Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404
15 elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 s-saħħa li kellu ... delegati u nies tas-soċjetà ċivili, il-fatt huwa li ma għadux hemm. Stajna ħadna aktar vantaġġ bħala PN? Se nkunu nafu f 'din l-elezzjoni. Ir-riżultati ta' dawk id-deċiżjonijiet qed joħorġu u għalhekk hemm numru ta' Laburisti li qed iduru għall-PN," insista Agius. 'Għamilnihielhom diffiċli biex jiġu magħna għax ma kinux qed jarawna magħquda' L-ILLUM tisħaq miegħu li l-impressjoni ma tantx hija li hemm Laburisti li qed jersqu lejn il-Partit Nazzjonalista, imma Agius żamm mal-pożizzjoni tiegħu u insista li apparti dawk li qed jidhru, hemm bosta oħra li qegħdin kwieti d-dar. "Lil dawn in-nies għamilnihielhom diffiċli biex jiġu magħna għax ma kinux qed jarawna magħquda. Fl- aħħar xhur, il-PN ingħaqad ħafna aktar. Qed nuru li l-PN lest magħqud, bi programm elettorali u bi prinċipji għall- futur," insista Agius. "In-nies qed tara d-differenza. Ma għandna ħadd fil-PN involut f 'atti ta' korruzzjoni. Ma għandna l-ħadd li ta lill-ħabiba tiegħu kuntratt ta' €163,000, kif għamel id- Deputat Prim Ministru. Il-Kap tal-PN mhuwiex ħaġa waħda mal-kriminali. Il-Kap tal-PN ma kienx jaqla €28,000 fix-xahar mill-PA." Insista li n-nies se jqabblu dan u se jqabblu wkoll il-proposti. Fi kliemu, il-proposti li qed jagħmel il-PN, b'mod partikolari fuq il-pensjonijiet, l-edukazzjoni, l-ambjent u l-inġustizzji, se jagħmlu differenza. "Jgħidu li l-PN qatt ma żied il-pensjonijiet. Aħna żidna l-pensjonijiet bi provi. Imma ħares lejn dak li qed nipproponu issa. Hemm kritika mill-PL? Aħna se ngħollu l-pensjoni minima daqs il-paga minima nazzjonali. Ara hux jikkritikawna li se ngħinu aktar lin-nies Celiac u bil-Fibromyalgia. Ara hux jikkritikaw il-fatt li l-persuni b'diżabbilità se nagħtuhom assistenza personalizzata, " kompla jfakkar Agius. 'Se nagħtuk dak li serqulek mill-2013 sal-lum' Ma setax ma jitkellimx dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-eżerċizzju li mexxa hu. Fakkar li l-PN qed iwiegħed li jagħtu lura l-flus kollha li nsterqu. Dan l-ammont illum ilaħħaq il-€55 miljun. L-ILLUM hawn tfakkru li l-Gvern tahom raġun u anke l-Awditur Ġenerali. Ma jaħsibx li l-Gvern rikeb il-karru tal-PN u se jieħu l-proset hu? "Il-Labour se jirranġalek minn Jannar li għadda sal-lum. Aħna se nagħtuk dak li serqulek mill- 2013 sal-lum. Dik hija wiegħda li l-Labour ma għandux. Aħna se nitterminaw ukoll il- kuntratt tal-Electrogas u dak li niffrankaw se jmur biex innaqsu l-kontijiet u biex lill-anzjani nraħħsulhom il-kontijiet bin- nofs," insista. 'Il-Labour ma għadx għandu s-saħħa li kellu qabel' F'kull attività politika, il- Kap Nazzjonalista qed jisħaq li Robert Abela mhux lest jiggverna, anke għax dam ma ħareġ il-programm elettorali u "qed jikkopja" lill-PN. L-ILLUM tistaqsih jekk dan l-argument hux qed jikkonvinċi n-nies meta l-Gvern għadu kemm ħareġ minn pandemija bl-unuri, bis-saħħa tad-deċiżjonijiet u l-għajnuna li ta. Il-Viċi Kap wieġeb li n-nies fid-djar qed jindunaw li l-PL "mhuwiex ippreparat." Fakkar fil-kampanja elettorali li kellu l-PL fl-2017 u fl-2013. Fi kliemu, fl-aħħar żewġ elezzjonijiet, il-PL ħareġ b'saħħtu, imma insista lu "illum il-Labour ma għadx għandu s-saħħa li kellu qabel." "Meta fl-2017 ma kellnix il-programm elettorali, in- nies kienu jgħidulna li mhux ippreparati. Din id-darba bil- kontra," kompla l-Viċi Kap Nazzjonalista. "In-nies iridu jkunu jafu x'lesti nagħmlu għalihom għax jemmnu li l-PN jista' jiggverna u li l-Gvern Laburista huwa l-aktar Gvern korrott fl-istorja. Min kien hemm u ma ġġilidx il- korruzzjoni huwa korrott ukoll." 