Illum previous editions

ILLUM 6 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

03 illum • IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 aħbarijiet ILLEJLA IT-TIENI EPISODJU FID-9:00PM FUQ NET U ONLINE 'Meta rriżulta li jkun aħjar li nissospendu applikazzjonijiet minn persuni Russi, hekk għamilna' MARIANNA CALLEJA "Ma kien hemm l-ebda U-Turn, is-sitwazzjoni kienet li l-awtoritajiet tagħna kienu qed jevalwaw is-sitwazzjoni." Dik kienet ir-risposta tal-Prim Ministru Robert Abela meta lbieraħ ġie mistoqsi dwar għaliex biddel fehmtu dwar il-bejgħ taċ- ċittadinanza lil ċittadini Russi u dawk tal-Belarussja. Abela sostna li fil-mument li s-sitwazzjoni ġiet analizzata u r-riżultat tagħha kien li jkun ak- tar prudenti li l-applikazzjonijiet jiġu sospiżi, Malta sospendiet b'mod immedjat il-bejgħ taċ-ċit- tadinanza lir-Russi u l-Belarussi. Kien il-Parlament Ewropew, fuq quddiem il-President tiegħu Roberta Metsola, li għam- lu pressjoni sabiex skemi ta' Golden Visas u skemi ta' bejgħ taċ-ċittadinanza jiġu mwaqqfa għal ċittadini Russi minħabba li kien hemm il-biża' li l-oligarkija madwar Putin tista' tuża dawn l-iskemi biex tidħol fl-Ewropa. Inizzjalment il-Prim Ministru kien ikkritika lill-Kap tal-Op- pożizzjoni li kien qed jappella biex jitwaqqaf il-bejgħ taċ-ċitta- dinanza lir-Russi, b'Abela jsost- ni li r-Russi ma għandhomx jit- poġġew fl-istess keffa. Il-Prim Ministru qal dan fit-tmiem ta' konferenza tal-aħbarijiet li saret f'Kastil- ja dwar id-deċiżjoni li ħadet l-Financial Action Task Force (FATF) dwar Malta. Inizzjalment imħabbra l-Ġimgħa, l-stqarrija tal-FATF qalet illi wara l-plenarja tagħha fi Frar tal-2022, irriżulta li Malta "sostanzjalment" lestiet il-pjan ta' azzjoni u anke qed titlob li ssir żjara biex ikunu ivverifikati r-riformi li saru. Id-delegazzjoni tagħha se tkun qed iżżur Malta mill-aktar fis possibbli biex tiv- verifika l-implimentazzjoni tal- pjan ta' azzjoni u anke l-progress li sar fil-ġlieda kontra l-ħasil tal- flus u l-evażjoni tat-taxxa. Mistoqsi mill-ġurnalisti meta huwa mistenni li Malta toħroġ mil-Lista l-Griża tal-FATF, Ab- ela stqarr li mhux se jkun qed jagħti tragwardi ta' żmien sabiex ikompli jkun kawt, l-istess bħal ma kien qed jagħmel il-Gvern matul l-aħħar xhur. Malta kienet spiċċat fil-Lis- ta l-Griża f'Novembru tas-sena l-oħra, minkejja li kienet għad- diet mit-test tal-Moneyval. Dan seħħ wara li ttieħed vot illi fih ir-Renju Unit, il-Ġermanja u l-Istati Uniti vvutaw biex Malta titpoġġa fuq din il-lista. Malta fil-fatt bħalissa hija l-uniku pajjiż Ewropew li tinsab f'din il-lis- ta għalkemm xi snin ilu anke l-Iżlanda tpoġġet f'din il-lista. Il-Ġimgħa filgħaxija fi stqarrija, l-FATF qalet li se tkun qed tħares lejn is-sitwazzjoni tal-pandemija u tiddetermina meta jkun l-aħjar żmien li twettaq spezzjoni diret- ta f'Malta. L-istqarrija tispjega kif minn Ġunju 2021, Malta wettqet di- versi riformi wara li spiċċat fuq il-lista l-griża. Ewlenija fost dawn tinnota r-riforma biex ikun żgu- rat li l-informazzjoni dwar 'ben- eficial owners' tkun korretta u li jittieħdu l-passi kollha neċessarji u effettivi jekk ikun magħruf li xi informazzjoni kienet qarrieqa jew mhux korretta. Apparti minn hekk, faħħret l-impenn ta' Malta li ssaħħaħ l-appoġġ lil dawk l-awtoritajiet li xogħolhom huwa li jinvesti- gaw każi ta' ħasil ta' flus. Faħħret il-fatt li Malta trid li tkompli ssaħħaħ ir-responsabbilitajiet tal-Kummissarju għat-Taxxi u anke l-FIU (Financial Intelli- gence Unit). Fl-aħħar nett, faħħret ukoll l-impenn tal-Gvern Malti li jsaħħaħ l-analiżi tal-FIU bil- għan li dan jipprovdi biżżejjed informazzjoni lill-entitajiet li jinfurzaw il-liġi biex jinvestigaw każi ta' evażjoni tat-taxxa, fost oħrajn. Kien hawn li l-FATF saħqet li delegazzjoni tagħha se tkun qed iżżur Malta mill-aktar fis pos- sibbli biex tivverifika l-impli- mentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u anke l-progress li sar fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-evażjo- ni tat-taxxa. Il-Kamra tal-Kummerċ tilqa' l-aċbar dwar l-FATF... Il-Kamra tal-Kummerċ u In- trapriża laqgħet b'sodifazzjon l-aħbar tal-bieraħ illi l-FATF qa- let li Malta lestiet ħafna mill-pjan biex titneħħa mil-Lista l-Griża u li se tkun qed tagħmel żjara f'Malta biex tikkonferma x-xog- ħol li lestiet Malta, fil-qasam tal- ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Il-Kamra tal-Kummerċ ħeġġet lilll-awtoritajiet u lis-settur pri- vat sabiex jibqgħu kommessi li Malta toħroġ minn din il-lista fix-xhur li ġejjin u wegħdet illi se tkompli tiffaċilità id-djalogu u l-kooperazzjoni bejn il-partitjiet kollha ikkonċernati sabiex ikunu aċċertati l-ogħla livelli. "Dan kollu huwa importanti sabiex ir-reputazzjoni ta' Malta bħala ġurisdizzjoni finanzjar- ja tkun irrestawrata," temmet tgħid. Il-Prim Ministru jgħid li huwa mhux se jagħti tragwardi eżatti ta' meta Malta se toħroġ mill-Lista l-Griża, wara li l-FATF tfaħħar il-progress tal-Gvern f'diversi oqsma... Robert Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 March 2022