Illum previous editions

ILLUM 6 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-ġimgħa l-oħra bdejna nagħtu ħarsa lejn l-aktar kwistjonijiet li mistennijin jispiċċaw fuq l-aġenda tal-votanti fil-kampanja elettorali u wieħed x'jista' jistenna fil-manifesti dwar l-għoli tal- ħajja - kwistjoni li qed tqajjem tħassib reali fost bosta, kif ukoll it-trapsort tal-massa. Illum se nagħtu ħarsa lejn żewġ oqsma oħra u nevalwaw u naraw kif iż-żewġ partiti se jkunu qed jipprovaw jikkonvinċu lin-nies dwar dan il-qasam. U n-nies x'jimpurtahom mill- korruzzjoni! Ta' sikwit tisma' nies - inkluż politiċi - jgħidu illi l-votant ma tantx jinteressah mill-korruzzjoni u l-governanza u filwaqt li s-sondaġġi juru li din hija l-verità għall- maġġoranza tal-poplu, hemm minoranza li fil-fatt iħossu li dawn il-kwistjonijiet huma kruċjali meta jivvutaw. Għall-Partit Laburista, se jkun diffiċli li permezz tal-manifest tiegħu jikkonvinċi lil din il- minoranza, mhux insinjifikanti, li huwa l-aħjar għażla biex il-pajjiż ikollu governanza tajba u b'saħħitha. U r-raġuni hija ovvja. Il-perċezzjoni li diversi nies li kienu jew għadhom jiffurmaw parti minn dan il-Gvern huma jew imċappsin jew inkella hemm dubju serju fuqhom, kienet msaħħa mir- rapport tal-Inkjesta Pubblika fil- Qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Għalkemm dan ma sabx rabta diretta bejn l-assassinju u l-Gvern li kien imexxi Muscat kien skjaċċanti fuq dawk li jsejjaħ rabtiet ta' poter bejn il-poter politiku u dak tan- negozju. Ir-rappport sostna li din ir-rabta bejn it-tnejn - u allura bejn Keith Schembri u Yorgen Fenech, fost oħrajn - ħolqot ambjent ta' impunità li allura għamel dan l-assassinju aktar faċli biex jitwettaq. L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jibqa' fil-fatt l-akbar tebgħa fuq pajjiżna fl-aħħar snin u anke jekk l-opinjoni dwarha u dwar xogħolha huwa divers, pajjiżna ma akkwista dehera u immaġini xejn tajba b'dan l-assassinju. Agħar minn hekk kienu l-implikazzjonijiet sejri fuq Keith Schembri u fuq eks membru tas-sigurtà ta' Joseph Muscat li ħarġu mill-Qorti. Xhieda dwar karti li jintbagħtu bejn Schembri u Fenech, ix-xhieda tat- tabib Adrian Vella dwar kuntatt li kellu ma' Schembri, il-kuntatt li Kenneth Camilleri kellu ma' Melvin euma, li fiha jingħad li pprova jitfa' l-qtil fuq l-istess euma u l-ħafna referenzi dwar ix-Xiħ u chats li rriżultaw bejn Fenech, Keith Schembri u Joseph Muscat. Dan apparti l-kuntratt mal-Vitals Global Healthcare - kumpanija bla esperjenza fil-qasam tas-saħħa li ħadet eluf u miljuni ta' ewro u ma għamlu kważi xejn , kif ukoll l-allegazzjonijiet kollha marbutin ma' 17 Black, Tillgate u Hearnville. Il-Panama Papers u l-avvenimenti sussegwenti għamlu ħsara rreparabbli lill-Partit Laburista u l-immaġini li prova jibni qabel l-2013 ta' partit li ser jiġġieled il-korruzzjoni. Il-Gvern immexxi minn Robert Abela - minkejja riformi importanti bħall-Ħatra u d-dixxiplina fil-Ġudikatura, il-ħatra tal- Ombudsman u l-Kummissarju tal-Pulizija, il-mod li bih jinħatru bordijiet bħal dak tal-Awtorità tax-Xandir, il-ħatra tal-President u riformi oħrajn - baqa' jixxekkel minn stejjer li seħħew qabel Jannar 2020. Minkejja li wettaq ħafna mir-riformi proposti mill- Kummissjoni