Illum previous editions

ILLUM 6 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 analiżi illum • IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 soċjali kontra l-omosesswalità jista' jinforza l-mibgħeda li pazjent/a diġà jkollha kontriha minħabba l-istigma. Ħafna pazjenti li jgħaddu min din it-terapija jirrakkontaw kif qalulhom li l-omosesswali huma nies mdejqin li qatt mhuma se jiġu aċċettati mis-soċjeta u jgħixu ħajja feliċi. Ma' jgħidulhomx li persuna omosesswali tista' tkun ferħana u tidħol f 'relazzjonijiet ta' imħabba onesta, allura jibqgħu jinforzaw dawn l-għidut mingħajr ma' jieħdu f 'kunsiderazzjoni l-effett ta' l-istigma soċjali." Din il-link: https:// f r e e m a r r y . 3 c d n . n e t / 7 4 8 b 9 e d 3 7 7 e e 5 f e d a f _ kgm6b5upb.pdf tinkludi ferm aktar proġetti ta' riċerka xjentifika dwar il-konverżjoni tal-omosesswali u dawn inkludejthom biex ħadd ma' jgħid li ma offrejtx evidenza xjentifika dwar din it-terapija, in-nuqqas ta' effettività tagħha u l-ħsara kbira medika, psikoloġika u soċjali li tista' tikkawża lil persuni omosesswali. Nuqqas ta' Etika? Il-mara tal-Pastur Manche, Mariella Esther Manche hija mniżżla bħala Reverendu Pastur fuq il-websajt tas-setta River of Love. Mariella nee Blackman hija psikologa b'dawn il-kwalifiċi BA (Hons), MSc Psych(Lond.), BPSS u għamlet żmien tidher fuq it- televixin f 'diversi programmi tagħti l-pariri. Għalhekk huwa tassew inkwetanti li kien ġie allegat li hi tieħu ħsieb dawk l-aspetti tas-setta li għandhom x'jaqsmu ma' problemi psikoloġiċi u sesswali. Fit-Times tal-21 ta' Ġunju 2015 ħarġet storja minn persuna omosesswali li kienet tattendi l-laqgħat tas-setta li stqarret li kienu qalulha li l-orjentazzjoni tagħha kienet "diżgustanti" u jista' jiġi mfejjaq minn psikologa li għandha rabtiet mar-River of Love. L-istess persuna rrakkontat kif Blackman - li dak iż-żmien kienet psikologa popolari televiża u l-mara tal-evanġelist kontroversjali Gordon Manche - bdiet tagħtih trattament għall-omosesswalità. Blackman kienet ċaħdet l-allegazzjonijiet li wettqet din it-terapija wara li r-raġel tagħha kien organizza "Konverzjoni tal-Fidi" bl-isem ta' Gay No More fl-2011, li ġibdet l-għadab tal- komunita' omosesswali. Minbarra dan, il-persuna qalet ukoll li l-Pastur kien wettaq ritwal fuqu simili għal skonġrament biex joħorġlu x-xitan; u dan isaħħaħ t-twemmin li għandhom ħafna membri ta' setet bħar-River of Love li min hu omosesswali hu mxajtan. Li s-setta kienet twettaq dawn il- konverzjonijiet huwa fatt minkejja li Manche dan ċaħdu, iżda l-fatt li hemm psikologa kwalifikata f 'dan il-grupp li żgur li taf bl-istudji kbar kollha li jeżistu dwar kemm il-konverzjoni ma' taħdimx hija traġedja kbira kemm jekk kellha jew ma' kelliex x'taqsam ma' din it- terapija. Fortunatament, din it-tip ta' terapija issa saret illegali u għalhekk il-mistoqsijiet li jmiss huma: Setet u Kulti Evanġeliċi u omofobiċi li hawn numru minnhom f 'Malta għadhom iwettquhom? Jekk għadhom isiru minn taħt x'qed jagħmel il-Gvern biex jikkontrollahom? U jekk isseħħ xi traġedja bħad-delitt li wettaq Abner Aquilina u joħroġ li kien influwenzat minn setta, x'jiġri? Irridu niakru li dawn is-setet fundamentalisti u konservattivi jkollhom fisazzjonijiet fuq is- sesswalità u fuq ix-xitan. F'filmat, il-Pastur Manche tkellem kontra l-liġi tal-ugwaljanza tas-sessi u qal li biha se jiżdiedu l-perverżjonijiet sesswali. Dan kien il-kliem eżatt li qal fuq lis-stazzjon Smash: "U l-boy, skużi l-espressjoni, mhux ħa nidgħi, imma ħa jkolli ngħidha, jekk id-duda tiċċaqlaqlu, jista' joqgħod imissha biex forsi titlalu, jekk il-girl tħoss xi ħaġa, il-girl tista' toqgħod tmiss lilha nnifisha u jekk ħaddieħor imissha, dak allura naturali." Jiġifieri Manche qed jgħid li l-esperimentazzjoni bil-ġenitali li t-tfal jibdew jagħmluha mindu jkun trabi tista' iġiegħelhom jitilgħu promiskużi u lesti jħallu lil ħaddieħor imisshom? Raġunar bażwi, medjevali u mingħajr bażi li juri nuqqas serju ta' għarfien xjentifiku fuq kif jikbru u jitgħallmu t-tfal minkejja li hu jħobb juża t-titlu ta' tabib u għandu konsulenta psikoloġika miegħu fis- setta. Dan għaliex anke meta jkunu trabi, it-tfal jilgħabu bil-ġenitali tagħhom u