Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523
19 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 il-konservattivi u dawk li jiġġieldu l-liberaliżmu … Meta twaqqaf? Dan il-Partit twaqqaf fl-20 ta' Novembru 2019. Il-Partit Popolari (PP) twaqqaf mill-mexxej tiegħu stess Paul Salomone. L-għan wara dan il-partit huwa li jħares il-kultura ta' missirijietna u jkun "il-vuċi tal-poplu, ta' min ma jinstemax, ta' min ġie mwarrab u traskurat u l-vuċi ta' dawk kollha li qed isofru l-inġustizzji ta' Parlament arroganti." Min hu l-Kap? Paul Salomone ilu jaħdem fl-industrija tas-servizzi tal-bini bħala Operations Manager għal dawn l-aħħar 36 sena. Huwa kien membru tal-kumitat kif ukoll volontier fil-Fondazzjoni Wirt Artna. Huwa ngħaqad ma' din l-għaqda fl-1990 fuq l-idea li, "missirijietna ssagrifikaw ħajjithom biex bnew lil pajjiżna" u jemmen bi sħiħ li huwa dmir tagħna li nieħdu ħsieb u nippreservaw dak kollu li missirijietna ġġieldu għalih. X'inhuma l-għeruq ideoloġiċi? Dan il-partit huwa lemini u konservattiv. Waħda mill-kwistjonijiet li jopponi l-aktar huma l-immigrazzjoni illegali. Fi kliem il-Partit stess, dan twieled biex iħares, "il-kultura ta' missirijietna". Il-Partit Popolari jgħid li għalkemm pajjiżna kien imsejjes fuq valuri nsara u li l-partit huwa favur il- familja u l-ħajja, ma jagħmilx distinzjoni bejn ir-reliġjonijiet u nies ta' rieda tajba. X'inhu s-slogan elettorali? Familja, Nazzjon, Libertà X'wiegħed sa issa? Sa' issa jidher li dan il-Partit ma ħareġ ebda manifest elettorali però l-PP għamel xi punti dwar il-viżjoni tal-Paritit għal Malta. Dan il-Partit jrid li jiġi stabbilit limitu fuq il-baġit tal-partiti u "nħottu l-mudell korrott tal-finanzjament tagħhom." Apparti minn hekk irid li l-partiti jaħdmu biċ-ċittadini, bil-volontarjat u bil-ħeġġa tal-membri tagħhom u l-Partit Popolari "qed juri bl-eżempju tiegħu li dan hu possibli". Il-PP irid inaqqas is-setgħa għall- politiċi filwaqt li jsaħħaħ u jwessa' d-dritt tar-referendum fuq il-mudell Żvizzeru. Mil-lat ta' miżuri kontra l-imxija tal- Covid-19, dan il-partit minn dejjem kien voċiferu kontra ċertu miżuri u għalhekk qed jisħaq biex jitneħħew rekwiżiti għall- kwarantina "diskriminatorja" għal dawk li jsiefru mingħajr ma jkunu mlaqqma. Intant huma kontra "l-abbuż lampanti tas-sistema tal-ażil għall-skopijiet ta' immigrazzjoni ekonomika." Jemmnu li "l-importazzjoni massiva legali ta' ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropea" għandha titwaqqaf u titreġġa' lura b'mod gradwali. Dan il-Partit jisħaq li l-ekonomija għandha taddatta ruħha għad-daqs tal-forza tax-xogħol Maltija u mhux bil-kontra. individwu, il-ġustizzja, l-liġi u l-ordni, il- kwalità ta' ħajja u fl-aħħar is-sovrenità. Fl-ewwel kategorija dik tad-dritt tal- ħajja, l-ABBA tikkwota l-Kostituzzjoni ta' Malta li tgħid li, "l-ebda persuna b'mod intenzjonali, m'għandha tiġi mċaħħda mid-dritt li tgħix ħajjitha." Il-Partit jgħid li la darba jiġi elett fil-Parlament jemendaw din il-frażi biex tfisser li l-ebda persuna mill- konċepiment, b'mod intenzjonali, m'għandha tiġi mċaħħda mid-dritt li tgħix ħajjitha. Din "tiggarantixxi li x-xewqa tal-poplu Malti tiġi onorata u li l-abort ma jiġix legalizzat". Dan il-Partit jgħid li fl-aħħar żewġ leġiżlaturi d-drittijiet fundamentali ġew injoranti u dawn huma; id-dritt tal-ħajja, il-libertà tar-reliġjon u l-kuxjenza, tal- espressjoni, tal-assemblea, tal-assoċjazzjoni u l-moviment liberu fost oħrajn. Mil-lat tal-Ġustizzja, l-Liġi u l-Ordni, l-ABBA tisħaq li tixtieq li tara Gvern ta' koalizzjoni fejn l-ebda partit ma' jkollu l-poter assolut "biex jagħmel dak li jrid." Jemmnu li Gvern ta' koalizzjoni ireġġa' lura l-governanza regolata u xierqa. Dan filwaqt li qalu li jridu d-dinjità lura. Dan terġa' tisħqu fil-kategorija tal-kwalità tal-ħajja hekk kif il-Partit jisħaq li jekk ABBA jidħol fil-Parlament dan se jkun sinjal ċar li mhux 'business as usual' u membri parlamentari mill-ABBA se jiżguraw irkupru ta' liġi u ordni f 'qasir żmien. Jisħqu li Malta għandha żżomm is- sovranità u "d-drittijiet mogħtija minn Alla" biex tagħmel id-deċiżjonijiet meħtieġa li ser jaffettwaw il-preżent u l-futur taċ-ċittadini tagħha. ABBA tgħid ukoll li beħsieba taffilja ruħa ma' stati membri Ewropej bil-għan li tiżgura li Malta żżomm is-sovarnità tagħha u l-poter li tieħu d-deċiżjonijiet. Il-gazzetta ILLUM għat-tieni ġimgħa tibni l-profili ta' tliet partiti li se jikkontestaw fl-elezzjoni ġenerali. Din id-darba l-ILLUM tagħti ħarsa lejn it-tliet partiti li għalkemm huma differenti fil- popolarità kollha jxaqilbu aktar lejn il-lemin - min ftit u min ħafna Il-Partit Popolari