Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523
18 elezzjoni2022 IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • illum Il-profil tal-Partiti: Iċ-ċentru lemin, il-konservattivi Min huma l-PN, l-ABBA u l-Partit Popolari? Meta twaqqaf? Il-Partit Nazzjonalista twaqqaf fl-1800 minn Fortunato Mizzi. Dan il-Partit mhux minn dejjem kien magħruf bħala l-PN iżda qabel kien imsejjaħ il-Partito Anti- Riformista. Dan għaliex Mizzi, kien qed jopponi r-riforma li kienet tgħid li għandha tibda' tintuża l-lingwa Ingliża fl-iskejjel, fl- amministrazzjoni u l-Qrati. Min hu l-Kap? Il-Kap tal-PN huwa Bernard Grech, avukat tal-familja. Il-karriera politika tiegħu bdiet fl- 2011, meta kien parti minn kampanja kontra d-divorzju, iżda jidher li l-parteċipazzjoni fil-politika waqfet temporanjament sakemm ikkontesta għall-Kap tal-Partit. Fit-3 ta' Ottubru tal-2020, Grech rebaħ l-elezzjoni kontra Adrian Delia b'69.3% vot u nħatar uffiċjalment Kap tal-Oppożizzjoni fis-7 ta' Ottubru tal-2020. X'inhuma l-għeruq ideoloġiċi? L-għeruq tal-Partit huma Kristjan Demokratiċi u konservattiv (centre- right). Dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista tradizzjonalment huwa kontra kwistjonijiet aktar liberali fosthom l-abort, drittijiet riproduttivi tan-nisa u drittijiet ta' persuni LGBTIQ+, għaliex iħaddan twemmin li jqarreb iktar lejn it-tgħalim reliġjuż, minn partiti tax-xellug. Il-Partit huwa imsieħeb mal-Partit Popolari Ewropew (EPP) li tradizzjonalment huwa aktar qrib il-klassi tan-negozji. X'inhu s-slogan elettorali? Miegħek għal Malta X'wiegħed sa issa? Il-PN wiegħed għotja annwali ta' €300 lill-ġenituri tal-istudenti iżgħar minn 18- il sena li jieħdu sehem f 'xi programm estrakurrikulari strutturat u rreġistrat ma' assoċjazzjoni konformi mal-Environment, Social Responsibility and Government (ESG) tal-għażla tagħhom fosthom fl-isport, fil-performing arts u fil-kultura u l-arti. Minn naħa l-oħra Gvern immexxi mill- PN se jitkellem u jaħdem aħjar għall-membri tal-korpi dixxiplinati. Membri tal-korpi dixxiplinati li jilħqu l-età ta' rtirar jistgħu ikomplu jaħdmu. Dawn ikunu intitolati għall-paga u l-pensjoni. Mil-lat ta' pensjoni ġenerali għall- anzjani, skont il-PN din għandha togħla daqs il-paga minima nazzjonali. Dan filwaqt li r-romol jibqgħu jkunu intitolati għal pensjoni sħiħa. Grech ħabbar ukoll investiment ta' biljun ewro fuq 10 setturi ekonomiċi. Dawn is-setturi huma; investimenti bbażati fuq metaverse, servizzi ta' compliance u due diligence, manifattura avvanzata u speċjalizzata, ipprintjar 3D, applikazzjonijiet tal-intelligenza artifiċjali, e-sports, produzzjoni ta' video games, industrija tal-isports, tisħiħ ta' settur tal-enerġija u intrapriżi soċjali. Il-PN qed iwiegħed dritt ta' study leave għal dawk il-persuni li jkunu jaħdmu full- time filwaqt li jkunu qed jistudjaw biex jiksbu minn MQF ta' livell 5 u 'l fuq. Bħala parti mill-manifest elettorali l-PN fassal numru ta' proposti ekonomiċi. Il-PN qiegħed iwiegħed mekkaniżmu ġdid ta' kif jitkejjel il-ġid tal-pajjiż li ma jkunx biss iddeterminat mill-indikaturi ekonomiċi bħall-Prodott Gross Domestiku (GDP) iżda jkun magħmul minn għadd ta' indikaturi. Intant mil-lat ta' paga minima, il-PN jipproponi l-introduzzjoni ta' kunċett li permezz tiegħu jiġi stabbilit id-dħul