Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523
16 elezzjoni2022 IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • illum Kontijiet: 'Bis-sanzjonijiet u l-ftehim tal-hedging Gvern irid ikun ċar minn issa x'se jagħmel' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Id-Deputat u kandidat Nazzjonalista għas-Sitt Distrett Ryan Callus - wieħed ukoll mill- uċuħ relattivament ġodda fil-PN - jirrispondi l-mistoqsijiet tal- gazzetta ILLUM u nibdew bis- sondaġġi. Wara disa' snin ta' Gvern Laburista u minkejja t-tajjeb kollu li sar, seħħew ċerti affarijiet, fosthom skandli u anke assassinju, li normalment inaqqsu l-appoġġ ta' Gvern b'mod konsiderevoli. Ma jħossx Callus li l-fatt li għadna qed nitkellmu fuq distakki ta' bejn 26,000 u 45,000 vot u distakki ta' fiduċja fil-mexxejja politiċi akbar minn 45,000 favur Robert Abela, huwa falliment għall-PN? Callus jibda billi jfakkar li s-sondaġġi mhux distakki biss ikollhom iżda juru affarijiet oħrajn. Beda bi premessa partikolari: "Il-PN qed jaħdem biex jirbaħ, l-għan ta' kull politiku veru huwa li jaħdem biex jirbaħ... mhux jikkuntenta biss li jonqos id-distakk." Callus qal li s-sondaġġi qed juru illi hemm eluf kbar ta' nies li qed jgħidu li ma jafux kif se jivvutaw jew inkella li ma jridux jivvutaw u jfakkar illi sondaġġi differenti qed juru differenzi li jvarjaw minn 60,000 sa 80,000 persuna li ma jridux jivvutaw jew ma jafux kif se jivvutaw. Il-gazzetta ILLUM tfakkru iżda li minn dawn hemm ħafna li ma jinteressahomx mill-politika, hemm oħrajn li riedu xi ħaġa u ma ħaduhiex u hemm oħrajn li la jogħġobhom il-PN u lanqas il-PL. Dan ifisser li minn dawn kollha, il-probabbilità hija li xorta mhux wisq ma jridux jivvutaw minħabba kwistjonijiet ta' korruzzjoni u governanza. Callus jerġa' jisħaq iżda li dawn huma l-opportunità tal-PN. "Fejn hemm nies li ma jafux kif se jivvutaw imma iddejqu bil- ħmieġ, għandna naħdmu biex infakkruhom fil-ġlieda tagħna favur il-governanza u kontra l-korruzzjoni. Din hija xi ħaġa li l-PL pprova jwettaqha meta mar minn Muscat għal Robert Abela, imma hija xi ħaġa li ma saritx." Huwa qal li minn naħa l-oħra ma jridx li l-PN jiddejjaq jikkritika lill-Gvern u lil nies fil-Partit Laburista , għax l-avversarju hekk jaqbillu. 'Ma jistgħux jgħidu li aħna negattivi, għax ipproponejna u l-Gvern ħa l-proposti tagħna' Jidher iżda li x-xejra li qabdet il- kampanja hija proprju din. Il-PN qed ikun ħafna inqas militanti, tinnota l-ILLUM. Callus jgħid illi l-PN qed jippożizzjona lilu nnifsu aktar bħala partit propożittiv. "F'Marzu tas-sena li għaddiet sar pjan ta' enerġija ta' 30 sena u minn hemmhekk bqajna noħorġu l-proposti. Issa ħadd ma jista' jgħid li aħna negattivi biss, għax ħriġna l-proposti u tant kienu tajbin li l-Gvern kellu jimplimentahom." Huwa semma - bħala eżempju - l-inġustizzji li jitrattaw il- pannelli u qal illi ma jistax ikun li unit tad-dawl fuq il-bejt ta' persuna ma jkunx tal-istess valur daqs unit tal-Electrogas. Kompla jgħid li l-poplu qabel ma' dan l-argument u fil-fatt l-Gvern kellu jimplimenta l-bidliet meħtieġa. 