Illum previous editions

ILLUM 6 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

17 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 tal-hedging li se jiskadi f'April il- jagħmel' stess kien sab li bl-interconnecor ġieli kien irħas il-prezz. Il-gazzetta ILLUM tkakkru li l-istabiltà fil-prezzijiet fissret li meta l-prezzijiet tal-gass żdiedu dak ta' Malta baqa' l-istess, kif il-PL qed ifakkar (kuljum!) li qed jiġri bħalissa bil-prezzijiet tal-enerġija u anke tal-uwil, bil- prezzijiet lokali l-irħas fl-UE. "Il-pożizzjoni li jkollna prezzijiet stabbiliti kienet waħda li qablu dwarha l-mexxejja ewropej," sostna Callus, bil- gazzetta terġa' tfakkru iżda li meta l-PN kien fil-Gvern u għolew il- prezzijiet internazzjonali, l-istess Gvern kien għolla l-kontijiet - xi ħaġa li l-Gvern preżenti mhux jagħmilha! "Fl-2013 kellna prezz rekord ta' gass u żejt straordinarju ta' $100-il barmil u allura kien għoli internazzjonalment..." Kif inhu issa, terġa' tfakkar il- gazzetta. Callus ikompli jgħid iżda li meta ttieħdet id-deċiżjoni li jorħsu l-kontijiet wara l-2013, mill-Gvern ta' Muscat, dan ma seħħx għax kien hemm il-Power Station il-ġdida imma għax kienu raħsu l-prezzijiet internazzjonali. U jkun hawn li Callus bħal donnu jwissi għal dak li jista' jseħħ wara l-elezzjoni. Huwa jfakkar illi l-ehim tal-hedging bejn l-Electrogas u s-Socar se jkun qed jiskadi f 'April li ġej, wara l-elezzjoni. "X'kienet ir-raġuni li Abela għamel snap election? L-impressjoni kienet illi se nistennew sa Ġunju." Il-gazzetta tistaqsi: Imma qed tgħid li għalhekk saret elezzjoni issa, minħabba l-hedging? "Le jiena qed nistaqsi. Jista' jkun li minħabba illi l-prezz fiss li qed jiaħar bih il-Gvern se jiskadi f 'April, forsi għalhekk saret issa l-elezzjoni?" "In-nies qed jistaqsu dawn id-domandi u jeħtieġ li l-Partit Laburista jkun ċar minn issa mal-poplu. Din il-ġimgħa stess l-eks PM Muscat qal illi l-gwerra fl-Ukrajna tista' timpatta l-prezzijiet u l-kontijiet. Mhu jgħid xejn speċjali. Imma bl- impatt tas-sanzjonijiet kontra r-Russja - li se jaffetwa l-prezz tal-gass - kif ukoll bil-fatt li se jiskadi l-hedging il-Gvern irid ikun ċar x'se jiġri fuq il-kontijiet wara l-elezzjoni," qal Callus. 'Noħolqu l-ewwel ix-xogħol f 'Malta, mela fil-Montenegro' U ngħalqu bil-proposta tal- irdieden tar-riħ. Hawn ħafna li malli jisimgħu wegħdi bħal din jaqilbu għajnejhom u jiakru li dawn il-wegħdi ilhom isiru minn diversi Gvernijiet. Allura għaliex il-poplu għandu jemmen li l-wegħda tal-PN mhux ħolma u kliem fl-arja? Callus beda billi fakkar illi l-ewwel proposta kienet propju dik tal-PN meta lura fil-Gvern, kien ippropona Wind Farm fis- Sikka l-Bajda. "Dak iż-żmien it-teknoloġija ma kinitx tippermetti rdieden li ma jkunux mqabbdin mal-art jew ma' qiegħ il-baħar, għalhekk kien hemm biss żewġ għażliet: Hurds Bank jew is-Sikka l-Bajda għax hemmhekk biss hemm ibħra li mhumiex fondi. Huwa qal li huwa diżappuntanti li l-Gvern "rema dan kollu u mar il-Montenegro - fejn vera ħadmuna waħda tajba u f 'ġimagħtejn spiċċajna ħallasna €7 miljun aktar għal dan il- Windfarm," qal Callus f 'eku tal- istorja li rat lill-Enemalta tixtri dan il-Wind Farm minn Cidifex, kumpanija li warajha kien hemm Yorgen Fenech. Kien allegat li €4.6 miljun minn dan il-bejgħ spiċċaw fil-kumpanija 17 Black. Huwa qal li apparti li jirkupra dawn il-flus, Gvern Nazzjonalista jrid li jagħmel proġetti simili imma f 'Malta. "Noħolqu l-ewwel ix-xogħol f 'Malta, mela fil- Montenegro." Huwa fakkar li hawn pajjiżi bħal Spanja u anke gżejjer bħal Sqallija li qed jimbarkaw fuq proġetti simili u qal illi jkun ifisser li il-persentaġġ ta' enerġija ġġenerata minn sorsi nodfa tiżdied sew. "Jekk xejn il-gwerra fl-Ukrajna qed tfakkarna kemm huwa importanti li nkunu awtonomi fl-enerġija. Għalhekk nistgħu - permezz ta' fondi ewropej ukoll - inwettqu dan il-proġett biex minn l-aħħar post, f 'termini ta' enerġija minn sorsi nodfa, pajjiżna jispara 'l fuq," temm jgħid Ryan Callus. RITRATT: JAMES BIANCHI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 March 2022