Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523
08 Kriżi Ukrajna IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • illum 'Din il-gwerra qed tolqot lid-dinja; La aħna Il-Ministru Evarist Bartolo jgħid mal-gazzetta ILLUM li kuljum qed iżomm kuntatt mhux biss mal-komunità Ukrena f'Malta imma anke mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren YENDRICK CIOFFI "Dan il-kunflitt mhuwiex 'il bogħod. Dak li qed jiġri fl- Ukrajna mhijiex sempliċiment aħbar internazzjonali. Din il- kriżi qed tiġri fostna." Hekk saħaq il-Ministru għall- Affarijiet Barranin Evarist Bartolo f 'kummenti mal- gazzetta ILLUM dwar il-kriżi fl- Ukrajna li qed tiddomina mhux biss l-aħbarijiet internazzjonali imma sa ċertu punt tefgħet fil- ġenb anke l-kampanja elettorali li għaddejja f 'pajjiżna. Il-Ministru spjega kif f 'Malta hawn komunità Ukrena mdaqqsa u hemm ukoll diversi Maltin li huma miżżewġa Ukreni. "Għalihom il-gwerra mhux qed tiġri 'l bogħod. Mhux qed tiġri 3,500 kilometru 'l bogħod. Qed tiġri hawn fostna. Il-kunflitt huwa qrib emottivament," insista l-Ministru. Il-komunità Ukrena f 'Malta tgħodd 'il fuq minn 1,000 ruħ. Saħaq li jinsab f 'kuntatt kontinwu ma' din il-komunità u anke Maltin miżżewġa Ukreni. 'Iċemplulu familji li qed jaħarbu minn Kjiv...' "Iċempilli missier li għandu lil martu u lit-tfal li qed jivjaġġaw fuq trejn lejn il-Polonja biex imbagħad jiġu Malta. Ċempluli żewġ familji oħra li wkoll telqu minn Kjiv biex jiġu Malta. Aħna qed inżommu kuntatt mal- Ambaxxata tagħna fil-Polonja biex nieħdu ħsiebhom malli jaslu sakemm jitilqu lejn Malta," kompla jispjega Bartolo. Apparti minn hekk, saħaq il- Ministru, qed iżomm kuntatt kuljum mal-Ministru Ukren għall-Affarijiet Barranin Dmytro Kuleba. "Nammirah li f 'din is- sitwazzjoni jsib ħin iweġibni kuljum. Irringrazzjani għall- pożizzjonijiet li qed nieħdu kemm fl-Unjoni Ewropea u anke fil-Ġnus Magħquda u għall- għajnuna li qed nagħtu u għall- appoġġ," insista. 'Il-qamħ u l-għalf tal-bhejjem nimportaw mill-Ukrajna' Iżda dan il-kunflitt huwa qrib il-Maltin, għal diversi raġunijiet oħra. Fost dan, saħaq il-Ministru Bartolo, il-qamħ tagħna u anke l-għalf tal-bhejjem jiġi mill- Ukrajna. "Dak li jiġri hemm, jekk hux se jkun hemm ħsad u jekk l-iskarsezza hux se tgħolli l-prezzijiet, huma kollha affarijiet li se jolqtuna. Hemm it-traġedja umana, imma mbagħad hemm il-konsegwenzi ekonomiċi wkoll," spjega Bartolo. Dan biex ma nsemmux il- konsegwenzi politiċi. It-tifrik bil-missili Russi mhuwiex biss fuq l-infrastruttura tal-Ukrajna imma anke fuq l-organizzazzjonijiet internazzjonli. "Diġà ttieħdu passi biex jitkeċċew mill-Kunsill tal- Ewropa. Il-gwerra qed tħalli effett fuq il-Ġnus Magħquda. Qed tħalli effett fuq l-Organizzazzjoni għall- Koperazzjoni u s-Sigurtà fl- Ewropa li propju twaqqfet biex ma jiġrix dak li ġara," kompla jispjega l-Ministru. 'Malta newtrali militarment ... imma nibqgħu niddefendu l-valuri li nemmnu fihom' Malta ħadet ukoll pożizzjoni. Qed turi solidarjetà mal-poplu Ukren u kkundannat dak li qed twettaq ir- Russja. L-ILLUM tistaqsih jekk dan ifissirx li Malta ma baqgħetx pajjiż 'newtrali.' I l - M i n i s t r u g ħ a l l - A f f a r i j i e t Barranin saħaq li Malta, bħala pajjiż ċkejken, ma tista' qatt taqbel li min hu b'saħħtu jaqbad u jiddeċiedi hu kif ibiddel il-fruntieri jew jimponi fuq il-ġirien tiegħu. "Qed inżommu n-newtralità. Fl-UE għandek tliet membri li huma newtrali, aħna l-Awstrijaċi u l-Irlandiżi. Meta l- kellna laqgħa tal-Kunsill tal- Ministri tal-Affarijiet Barranin u ġie deċiż li jintbagħtu armi lill-Ukrajna, aħna bħala pajjiż filwaqt li mhux se nwaqqfu lill- bqija, għidna ċar u tond li mhux se nibagħtu armi u minflok se nibagħtu għajnuna umanitarja, fosthom ikel u mediċina," saħaq il-Ministru. Kompla jispjega li Malta hija newtrali "militarment," imma ma jfissirx li ma tistax titkellem. Insista li Malta tibqa' dejjem favur u tiddefendi l-valuri tad- demokrazija, id-drittijiet tal- bniedem, is-sovranità u l-paċi. Jekk l-UE taċċetta t-talba tal- Ukrajna għall-isħubija mhux se tipprovoka lil Putin? Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qed jitlob lill-Unjoni Ewropea biex taċċetta li ssieħeb Il-Ministru Evarist Bartolo