Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616
18 kotba IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 • illum Hekk tħabbat il-qalb Maltija It-titlu misluf mit-triloġija ta' Friggieri, għalkemm jippresta ruħu għal-logħob tal-kliem, huwa aktar tislima, u forsi anki markatur kronoloġiku, għal kif inbidlet il-letteratura Maltija u l-istorja tagħha li qed ngħixuha bħalissa. L-aħħar tliet rumanzi ta' Friggieri kienu monument letterarju għal Malta li għaddiet u qajla terġa' tiġi: ir-ritratt li kien ġa ħa Temi Zammit għal dil-Malta li bilġri kienet qed tgħib, u li Friggieri jiġbed minnha mhux biss l-aħħar xbihat, imma bħallikieku definizzjoni mitika tal-essenzjal tar-ruħ Maltija. Bl-istess mod, il-kittieba kontemporanji, mid- disgħinijiet 'l hawn, qed jagħmlu l-istess ħaġa, forsi b'aktar rapidità. Biex nibqgħu fit-tema tat-tridi, nistgħu ngħaddu minn Immanuel Mifsud għal Pierre Mejlak biex illum naslu għal Nadia Mifsud u l-aħħar xogħol tagħha, Żifna f 'Xifer Irdum (Merlin, 2022), li għalissa donnu l-aħħar waqfa, l-għeluq li jorbot ċoff il-mixja tal-kittieb ġdid Malti u d-definizzjoni ta' din ir-ruħ nazzjonali li nbidlet sew minn dak li baqa' jixxennaq għalih Friggieri sa it snin ilu. In-novelli f 'din il-ġabra ta' Mifsud ma jitkellmu dwar ebda rdum, almenu milli rajt, u jidher li dan it-titlu kien għażla li b'xi mod trid timplika xi ħaġa mistura, forsi profonda, dwar il-burdata ta' stejjer li ilhom jinħmew. Xi wħud minnhom kienu ġa dehru fuq Leħen il-Malti bejn l-2014 u l-2019, u Mifsud stess tgħid fir- ringrazzjamenti li l-pubblikatur stess tmien snin qabel kien qagħad lura milli jippubblika l-ewwel abbozzi tagħhom, donnu ħass li kien baqgħalhom x'jinħmew. Kienet vallapena din l-istennija: il-qawwa narrattiva ta' Nadia Mifsud terġa' tagħtina sorpriża li kapaċi taqtagħlek nifsek, u li ġa konna ħadna togħma tagħha fl-ewwel rumanz wara karriera assoċjata mal-poeżija. U l-qtugħ ta' nifs jiġi l-aktar mill- mod kif il-kittieba jirnexxilha tant toqrob lejn il-qarrejja u ħajjithom, b'tali mod li ż-żewġ kategoriji donnhom jinħallu f 'xulxin. Il-kittieba tkellmek jew titkellem dwarek, b'dettall u lenti analitika li jiskomodawk, u fl- istess ħin tħoss li stajt ktibtha int din l-istorja kieku kellek il-ħila, jew li forsi nemmsitlek minn xi mkien u serqitlek ġrajja minn ħajtek li tassew seħħet. Jew inkella, bil-maqlub, il-kittieba rnexxielha taqbad kundizzjoni li hija universali u ta' kulħadd daqs kemm hija unika għalik u tiegħek biss. Jew jaf l-irdum li kellha f 'moħħha Mifsud huwa dak ta' ħajja u anki dimensjoni soċjali li ntilfulha ċ-ċertezzi, u l-pass li jmiss jaf mhuwiex lejn dagħbien mudlam u bla qiegħ, imma forsi qabża lejn vojt li niqbgħu inċerti dwar fejn twassalna, bħall- karozza ttir lejn il-baħħ fi tmiem elma and Louise. Mifsud hija mill-ġenerazzjoni l-ġdida ta' kittieba, li d-definizzjoni tagħhom, anki kif semmejt m'ilux, titbandal bejn dawk li skont Sant kellhom jesperjenzaw tassew is- 'soċjetà miuħa' u t-tismija aktar reċenti persistenti tal-'kittieba kożompoliti'. Għax sew għal Mifsud, kif ukoll għal awturi oħra tal-istess ġgajta, hemm ħwejjeġ li jakkomunawhom li huma naturali, u issa dejjem aktar essenzjali, iktar milli konna naħsbu. Fosthom is-safar u l-għajxien barra minn Malta, u għadd minn dawn in-novelli jseħħu f 'Pariġi, dar Mifsud. Jistgħu seħħew fi kwalunkwe belt oħra madwar id-dinja, però: Pariġi pretest, jew inkella verament kumbinazzjoni, iżda l-funzjoni tagħha sikwit hija li fiha tilqa' protagonisti barranin u stranġiera, li jiniehmu mhux biss bħala l-individwi li huma, imma, fuq kollox, il-Maltin iffaċjati minn dinja li fl-aħħar mill-aħħar qatt mhi se tkun tagħhom. Il-karattri msefrin ta' Mifsud ukoll spiss jiġu lura, donnha l-kundanna ħelwa u ironika tal-abitanti tal-gżejjer li jħossu s-sejħa ta' għeruq li mhux bilfors dejjem żaqqewhom. Pariġi ċċedi quddiem it-tiiriet tax-Xatt tal- Isla jew il-geġwiġija tat-toroq ta' Bormla, bil-ħsejjes, l-irwejjaħ u t-tiiriet li ffurmawna. Nazzarda ngħid li jagħmluna Maltin, lil hinn mill-bnadar u mill- passaporti, imma mill-modi uniċi kif artna u l-istorja sawru l-mod kif inħossu, fil-fatt, kif tħabbat qalbna. Mat-tokki tal-millenju l-ġdid , Immanuel Mifsud kien aġġorna l-katalgu letterarju b' L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut: apparti l-kjaroskur Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb