-aktar iż-żagħżagħ, speċjament dawk ġejjin minn familji tradizzjonali u reliġjużi. Kull biċċa riċerka minn Universitajiet u organizzazzjonijiet mediċi u psikjatriċi li saret, jikxfu l-effetti ħżiena ta' din it-terapija, u dawn kollha kkundannaw din it-tip ta' terapija. Riċerka dwar l-effett tal- preġudizzju mis-soċjetà u l-effett mediku u psikoloġiku tagħha li sar mill-Università tal-Istat ta' San Francisco wera' li żgħażagħ LGBTIQ li ġew skartati u emarġinati mill-familji tagħhom, għandhom: • Aktar minn tmien darbiet ċans li jikkomettu suwiċidju • Aktar minn sitt darbiet ċans li jbatu minn dipressjoni qawwija • Aktar minn tliet darbiet ċans li jieħdu d-drogi • Aktar minn tliet darbiet f 'riskju li jaqbadhom l-HIV jew mard sesswali ieħor Diversi għaqdiet importanti Amerikani (u qed nikkwota lilhom għaliex f 'dal-pajjiż, l-aktar li hemm reliġjonijiet Evanġeliċi Fundamentalisti u għalhekk l-aktar fejn saret riċerka dwar l-effett tat-terapija tal-konverzjoni ta' LGBTQ) inkluż l-American Academy of Child Adolescent Psychiatry, l-American Academy of Pediatrics, l-American College of Physicians, l-American Counselling Association, l-American Association for Marriage and Family erapy, l-American Medical Association, l-American Psychiatric Association, l-American Psychoanalytic Association, in- National Association of Social Workers u tant oħrajn kollha ħarġu kontra din it-tip ta' terapija. Huma jikkonkludu dan dwar din it-terapija: American Academy of Child Adolescent Psychiatry (AACAP) "Jekk nieħdu l-evidenza xjentifika, l-AACAP tqis terapija tal-konverżjoni u intervenzjonijiet oħra imponuti fuq persuna biex iġiegħluha tassumi orjentazzjoni sesswali li mhijiex komda biha m'għandhomx bażi xjentifika u medikament ma' jaħdmux. Anzi, l-evidenza li għandna hija li dawn l-interventi jagħmlu l-ħsara." American Academy of Pediatrics (AAP) "Li ż-żagħżagħ adoloxxenti jkunu konfużi dwar l-orjentazzjoni sesswali tagħhom mhijiex xi ħaġa rari. Il-counselling jista' jgħin f 'dawk il-każijiet li għandhom dubji jew diffikultajiet dwar is-sesswalità tagħhom. It-terapija mogħtija apposta biex tbiddel l-orjentazzjoni tagħhom mhijiex indikata u tista' tqanqal dubju u ansjetà kbira, fosthom li mhi se tagħmel xejn biex tbiddel l-orjentazzjoni sesswali tagħhom." American College of Physicians (ACP) "Il-kulleġġ jopponi l-użu ta' kull terapija ta' konverzjoni, re- orjentazzjoni jew riparativa fit- trattament ta' persuni LGBTQ." American Counseling Association (ACA) "L-idea li l-attrazzjoni lejn l-istess sess hija abnormali u għandha bżonn it-terapija tmur kontra il- pożizzjoni tal-organizzazzjonijiet dwar is-saħħa mentali nkluża l-ACA." American Medical Association (AMA) "L-AMA topponi l-użu ta' terapija tal-konverzjoni jew riparativa li huma bbażati fuq l-idea li l-omosesswalità hija xi forma ta' diżordni mentali jew li pazjent jista' jbiddel l-orjentazzjoni sesswali tiegħu jew tagħha." American Psychiatric Association (APA) "Fl-1997, l-APA ħarġet fuljett dwar l-omosesswalità u l-bisesswalità u fiha kitbet li ma teżisti l-ebda evidenza xjentifika ppubblikata li tagħti sapport li t-terapija riparattiva bħala trattament li tista' tbiddel l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna. Ir-riskji potenzjali ta' din it- terapija huma kbar u jinkludu dipressjoni, ansjetà u mġieba li biha persuna tista' tweġġa' lilha nnifsha, l-aktar għaliex jekk it- terapista jaċċetta l-preġudizzju

