Illum previous editions

ILLUM 6 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 Nagħlqu bir-riżultati fit-tlettax-il distrett fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, li minkejja l-isforzi tiegħu, il-Partit Nazzjonalista reġa' tilef bi kbir. Id- disfatta kienet kbira fuq bażi nazzjonali, iżda daqstant ieħor fit-tlettax-il distrett. L-appoġġ għall-PN kien ilu jitnaqqar u issa l-Partit Laburista kien irnexxielu jirbaħ lill-Għawdex. Dan minkejja l-isforz tal-PN li fuq dan id-distrett ħareġ xejn inqas minn ħdax-il kandidat. Fil-fatt, il-Partit Laburista kiseb 13,233 vot jew 51.23% tal-voti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 12,361 vot jew 47.85% tal-voti. Anton Refalo, għal darb'oħra, kien l-aktar kandidat popolari. Huwa kiseb 4,853 vot fl-ewwel għadd. Il-Partit Laburista eleġġa wkoll lil Justyne Caruana fis-17-il għadd b'4,865 vot u għall-ewwel darba kien elett ukoll Clint Camilleri, fit-18-il għadd, b'4,579 vot. Ngħaddu issa għall-Partit Nazzjonalista. Din id-darba, Giovanna Debono ma kinitx ikkontestat l-elezzjoni. Hija kienet irriżenjat mill-Partit Nazzjonalista fl-2015 (iżda żammet postha bħala Deputat indipendenti) meta r-raġel tagħha kien akkużat li wettaq xogħlijiet f 'postijiet privati b'fondi tal-Ministeru, li ordna xogħlijiet għall-voti u li ħareġ irċevuti foloz, fost oħrajn. Huwa ġie lliberat mill- akkużi li s-sena li għaddiet. Mar minn fuq Chris Said li kompla jżid fil-popolarità. Biss biss, il-voti tan- Nadurin, issa ma kellhomx għalfejn jinqasmu bejn it-tnejn. Said, fil-fatt, kien elett fl-ewwel għadd b'4,642 vot. Il-popolarità ta' Said, waslitu wkoll biex it ġimgħat wara, jikkontesta fl-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, li tilef bi it voti kontra Adrian Delia. Apparti Said, il-Partit Nazzjonalista eleġġa lil Marthese Portelli li qabżet lil Frederick Azzopardi. Portelli, kienet eletta fil-15-il għadd, b'4,792 vot. Frederick Azzopardi, għal darb'oħra, kien elett biss bis-saħħa ta' Artiklu 52 tal-Kostituzzjoni (ara xi jfisser fl-analiżi tal-elezzjoni ġenerali tal-2013). Eventwalment, Marthese Portelli kienet ċediet is-siġġu tagħha f 'dan id- distrett u minflokha, f 'elezzjoni każwali, kien elett David Stellini. Madanakollu, Stellini rriżenja mill-Parlament fl-2019 u dan fetaħ il-bieb għal co-option, bil- PN jagħżel lil Kevin Cutajar li xorta waħda kien ikkontesta l-elezzjoni fuq it-13-il distrett. Frederick Azzopardi miet fis-17 ta' Ottubru 2020. Għas-siġġu tiegħu kienet saret elezzjoni każwali u kien elett Joe Ellis. Fl-2017, il-Partit Laburista kellu sitt kandidati fuq Għawdex. Ngħaddu issa għall-elezzjoni ġenerali tal- 2013 li l-Partit Nazzjonalista tilef b'numri rekord. Il-maġġoranza tal-Partit Nazzjonalista kważi għebet għal kollox. Kwistjonijiet dwar il-kaċċa li għadha popolari ħafna f 'Għawdex u l-apatija li kienet żviluppat lejn il-Gvern Nazzjonalista f 'dak iż-żmien, kollha kellhom sehem importanti f 'dan ir-riżultat. