Illum previous editions

ILLUM 6 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1457523

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 elezzjoni2022 IL-ĦADD 6 TA' MARZU 2022 • illum Taħt id-dell ta' gwerra, mass meetings bilqiegħda u qisu kollox ta' bilfors! Il-Kampanja elettorali... Mhux xi sigriet li din l-elezzjoni ma tantx kien hawn xi ħeġġa għaliha, imma wara t-tieni ġimgħa huwa ċar li lanqas il-partiti ma huma jarmu xi ħafna nar sa issa. U bil-kunflitt Ukren, il-kampanja saret kważi rrileventi. L-ILLUM tanalizza... Il-kampanja issa ħarġet mit- tieni ġimgħa tagħha u riesqa prattikament f 'nofsha u allura wieħed jista' jevalwa din il- kampanja it iktar mill-qrib, anke mqabbla ma' kampanji elettorali passati. F'dan l-ispazju se nagħtu ħarsa lejn uħud mill- punti li l-aktar ġibdu l-attenzjoni ta' din il-gazzetta u ta' ħafna nies madwar il-pajjiż. Kważi surreali... kompletament mitfija mill-kunflitt Ukrajna Huwa ovvju għal ħafna nies, dejjem aktar ovvju fil-fatt, li din probabbilment hija l-aktar kampanja elettorali surreali li kellna f 'ħafna u ħafna snin. Minkejja li qegħdin fil-qalba ta' kampanja elettorali l-ħeġġa hija waħda f 'livelli ħafna aktar baxxi milli wieħed jistenna waqt kampanja politika bl-attenzjoni kważi tkun esklussivament fuq il-kunflitt bejn l-Ukrajna u r-Russja. U bir-raġun! Tal-Ukrajna hija gwerra wara biebna, gwerra li beda dittatur perikoluż - mill-ġdid wara biebna - u kwistjoni li serqet l-attenzjoni assoluta tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-Parlament Ewropew din il-ġimgħa li organizza sessjoni plenarja straordinarja li rat lill-akbar irjus tal-unjoni jirriservaw kliem mill-aktar iebes lejn Putin. Bis-sitwazzjoni tiżviluppa minn ħin għall-ieħor, diversi pajjiżi - inkluż l-UE, jibdew sanzjonijiet iebsin kontra Putin u bit-theddida ta' gwerra tibqa' mdendla, ħafna qed jippreferu jaqilbulu fuq is- CNN, il-Euronews jew l-Al Jazeera, milli fuq il-ONE u n-Net. Il-kampanja elettorali spiċċat qisha d-dinja ta' Liluput, hekk kif ir-realtajiet ta' kunfitt perikoluż kważi tefa' lill-kampanja fid-dinja tas-surreali! Hemm raġunijiet oħrajn għal din in-nuqqas ta' ħeġġa li fil-fatt diġà trattajna nhar il-Ħadd li għadda u li huma prinċipalment: L-elezzjoni qed issir f 'ambjent politiku nieqes mit-tensjoni u l-akkużi li fih kienet saret l-elezzjoni tal-2017, bħall- akkuża Egrant - fattur li jgħaqqad u jsaħħaħ lill-għeruq. Iż-żewġ mexxejja huma meqjusin illi huma neqsin mill-kapaċità li jiġbdu l-masses il-kbar hekk kif l-oratrija tagħhom hija 'l bogħod minn dik ta' Joseph Muscat, Lawrence Gonzi jew Eddie Fenech Adami. Hemm il-fatt li f 'ħames snin sħaħ il-Partit Laburista dejjem żamm maġġoranza komda u konsiderevoli fuq il-Partit Nazzjonalista f 'kull sondaġġ li kien ippubblikat, maġġoranzi li spiċċaw taw rebħa ta' 43,000 vot lill-PL fl-2019. U finalment hemm il-Covid-19. Wara ħafna restrizzjonijiet u wara xhur ta' poplu li kellu jiċċaħħad mill-ħajja soċjali tiegħu b'miżuri u kontro-miżuri, bħalissa moħħ ħafna huwa fejn se jmorru fis-sajf, ta' min se jilbsu fil-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira, liema Rxoxt se jmorru jaraw fl-Għid il-Kbir, x'se jagħmlu għall-festa tar-raħal u kif se jerġgħu jirbħu ħajjithom mill-ġdid. Shopping List! L-aktar analista politiku oġġettiv ukoll jista' jinnota kif din il- kampanja