Venezja, għadda mit-test tal-Moneyval b'tifħir, falla dak tal-FATF wara vot mir-Renju Unit, il-Ġermanja u anke l-Istati Uniti. Minkejja li diversi rapporti, inkluż ta' aġenziji ta' kreditu u issa anke ċ-Chairman tal-Bord tad- Diretturi tal-MFSA John Mamo qed jisħqu li l-effett dirett ta' din id-deċiżjoni sa issa mhux qed jinħass u allura mhux qed ikun hemm eżodu minn Malta, dan xorta wassal biex l-Oppożizzjoni u din il-minoranza sostanzjali ta' nies iwaħħlu fil-Gvern għal dan l-imbarazzament u t-theżiża lis- settur finanzjarju u dak tal-gaming. Wieħed irid janalizza min huma dawn il-minoranza sostanzjali. Huma nies li fil-maġġoranza assoluta dejjem ivvutaw PN, fost l-aktar nazzjonalisti akkaniti? Hemm nies fosthom li vvutaw Labour fl-2013 għall-ewwel darba imma reġgħu vvutaw PN fl-2017? U kemm minnhom vvutaw lill- PL fl-2017 iżda issa beħsiebhom jivvutaw PN propjru minħabba dawn il-kwistjonijiet? Li hu ċert huwa li f 'sondaġġ xjentifiku fuq il-gazzetta Maltatoday, li sar fil-11 ta' Ottubru 2021, kienu biss kważi 15% li qalu illi l-Gvern qed jiġġieled il- korruzzjoni b'mod tajjeb, filwaqt li 57.2% - maġġoranza assoluta - taw marka ħażina lill-Gvern fuq din il- kwistjoni! Minn naħa l-oħra għall- Oppożizzjoni din il-kwistjoni tidher illi hija l-aqwa arma elettorali, mill-ġdid, kif kienet fl-elezzjoni tal-2017. Konxju minn dan il-PN fil- fatt diġà ressaq quddiem il- Parlament abbozz estensiv li jitratta l-midja, ġid mhux spjegat u aktar, li wieħed jistenna li se jerġa' jkun fil- manifest elettorali tiegħu. Il-PN fil-fatt mistenni jagħti attenzjoni ħafna ikbar mill-Partit Laburista lejn il-kwistjoni tal-governanza, l-assassinju ta' Caruana Galizia, l-FATF, il-VGH u anke n-nepotiżmu fil-kampanja elettorali tiegħu. Naturalment din il-kredibilità sserraħ ħafna fuq żewġ affarijet. L-ewwelnett li jinkixfu aktar żbalji jew inkella skandli li jitrattaw Gvern Laburista, speċjalment f 'dak li jirrigwarda lil Joseph Muscat jew Keith Schembri jew Konrad Mizzi jew it-tlieta li huma. Pero' wkoll li l-PN ma jispiċċax fl-attenzjoni għar- raġunijiet il-ħżiena, bħal fil-każ tal- eks Deputat David ake. Minkejja li l-proporzjon tal-istorja u l-gravità b'ebda mod ma jikkumpara mal- Panama, li eluf kbar f 'taxxa dovuta jibqgħu ma jitħallsux għal snin sħaħ hija dannuża għad-deputat innifsu imma anke għall-partit li qed jgħid li huwa nadif u jitkellem dwar l-ogħla standards. L-agħar għadu tal-PN fuq din il-kwistjoni hija l-indifferenza ta' sezzjoni kbira tal-poplu lejn dawn il-kwistjonijiet. Meta votanti jgħidu "dawn mhux kollha l-istess", "kollha ħallelin", "kollha għal buthom jaħsbu" jew "jagħmel li jrid l-aqwa li ma jiħux minn tiegħi" qed juru illi anke jekk ma jaqblux ma' xi ħaġa li għamel membru tal-Gvern, huma indifferenti biżżejjed li ma jassoċjawx mal-għajta tal-PN fuq din il-kwistjoni. U għalhekk, filwaqt li l-probabbilità hija li l-maġġoranza kbira ta' dawk li se jivvutaw fuq din il-korruzzjoni u l-governanza se jivvutaw lill-PN, il-mistoqsija tibqa' hemm: Il-PN jista' jdawwar din il- minoranza li se tivvota fuq materji ta' korruzzjoni u governanza, f 'maġġoranza? Min se jagħti tindifa tajba lill-politika? Labour jew PN?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 February 2022