Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523
Kriżi Ukrajna 09 illum • IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 aħna parti mid-dinja lilna tolqotna wkoll' b'mod "immedjat" lill-Ukrajna bħala membru. Malta hija parti mill-Unjoni Ewropea u għalhekk, l-ILLUM tistaqsi lill- Ministru jekk jaqbilx ma' dan. X'jiġri jekk l-UE taċċetta? Se tidher qed tipprovoka lir-Russja? Il-Ministru saħaq li aktar milli għall-Unjoni Ewropea, ir-Russja aktar toġġezzjoni għas-sħubija fin-NATO, peress li din hija alleanza militari. Insista li t-talba ta' Zelenskyy trid tiġi studjata, aktar u aktar għax qatt ma ġrat li xi pajjiż daħal b'mod immedjat. Jekk il-kunflitt jinfirex, Malta se tkun milquta? Ħafna qed jinkwetaw li l-kriżi fl-Ukrajna se teskala u se tispiċċa gwerra akbar. Bosta inkwetaw ukoll meta l-President Russu, Vladimir Putin, poġġa l-forzi nukleari fuq "allert massimu." L-ILLUM tistaqsi lill-Ministru x'jista' jiġri u jekk Malta tistax tispiċċa f 'nofs gwerra. Il-Ministru serraħ ras kulħadd li ż-żewġ naħat qed joqogħdu attenti li s-sitwazzjoni ma teskalax. "Jekk toqgħod fuq il-kliem biss tinkwieta ħafna. Il-kliem huwa ta' nies irrabbjati għal xulxin," qal il-Ministru. "Irridu nżommu f 'moħħna li sakemm ma nkunux qridna d-dinja, wara li tgħaddi din il-gwerra kriminali, irridu nitkellmu bejnietna." Malta qed tappella ... anke lir- Russja... Saħaq li Malta, anke jekk trid iżomm f 'moħħha ċ-ċokon tagħha, ma tistax ma titkellimx ċar. "Fil-jiem li għaddew kont f 'kuntatt maċ-Ċina, l-Indja u ma' sħabna tal-Unjoni Ewropea u oħrajn. Aħna bqajna nwasslu l-messaġġ tagħna, jiġifieri li d-dinja ma tispiċċax f 'diżordni fejn min hu b'saħħtu jiddeċiedi għall-bqija, li nipproteġu s-sovranità, id-dritt li poplu jmexxi lilu nnifsu u jagħżel triqtu u li ma nheddux lil xulxin. Aħna qed inwasslu dan il-messaġġ lill- akbar pajjiżi tad-dinja," saħaq il- Ministru. Anke mar-Russja, Malta appellat dwar dan, aktar u aktar għax fi kliem Bartolo, dan huwa żmien fejn il-pajjiżi kollha, aktar minn qatt qabel, suppost qed jaħdmu flimkien biex id-dinja toħroġ mill-pandemija u biex tiġġieled l-isfida tat-tibdil fil- klima. "Il-leħen tagħna huwa ċkejken imma dinjituż. Imma nibqgħu nagħmluh favur il-paċi, favur in- negozjati u favur il-fatt li diffiċli kemm hu diffiċli li ngħixu flimkien, mhuwiex impossibbli," insista l-Ministru. 'Mhux nagħmel home-visits .... ħassejt li kelli nibqa' naqdi dmiri' L-ILLUM ma setgħetx ma tistaqix lill-Ministru Bartolo dwar l-impatt li l-kriżi fl-Ukrajna qed ikollha fuq il-kampanja elettorali f 'Malta. Donnu n-nies aktar qed isegwu u huma mħassba b'dak li qed jiġri fl-Ukrajna milli dak li qed jiġri f 'Malta. "Jiena żgur li ma għandhix ċans nagħmel home-visits. Jiena ħassejt li kelli nibqa' naqdi dmiri f 'sitwazzjoni bħal din. Irridu nikkordinaw dak li qed jiġri ma' pajjiżi oħra u anke nżommu kuntatt mal-komunità Ukrena," insista Bartolo. Saħaq li n-nies jagħmlu tajjeb li jsegwu dak li għaddej għax illum dak li jiġri fid-dinja jimpatta lilna wkoll. "Fil-każ ta' Malta aktar. Aħna kważi nixtru kollox minn barra u nbiegħu kollox barra. Meta jogħla t-trasport, l-enerġija, l-ikel, il-metall u l-microchips, aħna se nintlaqtu wkoll. Din gwerra qed tolqot lid-dinja u la aħna parti mid-dinja, lilna tolqotna wkoll," temm jisħaq il- Ministru. Putin qam filgħodu u ried jinvadi l-Ukrajna? X'wassal għall-kunflitt? L-Ukrajna kienet parti mill-Unjoni Sovjetika sakemm fl-1991 ivvotat b'saħħitha f 'referendum għall-indipendenza. Din kienet id-daqqa tal-mewt għall-Unjoni Sovjetika. Wara