spiċċat litteralment qisha ġurnata shopping waqt is-sales ta' Jannar. Iż-żewġ partiti għaddejjin b'maratona kważi ma taqta' xejn ta' miżuri finanzjarji li qed iwegħdu lin-nies. U hemm ħemel! Il- Gvern iħallaslek €1,000 fis-sena mis-self tad-dar, tnaqqis fit-taxxi, ċitazzjonijiet ffriżati għal sitt xhur, skemi u kontro-skemi ta' ħlasijiet lil min jixtri dar, pagi ogħla... naqra oħra u l-PN u l-PL iwgħeduk li tista' toqgħod id-dar u jħallaslek il-paga l-Gvern! Filwaqt li hemm diversi miżuri li fihom ħsieb u li huma soċjalment ġusti bħall-għajnuna fuq l-unformijiet (PL) u anke l-għajnuna għal min ma jikkwalifikax għas- sussidju tal-kera (PN) jinħass illi hemm wisq ferneżija u attenzjoni fuq miżuri li jolqtu lill-but u it dwar il-futur, sa issa. Anke jekk il-Partit Nazzjonalista semma' numru ta' setturi (ħallieha li wħud minnhom diġà joperaw f 'xi forma bħalissa) l-attenzjoni malajr intefgħet fuq miżuri partikolari u dawk relatati mal-but, wara li l-Labour beda l-kampanja propju b'dan il-mod. U l-proposta taċ- ċitazzjonijiet ma tantx għenet biex l-attenzjoni tal-PN tibqa' fuq il- proposta ta' 10 setturi ekonomiċi "ġodda". Anke jekk ximkien hemm pjani għall-futur, dawn qed jintilfu f 'din il-ġirja li iktar qed tidher qisha tiġrija ta' rigali! X'differenza mill-elezzjonijiet tal- 1987, 1998, 2003 jew 2013 - meta dan il-poplu kien mehdi jitkellem u jiddibatti il-futur tal-pajjiż fl- Ewropa jew inkella l-bidla fid- direzzjoni. Ħaġa oħra li ma tantx qed timpressjona lin-nies hija kif se jitħallsu dawn l-inċentivi kollha u dawn il-miżuri kollha jekk pajjiżna - bħal pajjiżi oħrajn - se jintlaqat minn aktar għoli fil-prezzijiet tal- enerġija minħabba s-sanzjonijiet, filwaqt illi pajjiżna - bħal kull pajjiż ieħor - ra d-defiċit u d-dejn nazzjonali jisplodi 'l fuq minħabba elenku twil ta' miżuri li l-Gvern ħa biex in-negozji jibqgħu fil-wiċċ u ma jkeċċux ħaddiema. Allura waħedha il-mistoqsija: kriżijiet, għoli, defiċit u allura kif se titħallas din ix-shopping list kollha? Mass meeting... Bilqiegħda? Xi ħaġa nieqsa minn din il- kampanja li konna drajna naraw f 'kull kampanja elettorali huma l-mass meetings. Kull nhar ta' Ħadd eluf fuq eluf jinġabru ħerqana f 'xi triq, il-fosos jew f 'xi pjazza kbira jisimgħu l-messaġġi tal-mexxejja politiċi. Imbagħad erħilha d-dar u l-aktar ħaġa diskussa l-Ħadd filgħaxija tkun "kemm kellhom nies" "min kellu l-aktar nies?" "se jirbħu, ara x'kellhom", "neħduhielhom, fqajna l-fosos". L-għada t-Tnejn il-gazzetti rispettivi tal-partiti jippubblikaw ritratti kbar tal-folla kbira b'xi aġġettiv mċappas mal- faċċata tal-gazzetta, bħal "Massiċċ", "Enormi", "Baħar ta' nies." Illum, minflok qed ikollna mass meetings bilqiegħda! Anke tgħidha naqra stramba, aħseb u ara taraha. Dak tal-Labour fin-Naxxar kien pjuttost fqir, bi it li xejn entużjażmu u nies jerħulha lejn id- dar minħabba l-kesħa. Dak tal-PN kien fih it aktar ħeġġa, għalkemm lanqas irnexxielu jimla' mqar saz- zuntier tal-Knisja bin-nies! Naturalment dan kollu qed isir minħabba l-Covid-19, anke jekk ħafna stabbilimenti ma tantx huma kuntenti li l-partiti xorta qed ilaqqgħu lin-nies meta huma għadhom qed jiffaċċjaw ċerti restrizzjonijiet. Apparti din jidher li f 'xi attivitajiet l-attendenza qed tkun fqira mmens. Din il-ġimgħa rajna l-attivitajiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 March 2022