'Il-PL qed ikun żleali. Mill- 2013 beda s-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma' Imbagħad jdur fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Ifakkar li l-PN kien ilu jgħid li qed isir serq fil-kontijiet, filwaqt li jgħid illi l-Labour kien ilu jsemmi din il-problem minn żmien Joseph Muscat, imma jisħaq li kien issa biss illi l-Gvern ħabbar li se jbiddel il-mekkaniżmu. Din il-gazzetta tfakkru li ħafna drabi l-Partit Laburista jakkuża lill-PN li kien Gvern Nazzjonalista stess li ħoloq il-mekkaniżmu li bih qed jinħadmu l-kontijiet illum. Callus iżda ma qabilx u qal li din hija "żlealtà" mill-Partit Laburista. Jispjega kif mill-2013 "beda s-serq" għax minflok sitt kontijiet - erba' stima u tnejn attwali - issa n-nies qed jirċievu sitt kontijiet, kollha attwali. Huwa qal li permezz ta' din il-bidla li jsejjaħlu "mekkaniżmu tas-serqa" minkejja li n-nies ġieli ma jkunux użaw l-2,000 unit kollha xorta jibdew jiġu ċċarġjati bl-għoli. "Għalhekk aħna qed inwegħdu li nirrifondu lura l-flus li insterqu mill-2013." Imma din il-miżura ħadtu kont ta' kemm se tiswa'? "Iva se tiswa' madwar €50 miljun u naturalment is-serq għadu għaddej," qal Callus li spjega illi min - per eżempju - is-sajf li għadda baqa' jaħdem mid-dar jew qatta' iktar ħin id-dar għal xi raġuni jew oħra, l-aktar li nsteraq. "Dawk li fis-sajf li għadda qattgħu ħafna ħin id-dar ħallsu aktar - mhux għax ħaljin għax min jaħli jħallas tal-ħela - imma hawnhekk għandna nies li użaw aktar minħabba ċirkostanzi partikolari." "Anke koppja anzjana qed tiġi misruqa. Jekk suppost ħallsu €80 u minflok qed iħallsu €100 - €20 mhux flus ukoll, speċjalment għal xi ħadd bil-pensjoni?" 'Ma hemmx dubju li hemm rabta ta' korruzzjoni mal- proġett tal-Electrogas' Il-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed li jrid iwaqqaf il-kuntratt tal-Electrogas. Imma jekk ikun hemm klawżola li permezz tagħha l-Gvern jispiċċa obbligat jħallas il- miljuni - eżatt bħal każ ta' Steward - x'se jagħmel? Iħallas? Jew imbagħad iġib din bħala skuża li ma jistax iwaqqaf il-kuntratt? Huwa beda billi fakkar illi frott il-ħidma tad-Deputati tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, ħareġ il- fatt li jekk l-Enemalta tipprova tinnazzjonalizza l-Power Station mill-ġdid "din tiġi tiswa' madwar €400 miljun." Huwa qal illi din titħallas fl- eventwalità li kollox isir sew u li l-kuntratt l-offerent ħadu b'mod korrett. "Issa aħna nafu kif il- proċess kien ivvizzjat u magħmul biex tirbaħ l-Electrogas. Dawn mhux biss ingħataw trattament preferenzjali imma rajna nies li tpoġġew fil-Kumitat ta' Evalwazzjoni bħal Brian Tonna - li fetaħ il-kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi - kif ukoll il-ħabib ta' Konrad Mizzi, David Galea." Imma jemmen u huwa konvint li l-PN għandu każ b'saħħtu? Jew imbagħad se noqgħodu insibu t-toqob legali? Callus jibda billi jfakkar illi l-PN qabad din il-kwistjoni mill-bidu. "Persuna inqatlet minħabba dan il-kuntratt. Direttur prinċipali tal-Electrogas jagħti struzzjonijiet biex Daphne Caruana Galizia tinqatel. L-istess direttur li kien jinnegozja mal-Gvern tal-ġurnata. Ma hemmx dubju li hemm rabta ta' korruzzjoni," sostna Callus mal-ILLUM. Il-hedging u d-data tal- elezzjoni. Callus jistaqsi... Huwa qal iżda li hemm kwistjoni oħra, jiġifieri li l-pajjiż mhux dejjem qed jixtri mill-irħas sors, fil-fatt ifakkar li l-Avukat Ġenerali Kontijiet tad-dawl u l-ilma, sondaġġi, windfarms u l-Electrogas. Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill-Kelliem tal-PN għall- Enerġija u Kandidat Nazzjonalista Ryan Callus... Ryan Callus