'Qed naħsbu wkoll anke għal dawk iż-żewġ voti...' Tenna li l-PN qed jindirizza anke kwistjonijiet żgħar imma li jolqtu n-nies. Bħala eżempju semma l-kwistjoni dwar il- kamra tan-nar ta' Birkirkara, li l-ILLUM ġieli kitbet dwarha wkoll. Insista li l-Gvern ilu snin jgħaddihom biż-żmien. Saħaq li l-PN, bil-miktub, intrabat li jagħtihom biċċa art tajba għall- kamra tan-nar. "Fejn qabel konna naħsbu biss għall-pajjiż ... illum irridu nieħdu ħsieb dawk iż-żewġ voti, lil dik il-familja, lill-individwu. Għandna viżjoni għall-pajjiż imma qed nagħtu kas anke lill- persuna fit-triq," tenna l-Viċi Kap Nazzjonalista. 'Għandna kandidatura fil-PN ħafna aħjar mill-PL' Fl-ewwel jum tal- kampanja, il-PN tilef erba' Deputati b'esperjenza. Hemm l-impressjoni li fil-PN, wara din l-elezzjoni, mhux se jkun hemm biżżejjed nies ta' esperjenza biex imexxu l-aktar ministeri importanti, fosthom dawk tal- finanzi, is-saħħa, l-ekonomija u l-edukazzjoni. X'jaħseb Agius dwar dan? Insista li l-irwoli tal-kabinett huma prerogattiva ta' min ikun Prim Ministru. Qal biss li għandu fiduċja fil-kandidati kollha u anke fil-poplu li se jagħti lill-PN "l-aqwa Deputati possibbli." "Kellna Grupp Parlamentari kapaċi u diversi minnhom huma kandidati u hemm oħrajn ġodda li huma kapaċi wkoll. Ma jfissirx li David Agius, għax qatt ma tkellem fuq settur partikolari, mhux kapaċi jmexxih. Prim Ministri ġieli għażlu persuni li kienu sempliċiment sindki u li ma kellhomx esperjenza. Qabel l-aħħar elezzjoni kont tobsor li Byron Camilleri se jkun Ministru għall-Intern?", staqsa Agius. "Għandna kandidatura fil-PN ħafna aħjar mill-PL." Kannabis: 'Aħna konna nagħmlu liġi aħjar' Tkellimna dwar il-pożizzjoni tal-PN dwar il-liġi tal-kannabis u deċiżjonijiet oħra li ħa, bl- ILLUM tistaqsi lil Agius jekk jaħsibx li l-Partit Nazzjonalista komplix iwarrab niċeċ ta' votanti, speċjalment dawk żgħażagħ. Irikonoxxa li jista' jkun hemm min tbiegħed, imma fi kliemu, fil-każ tal-kannabis, attira oħrajn. "Hemm ħafna żgħażagħ li huma silenzjużi u li jaħdmu f 'għaqdiet partikolari," saħaq Agius waqt li fakkar li d-deċiżjoni tal-PN kienet ibbażata fuq diskussjoni wiesgħa, anke ma' esperti fil-qasam. "Aħna konna nagħmlu liġi aħjar. Bernard Grech qal li nżommu din il-liġi u ntejbuha," kompla l-Viċi Kap tal-PN. "Smajna x'għamlet s'issa l-Awtorità tal-Kannabis? Xejn. L-ewwel inżidu l-edukazzjoni u nżidu l-kuxjenza u mbagħad nagħmlu liġi." 'Jiena mhux marbut mas- siġġu' Fl-aħħar nett l-ILLUM tistaqsih x'se jkun il-futur tiegħu wara l-elezzjoni ġenerali. Jekk il- PN jitlef, kif qed juru s-sondaġġi, se jerġa' jitfa' ismu għall-kariga ta' Viċi Kap? "Jiena mhux marbut mas- siġġu. Jiena kont offrejt is-siġġu tiegħi bħala Viċi Kap u kienet qed tissemma Roberta Metsola. Jiena kont lest inwarrab għax l-ewwel il-Partit," fakkar David Agius. "Iċ-ċirkostanza ma ġratx. Kont u nibqa' naħdem. X'jiġri wara l-elezzjoni ma nafx. Jiena nibqa' dejjem għas-servizz tal-partit. Niddeċiedi wara l-elezzjoni ġenerali skont il- bżonnijiet tal-PN." RITRATT: JAMES BIANCHI