nett li familja jkollha bżonn biex tgħix ħajja diċenti. L-ewwel 12-il xahar wara li tispiċċa bla xogħol, il-PN qed jipproponi benefiċċju ekwivalenti għall-paga minima biex titħarreġ u ssib impjieg alternattiv. Minn naħa l-oħra wegħda oħra hija dik ta' rata' ta' taxxa ta' 5% fuq l-ewwel €80,000 lil persuni rreġistrati fis-setturi sportivi u kulturali fosthom plejers, coaches, atleti u artisti. It-taxxi kollha tas-sigurtà soċjali tan- negozjanti li akkumlaw matul il-pandemija jistgħu jitħallsu fuq perjodu ta' tmien snin. Sadanittant fejn jidħlu benefiċċji għall- koppji u l-familja, il-PN qed jipproponi żieda ta' €150 fiċ-Childrens Allowance. Dan filwaqt li familji bi dħul taħt it-€12,000 jirċievu żieda ta' €250. Qed jipproponi wkoll €1,000 fid-Disability Childrens Allowance kif ukloll żieda ta' €1,500 fil-Foster Carer Allowance. Apparti minn hekk il-PN qed jipproponi għotja addizzjonali, ta' darba, ta' €1,000 lill- ġenituri għal kull twelid. Dan japplika wkoll b'lura għal dawk il-ġenituri li twelldulhom it-tfal mill-1 ta' Jannar 2017 'l hawn. Il-PN wiegħed ukoll €1,000 għotja oħra lin-nisa li jkolhom it-tfal u jerġgħu jidħlu jaħdmu u ma jħallsux jew iħallsu ammont żgħir ta' taxxa. Mil-lat ta' saħħa, il-PN qed iwiegħed li ser jagħti €180 fix-xahar għall-pazjenti celiac biex jixtru prodotti speċjali li huma kostretti jixtru. Tax rebates ta' 100% tal-ispiża lill dawk il-professjonisti kollha li jkomplu jitħarrġu u jispeċjalizzaw fl-oqsma tas-saħħa. Il-PN indirizza wkoll l-ambjent u wiegħed għotja ta' €10,000 fuq ħames snin lill-familji li jneħħu vettura antika mingħajr ma jiksbu vettura oħra. Apparti minn hekk il-Partit ippropona li Gvern taħt amministrazzjoni Nazzjonalista iżid 50,000 metru kwadru ta' art pubblika maż-żoni barra l-iżvilupp (ODZ). Meta twaqqaf? Dan il-Partit twaqqaf fl-aħħar xhur tal- 2021. Dan twaqqaf minn Ivan Grech Mintoff li huwa wkoll il-Mexxej tal-Partit. Dan il- Partit huwa magħmul kemm minn persuni Laburisti u anke Nazzjonalisti u ngħaqad bil-għan wieħed li jiġġieled liġijiet liberali. Dan għaliex skont Grech Mintoff, f 'kumment li ta lil din il-gazzetta, dawn il-liġijiet, "qed jagħmlu ħafna ħsara". Min hu l-Mexxej? Dan il-partit hu mmexxi minn Ivan Grech Mintoff, in-neputi tal-eks Prim Ministru Duminku Mintoff. Grech Mintoff twieled fl-1964, f 'familja Laburista tant li jgħid li ma setax jiġi mgħammed minħabba l-interdett. Huwa kien parti mill-moviment laburista, tant li fl-1995 kien jagħmel parti mill- Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) ma' Joseph Muscat, Miriam Dalli u Glenn Bedingfield. Minkejja dan, huwa jgħid lil din il-gazzetta li telaq mill-partit wara kunflitt bejn Alfred Sant u Dom Mintoff. X'inhuma l-għeruq ideoloġiċi? L-ideoloġija ta' dan il-partit hija s-soċjaliżmu kristjan. Bħala partit huma jqisu lilhom infushom bħala konservattivi. Grech Mintoff saħaq li bħala partit jemmnu bi sħiħ fis-sovranità u għaldaqstant li l-Malti jiddeċiedi għal pajjiżu. X'inhu s-slogan elettorali? 'Dinjità lill-Maltin' u 'La Tisraqx, La Tigdibx, La toqtolx'. X'wiegħed sa issa? Sa' issa dan il-Partit ma ħabbar ebda manifest elettorali iżda fassal ħames punti ta' tluq li l-ABBA se tkun qed tiffoka fuqhom. Dawn huma d-dritt tal-ħajja, l-ħelsien tal- ANTHEA CACHIA Il-Partit ABBA Il-Partit Nazzjonalista