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista żamm lil Għawdex bis-saħħa ta' 240 vot biss. Interessanti wkoll dak li ġara fis-siġġijiet. Għall-ewwel darba, il-Partit Laburista eleġġa tliet siġġijiet u l-Partit Nazzjonalista eleġġa t-tielet siġġu bis-saħħa ta' Ariklu 52 tal-Kostituzzjoni. Nibdew bil-voti. Il-Partit Nazzjonalista f 'Għawdex kiseb 12,551 vot jew 50.06% tal-voti, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 12,311 vot jew 49.10% tal-voti. Din id-darba, Anton Refalo kien aktar popolari minn Giovanna Debono. Refalo kien elett fl-ewwel għadd b'5,264 vot. Mal-Partit Laburista kien ikkontesta wkoll Franco Mercieca li ġab aktar voti minn Justyne Caruana. Fil-fatt, Mercieca kien elett fit-tieni għadd b'4,667 vot, filwaqt li Caruana kienet eletta fl- għaxar għadd bi 3,966 vot, jiġifieri b'inqas voti mill-kwota ta' 4,667 vot. Mercieca kien inħatar Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u d-Drittijiet b'Diżabbilità iżda kien irriżenja sena wara minn dan l-irwol għax stqarr li ma kienx kuntent bil-portafoll mogħti lilu. Caruana, li kienet tħalliet barra mill- Kabinett, kienet ħaditlu postu bħala Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbilità u għall-Anzjanità Attiva. Mill-banda l-oħra, il-Partit Nazzjonalista eleġġa lil Giovanna Debono, fl-ewwel għadd, b'4,756 vot. Chris Said kompla jżid il-popolarità tiegħu fost l-Għawdxin u kien elett fit-tielet għadd b'4,756 vot. Fl-ewwel għadd, kompla joqrob lejn Debono hekk kif anke hu kien irnexxielu jġib aktar minn 4,000 vot. Frederick Azzopardi kien ġie elett biss bis- saħħa ta' Artiklu 52 tal-Kostituzzjoni li dwaru tkellimna diversi drabi imma li tajjeb infakkru x'inhu. Wara l-elezzjoni tal-1981, kienu daħlu fis- seħħ emendi biex ma jerġax jiġri dak li seħħ f 'dawk is-snin, meta l-Malta Labour Party, immexxi mill-Perit Dom Mintoff, iggverna għax kiseb l-akbar ammont ta' siġġijiet u mhux l-akbar ammont ta' voti. Fil-fatt, wara dik l-elezzjoni, fuq perjodu ta' diversi snin, kienu daħlu fis-seħħ tliet emendi prinċipali: • L-ewwel emenda tistabbilixxi li l-partit li jġib maġġoranza assoluta ta' voti, jiżdidulu s-siġġijiet awtomatikament biex ikollu, minn tal-inqas, maġġoranza ta' siġġu wieħed. • It-tieni emenda tgħid li anke jekk partit ikun rebaħ b'maġġoranza relattiva, xorta waħda jiżdidulu s-siġġijiet biex ikollu mqar maġġoranza ta' siġġu wieħed. • It-tielet emenda hija dik li nsejħulha tal-proporzjonalità fejn is-siġġijiet jiżdiedu biex jirriflettu s-saħħa tal-voti li jkunu kisbu l-partiti fl-ewwel għadd. Ġaladarba l-Partit Nazzjonalista kien kiseb maġġoranza f 'dan id-distrett, anke jekk mhux kbira, ma kienx jagħmel sens li l-Partit Laburista jkollu aktar siġġijiet mill-Partit Nazzjonalista f 'Għawdex. Għalhekk, bis-saħħa ta' dan l-Artiklu, Azzopardi kien ġie elett. 2013: Il-maġġoranza tal-PN fost l-Għawdxin kważi tgħib għal kollox 2017: Il-maġġoranza tal-PN tgħib għal kollox. Il-PL jirbaħ lil Għawdex L-erba' kandidati l-aktar popolari fit-tlettax-il distrett fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali PL PN 49.10% 50.06% PL PN 51.23% 47.85%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 February 2022