Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1448616
09 illum • IL-ĦADD 6 TA' FRAR 2022 analiżi Labour jew PN? Min se jkisser it-tabù dwar is-saħħa sesswali tal-mara? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Inkomplu nagħtu ħarsa lejn aktar setturi li jew se jissemmew fil-manifesti elettorali jew inkella li l-poplu - jew parti minnu - se jkun qed ifittex fl- istess manifesti tal-partiti. Wara li tajna ħarsa lejn l-għoli tal- ħajja, it-trasport tal-massa u l-governanza/korruzzjoni, issa se nagħtu ħarsa lejn drittijiet ċivili u s-saħħa sesswali tal-mara, kwistjonijiet u kontroversji li se jibqgħu jqumu darba wara l-oħra fis-snin li ġejjin. L-ewtanasja u l-abort L-abort huwa kwistjoni li xi kultant terġa' tqum fuq l-aġenda nazzjonali b'diskussjoni u dibattiti li ma jieqfu qatt, ħafna drabi dibattiti jaħarqu bejn żewġ estremitajiet. Min jarah bħala qtil tat-trabi, u min isostni li l-abort huwa d-dritt tal-mara f 'ċirkostanzi diversi. Huwa improbabbli fl-estrem li l-Partit Laburista jwiegħed li jintroduċi l-abort, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista diġà ddikjara li fuq din il-materja lanqas biss tista' ssir diskussjoni. Probabbilment l-abort se jkun iżda fuq il-manifest tal-ADPD u tal-partit VOLT, li l-akbar probabbilità hija la jkunu fil- Gvern u lanqas jiffurmaw parti minnu. Minkejja li l-abort mhux se jkun fuq il-manifest, il-probabilità hija li hemm żewġ minoranzi partikolari li se jkunu interessati u se jistaqsu dwar dan is-suġġett. Dawk li huma bl-aħrax kontra u lesti jivvutaw abbażi tal-abort, u dawk favur ħafna li l-istess lesti jivvutaw abbażi tal-kwistjoni tal- abort. L-akbar problema, probabbilment, hija għall-Partit Laburista, ladarba huwa mhux qed jeskludi li mqar tiġi diskussa din il-materja, bħal mhu qed jagħmel il-PN. B'reazzjoni għal Private Members' Bill li kienet ressqet quddiem il-Parlament id-Deputat Marlene Farrugia, sabiex l-abort jiġi dikriminalizzat il-PN lanqas biss iddiskuta din il-materja u qal li huwa kontra l-abort f 'kull ċirkostanza. Il-PL kien qal li huwa kontra l-abbozz imressaq minn Farrugia u sostna li d-diskussjoni ma għandhiex tiġi ppolitiċizzata. Għalhekk il-PL ma għalaqx il- bieb b'mod definittiv, imqar biex issir diskussjoni fi ħdanu dwar din il-materja. Allura l-probabilità hija li l-PN se juża dan għal vantaġġ tiegħu biex jistaqsi u jagħfas lill-avversarju tiegħu dwar dan is-suġġett, konxju illi hemm elementi aktar liberali fi ħdan il- Labour. Dan jista' jwassal biex il-partiti t-tnejn jieħdu pożizzjoni iebsa kontra l-abort qabel l-elezzjoni, biex ma jintilfux voti ta' dik is- sezzjoni ta' votanti li ma jaqblux mal-abort - bħall-maġġoranza tal- poplu - imma li din il-kwistjoni tiddetermina fejn imur il-vot tagħhom. Naturalment jekk il-PN jew il-PL jiddikjaraw pożizzjoni favorevoli fuq din il-materja, jidħlu fir-riskju li jaljenaw mill- miżuri u wegħdi oħrajn li qed jagħmlu, il-kampanja tispiċċa referendum fuq l-abort u fil- proċess jitilfu mijiet jew eluf ta' voti. Minkejja dan hemm minoranza oħra ta' votanti, il-biċċa l-kbira minnhom nisa, li jaqblu mal-abort - u li għalihom din il-materja hija kwistjoni li tiddeteremina fejn imur il-vot tagħhom - u li jħossu li l-ebda partit ma jirrapreżenta l-ideat tagħhom. Dawn, probabilment kemm il-PL u anke l-PN se jitilfuhom, għajr għal xi distretti fejn ikun hemm kandidati li fil-fatt huma favur l-abort. L-ewtanasja hija kwistjoni oħra morali, taħraq. Kwistjoni li d-Deputat Mexxej Laburista Daniel Micallef diġà esprima ruħu favur, anke jekk din mhijiex il-pożizzjoni uffiċjali tal-Partit Laburista. Fuq l-istess linji tal-abort huwa improbabbli ħafna li l-ewtanasja tispiċċa fuq il-manifest elettorali - propju għaliex din tieħu pożizzjoni aktar ċentrali fil- kampanja, taljena mill-messaġġi li qed jippruvaw jgħaddu l-partiti (korruzzjoni fil-każ tal-PN u ekonomija fil-każ tal-Labour) u tista' twassal għal xi telf ta' voti. Kuntrarjament għall-abort, dwar l-ewtanasja għad ma hemmx xi moviment u lobby b'saħħtu u allura ċ-ċans li dan jkun fuq il-programmi elettorali tibqa' possibilità remota. Ma' dawn jingħaqdu aktar kwistjonijiet bħas-surrogacy u anke l-kwistjoni tal-prostituzzjoni, li kienet tqajmet minn Rosianne Cutajar pero' li waslet għal oppożizjoni minn ħafna mill- għaqdiet li jirrapreżentaw lin- nisa. Huwa improbabbli ħafna li l-PN jew il-PL se jmissu suġġett daqstant jaħraq lejliet elezzjoni ġenerali, anke jekk mistoqsijin dwaru. Kollox ma' kollox, wieħed ma jistenniex wisq fil-manifesti, sakemm ma jkunx hemm sorpriżi f 'dan il-qasam u allura waqt il- kampanja l-aktar li nistennew fuq drittijiet ċivili jkunu ġlidiet u battibekki dwar kredibilità fuq dak li ġara fil-passat. Hawnhekk naturalment il- Partit Nazzjonalista se jaqa' lura, bil-Labour ifakkar li kien hu li kkampanja favur id-divorzju, daħħal l-unjoni ċivili u ż-żwieġ ugwali għal persuni tal-istess sess - kisba enormi f 'dan il-qasam. Se jfakkar fl-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-IVF, l-Att dwar il- Koabitazzjoni u issa anke l-Att dwar l-Użu tal-Kannabis. Il-PN kien kontra d-divorzju, astjena fuq il-vot tal-Unjoni Ċivili għalkemm imbagħad ivvota mal-Gvern fuq żwieġ ugwali (għajr għad-Deputat tal-PN Edwin Vassallo). Il-PN ivvota wkoll kontra l-Att dwar l-Użu tal-Kannabis, aktar riċenti. Naturalment dan mhux se jwieġeb il-mistoqsijiet tal- kontroversji u l-kwistjonijiet li ġejjin, li huma kompletament differenti minn dawk li diġà ddeċidejna dwarhom. Għalhekk minkejja li l-passat se jagħti iktar vantaġġ lil- Labour, ħafna minn dawk li se jivvutaw fuq kwistjonijiet bħall- abort u d-drittijiet sesswali tal- mara, jafu jħossuhom xi it jew wisq politikament orfni fejn jirrigwarda ż-żewġ partiti l-kbar. Għalhekk iħarsu aktar lejn il- partiti liberali żgħar. Iżda l-abort u d-drittijiet sesswali mhumiex l-uniċi fatturi li se jħarsu lejhom il-votanti nisa. Hemm il-kwistjoni ta' taxxi fuq prodotti li jużaw in- nisa (Pink Tax) u kwistjonijiet oħrajn li jirrigwardaw it-tfal u l-familja. Iżda dawn tal-aħħar se nitrattawhom fl-analiżi li se titkellem dwar id-drittijiet tal- ħaddiema (Dan l-analiżi jkompli nhar il-Ħadd li ġej b'ħarsa lejn aktar wegħdi mistennija fil-manifesti tal-PN u l-PL)