Illum previous editions

ILLUM 6 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 • illum Jekk l-elezzjoni ser issir f'Marzu Abela jrid bilfors iħabbarha illum jew din il-ġimgħa ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Dalgħodu għajnejn Malta se jkunu fuq il-Prim Ministru Robert Abela li mistenni jindirizza lill- attivisti Laburisti fl-Imqabba, wara ġimagħtejn ta' xnigħat ma jaqtgħux mhux biss fil-PN imma anke fil-Partit Laburista u f 'Ministeri dwar elezzjoni għat-12 ta' Marzu. Biex l-elezzjoni issir fit- 12 ta' Marzu Abela jrid iħabbarha llum il-Ħadd jew l-aktar tard għada t-Tnejn 7 ta' Frar - biex b'hekk ikunu jistgħu jgħaddu t-33 jum mir-Writ tal-Elezzjoni u allura x-xoljiment ukoll tal-Parlament. Anke l-aktar persuni qrib tal-Prim Ministru għadhom ma jafux x'inhi eżattament id-deċiżjoni tiegħu, b'dawk li tkellmu mal-ILLUM jagħtu verżjonijiet differenti. Uffiċjal għoli fil-Partit Laburista qal lill-gazzetta ILLUM "insewha f 'Marzu", anke jekk sostna li hu personalment jaqbel li għandha ssir matul dan ix- xahar. "Ma narax li tagħmel sens li mmorru għal elezzjoni issa meta se jonqsu dawk ir-restrizzjonijiet kollha, il-Covid-19 bdiet tmajna pero' għad hawn ħafna garr u n-negozji għadhom qed iħossu d-daqqa. Jagħmilha aktar tard," sostna mal-ILLUM. Iżda persuna oħra wissiet li jekk ma ssirx issa il-Partit Laburista jkun qed jidħol fir-riskju li jitlef aktar voti, aktar milli jirbaħ. Jidher iżda li dawk kollha fil-Partit Laburista li tkellmet magħhom din il-gazzetta ma għandhom ebda indikazzjoni ċara ta' data eżatta u lanqas jekk fil-fatt hix ser issir issa jew inkella aktar tard din is-sena. Il-PM Abela qed iżomm din id- deċiżjoni esklussivamet għalih. Mir-Rialtò għall-Imqabba Il-Partit Laburista kien ippjanat li jorganizza l-attività dalgħodu fir- Rialtò f 'Bormla, iżda minflok aktar kmieni matul il-ġimgħa biddel il- pjani għall-Imqabba, lokalità fil- Ħames Distrett. Sorsi differenti indikaw li Abela jista' jkun li ser ikun qed iħabbar li se jikkontesta dan id-distrett, fejn il-Partit Laburista diġà għandu lista estensiva ta' kandidati u diversi membri kurrenti tal-Kabinett. Il- Ministri Owen Bonnici, Miriam Dalli u Julia Farrugia Portelli ħerġin fuq dan id-distrett, kif ħiereġ wkoll Stefan Zrinzo Azzopardi, Segretarju Parlamentari. Magħhom issa ingħaqad ukoll id-Deputat Jean Claude Micallef li normalment joħroġ fit-Tielet distrett biss u hemm ukoll is- Sindku l-ġdid tal-Imqabba Omar Farrugia, fost oħrajn. Jekk Abela jħabbar li ħiereġ fuq dan id-distrett ikun qed ipoġġi lilu nnifsu f 'konfront dirett mal- Kap tal-PN Bernard Grech li wkoll ħiereġ fuq dan id-distrett u li qed jikkompeti ma' lista ħafna iżgħar ta' kandidati minn dik tal-Labour. Fil-fatt bit-tħabbira mhux mistennija ta' Hermann Schiavone li huwa mhux se jkun kandidat f 'din l-elezzjoni, fuq il-karta tal-vot se jifdal Bernard Grech u Toni Bezzina biss li bħalissa jinsabu fil-Parlament u li huma kandidati fuq dan id- distrett, fejn il-PL tilef siġġu fl-2017. Minkejja li dan huwa distrett tradizzjonalment Laburista - tant li fl-2017 il-PL kiseb 65.7% tal- voti u l-PN kiseb biss 33% - bi it voti l-PN tella' t-tieni siġġu, li kien rebaħ ukoll il-PL fl-2013 meta kien kiseb 67% filwaqt li l-PN kiseb 31%. Jekk mhux sad-19 ta' Marzu, l-elezzjoni ssir wara l-Għid Intant hemm dati oħrajn li qed ikunu kkunsidrati, imma kollox idur maż-żjara tal-Papa, li għadha mhix uffiċjali u anke l-Għid il-Kbir. Jekk il-Papa se jkun qed iżur Malta fit-2 ta April kif irrappurtat - l-aktar data tard f 'Marzu tkun is-Sibt 19. Kwalunkwe data wara din tkun wisq qrib din iż-żjara li tirrikjedi element qawwi ta' preparazzjoni, sigurtà u loġistika. Biex issir f 'din id-data Abela jrid iħabbar l-elezzjoni matul din il- ġimgħa, sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 14 ta' Frar - Jum San Valentinu. Jekk ma ssirx dakinhar - u dejjem jekk inżommu t-2 ta' April bħala l-jum li fih ġej il-Papa - allura nkunu qed inħarsu għal elezzjoni li titħabbar ximkien wara is-17 ta' April, l-Għid il-Kbir. Ladarba mistenni jiġi l-Papa fit-2 ta' April, l-aktar tard li l-elezzjoni tista' ssir f'Marzu hija s-Sibt 19 tax-xahar. Jekk ma ssirx sa dakinhar ikun ifisser li Abela se jlesti t-terminu sal- aħħar...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 February 2022