dan, in-NATO (alleanza militari bejn 30 pajjiż), bdiet tersaq aktar lejn il- pajjiżi fil-Lvant tal-Ewropa. Fl-2004, man- NATO ssieħbu r-repubbliċi Baltiċi tal- Estonja, il-Latvja u l-Litwanja u li wkoll kienu parti mill-Unjoni Sovjetika. Erba' snin wara, in-NATO iddikjarat l-intenzjoni tagħha li toffri sħubija lill- Ukrajna. Dan ma niżel tajjeb xejn mar- Russja, b'Putin jiddikjara dan bħala "theddida ċara," għal pajjiżu. F'Diċembru li għadda, Putin ippreżenta lill-Istati Uniti u lin-NATO lista ta' talbiet, ewlenija fosthom garanzija li l-Ukrajna ma tkun qatt aċċettata bħala parti minn din l-alleanza militari. F'diversi intervisti, Putin kemm-il darba qal li l-Ukrajna hija parti mir- Russja, kulturalment, lingwistikament u anke politikament. F'Lulju 2021, Putin saħansitra iddikjara li r-Russi u l-Ukreni huma "poplu wieħed" u akkuża lill-pajjiżi tal-Lvant li "kkorompew" lill-Ukrajna u bidlulha l-identità tagħha. L-Ukreni x'jaħsbu dwar dan? Hemm parti mill-popolazzjoni li titkellem ir- Russu, b'mod partikolari dik fil-Lvant, li taqbel ma' dan. Madanakollu, dawk li jgħixu fin-naħa tal-Punent tal-Ukrajna, anke storikament, jaqblu aktar ma' integrazzjoni lejn l-Ewropa. It-tensjoni ilha li bdiet mill-2014, meta eluf ta' persuni niżlu jipprotestaw fil- kapitali Kjiv kontra President li kien ħobża u sikkina mar-Russja u li kien irriuta li jiffirma l-ehim biex l-Ukrajna tissieħeb mal-Unjoni Ewropea. Eventwalment, dan kellu jċedi għall-pressjoni u jitlaq. Ir-Russja ma baqgħetx idha fuq żaqqha u kienet invadiet il-peniżola tal-Krimea. Dan ta spinta lis-separatisti fil-Lvant tal- Ukrajna li ħadu f 'idhom il-kontroll ta' parti mir-reġjun ta' Donbas, li fost oħrajn jinkludi lil Donestsk u Luhansk, li meta beda jinvadi lill-Ukrajna, Putin iddeċieda li jiddikjarahom u jqishom bħala "stati indipendenti. Minkejja ehim għall-waqfien mill- ġdid fl-2015, it-tensjoni bejn ir-Russja u l-Ukrajna baqgħet hemm u ħalliet xejn inqas minn 14,000 persuna mejta. Moska kemm-il darba kienet akkużata li użat diversi attakki ċibernatiċi, pressjoni ekonomika u anke propaganda biex iżżid it-tensjoni fl-Ukrajna. Dan biex ma nsemmux it-tensjoni li baqgħet tiddomina f 'Dombas. F'konferenza mal-Kanċillier Ġermeniż Olaf Scholz, fis-16 ta' Frar li għadda, Putin saħaq aktar minn darba li l-Ukrajna qed twettaq "ġenoċidju" kontra persuni Russi jew viċin ir-Russi f 'dan ir-reġjun. Dawn l-allegazzjonijiet qatt ma kienu s-sostanzjati. Volodymyr Zelenskyy, eks kummidjant u attur, rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali fl-2019. Huwa kien wiegħed li jtemm il- kunflitt f 'Dombas imma it li xejn inbidel. Insista wkoll kemm-il darba li l-Ukreni mhumiex ta' Putin. Saħaq li Moska ma tistax iżomm pajjiż indipendenti u sovran milli jissieħeb man-NATO jew inkella jinterferixxi fil-politika domestika jew barranija tiegħu. "Ir-Russja ma tistax twaqqaf lill-Ukrajna milli tissieħeb man-NATO u ma għandha l-ebda dritt biex ikollha xi sehem fid- diskussjonijiet," saħaq il-Ministru għall- Affarijiet Barranin Ukren. Ftit jiem biss wara li beda l-attakk, Zelenskyys saħansitra talab lill-Unjoni Ewropea biex "immedjatament" taċċetta lill-Ukrajna bħala membru u ħeġġeġ lill- mexxejja tal-Punent biex jgħinu lill-Forzi Ukreni. Għalkemm saru laqgħat bejn delegazzjoniji Ukrena u Russa, Zelenskyy minnufih qal li ma jemminx li dawn se jħallu l-frott imma saħaq li l-Ukrajna se tagħmel xorta waħda minn kollox biex tippreveni gwerra. Qabel bdew dawn it- taħdidiet, l-Ukrajna talbet li r-Russja tirtira t-truppi kollha tagħha.