jitħarrkulhom, u aktar tard jibda' jkollhom l-emissjonijiet li juri li l-ġisem stess irid ibattal lis- sperma awtomatikament. Allura skond Manche, dan dnub ukoll u l-masturbazzjoni tista' twassal għall-perveżjonijiet? Jew dawn huma stadji naturali li jridu jgħaddu minnhom it-tfal u fl- istess ħin jitgħallmu dwar ġisimhom u meta jitfarfru jkun ferm aktar faċli li l-ġenituri jgħallmuhom dwar l-edukazzjoni sesswali biex jilqgħu l-isfidi tas-soċjetà? Bil-maqlub ta' min ikun ripress sesswalment li jista' saħansitra jiżviluppa problemi psikoloġiċi li jissarrfu f 'pedofilija, assalt u attività sesswali mingħajr protezzjoni li taf tissarraf fi tqala, immolestar jew it- tixrid ta' mard qerried transmess sesswalment. Din hija r-raġuni għaliex tant mexxejja Kristjani Evanġeliċi konservattivi jispiċċaw mixlija b'reati u abbużi sesswali wara li qattgħu ħajjithom jippriedtkaw kontra l-omosesswalità u l-feminiżmu. Mexxejja Evanġeliċi li spiċċaw akkużati... Għalhekk tajjeb insemmu wħud minn dawn l-invidwi "imqaddsa" u nara x'għamlu: • Ted Haggard – Pastur Evanġeliku magħruf għall-prietki ħorox kontra s-sess qabel iż- żwieġ, l-adulterju u ż-żwieġ bejn l-omosesswali sakemm fl-2006 inqabad f 'skandlu omosesswali meta kixfu prostitut bl-isem ta' Mike Jones u qal li kien ilu jmur għand Haggard is-snin u sa kien jieħu l-crystal meth (droga) quddiemu. • Bill Gothard – il-Pastur ta' kapitlu Evanġeliku li kien jgħallem lin-nies mid-dar magħruf bħala e Gothard Institute of Life Principles. Hu kien jippromovi s-sottomissjoni tan-nisa għall-irġiel u jġielgħhom jilbsu b'mod konservattiv. Hu kien qrib ħafna diversi politiċi Repubblikani, iżda fl-2014, aktar minn 30 mara akkużawh b'assalt sesswali u wħud minnhom kienu taħt l-età u qalu li misshom u anke mmolestahom sesswalment. Gothard kellu jirreżenja mill- kapitlu li waqqaf. • Tony Alamo – ħa l-fama fis-sebgħinijiet bil-prietki fundamentalisti Kristjani tiegħu, iżda tilia meta mititlu l-mara, ibbalzmaha u qal li se tqum mill- mewt. M'hemmx xi ngħidu, dan ma seħħx u fl-2009, Alamo weħel mal-179 sena ħabs għall-abbuż sesswali, it-trasport u prostituzzjoni ta' tfajliet taħt l-età, pedofilija, assalt u żwieġ ma' tifla ta' 8 snin. Hu ħalef li dan kollu kien frame-up mill- Vatikan! • Bob Coy - l-aktar Pastur Evanġeliku famuż fi Florida li kellu 25 000 dixxiplu u tant kien influwenti li darba żaru il-President George W. Bush. Il-fama tiegħu għebet meta fl- 2014 instab li kkommetta adulterju ma' diversi nisa u kien iffissat fuq il- pornografija. Kellu jirreżenja, iżda fl-2017 tfaċċa każ ieħor ta' pedofilija ma' tifel—każ li għadu għaddej. • Fred Phelps - il-fundatur tal- Knisja Battista ta' Westboro, kapitlu fundamentalist li kien magħruf għall-omofobija esaġerata tant li waħda mill-attivitajiet favoriti kienet li tipprotesta u tħarbat funerali ta' nies omosesswali u attivitajiet tal- Gay Pride. Jingħad li l-frażi favorita tiegħu kienet God hates fags! (Alla jobgħod l-omosesswali). Minħabba f 'hekk hu u l-Knisja tiegħu spiċċaw ittimbrati bħala grupp tal- mibgħeda (hate group). Fl-1995, Phelps weħilha fuq każijiet ta' assalt u swat, u fl-2013 spiċċa skumnikat u mkeċċi mill-Knisja li waqqaf hu stess. • Doug Phillips – Dan kien il- President tal-grupp estrem lemini Kristjan imsejjaħ il-Visit Forum Ministries. Kien ħabib ta' ħafna politiċi Konservattivi Amerikani u bħala pastur kien jgħoxa jipprietka li n-nisa dejjem għandhom ikunu totalment sottomessi għall-irġiel, m'għandhomx jiżżewġu lil min iridu u jrid ikollhom tfal kemm jistgħu. Fl-2013, Phillips kellu jirreżenja meta safa' akkużat pubblikament li kien abbuża u attakka sesswalment tfajla li meta ltaqa' magħha kellha biss 15-il sena. Hu dan ammettieħ u kellu jirreżenja mill-grupp. Ma' dawn nistgħu nżidu lil Jim Bakker, Jimmy Swaggart, Dave Reynolds, Mike Hintz u Joshua Duggar-- kollha ġejjin mill-Istati Uniti għaliex it-tip ta' setta Evanġelika fundamentalista estrema li jmexxi Manche oriġinat minn hemm u saħansitra hu laħaq Pastur hemmhekk, imbagħad ġie Malta biex iwaqqaf is-setta tiegħu, River of Love. Jissokta Il-mibgħeda li xerrdu numru ta' setet Evanġeliċi fl-Istati Uniti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 February 2022