Illum previous editions

ILLUM 13 March 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1459404

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 elezzjoni2022 IL-ĦADD 13 TA' MARZU 2022 • illum 'Hemm nies ġenwini li huma mweġġa' ħadd li vvota PL u issa se jivvota YENDRICK CIOFFI Ħmistax qabel l-Elezzjoni Ġenerali, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Miegħu tkellmet dwar dak li għadda minnu l-Partit Laburista fl-aħħar ħames snin, l-istejjer, l-allegazzjonijiet, Joseph Muscat, il-proposti u anke dwar il-futur tiegħu fil-politika. Bdejna nitkellmu dwar il- manifest elettorali li l-PL ippreżenta ġimgħa biss qabel tibda l-votazzjoni bikrija. Għaliex dam daqshekk? Issejħet l-elezzjoni qabel iż-żmien u l-PL ma kienx ippreparat? Stenna biex jara x'se jkunu l-proposti tal- PN? Fearne beda jisħaq li l-kampanja elettorali hija twila ħames ġimgħat u l-PL għandu programm ta' kif se joħroġ il-proposti ġimgħa wara l-oħra, sal-aħħar ġurnata tal-kampanja, inkluż meta kellu joħroġ il-manifest. Fl-ewwel ġimgħa, fakkar id-Deputat Mexxej Laburista, il-PL ħareġ proposti b'saħħithom favur l-ambjent. "Fil-ħames snin li ġejjin, l-ambjent se jkun wieħed mill- prijoritajiet ewlenija bħalma ridna li f 'dawn il-ħames snin, l-infrastruttura, speċjalment dik tat-toroq nagħtuha spinta," saħaq Fearne. Iżda l-ILLUM twaqqfu u tistaqsih għaliex l-ambjent sar issa prijorità u ma kienx minn dejjem. "Qatt fl-istorja ta' Malta ma kien hemm wiegħda ta' investiment daqshekk qawwi fl-ambjent," wieġeb Fearne. "Aħna se nitfgħu €700 miljun fuq l-ambjent." Saħaq kif minkejja li l-PN qabad u ħareġ il-proposti kollha f 'salt, meta jdur id-djar, anke ta' Nazzjonalisti, it huma dawk li jsemmulu l-proposti tal-PN. Fi kliemu, il- mod kif ikkomunika l-proposti l-PN ma kienx tajjeb, imma apparti minn hekk, kompla Fearne, il- pubbliku "mhux jieħu bis-serjetà" lill-PN għax ma għandux fiduċja li jwettaqhom. "Aħna qed noħorġu proposti studjati. Nafu kemm se jiswew u minn fejn ġejjin il-flus. Il-PN qed jgħid li se jgħidilna fl-aħħar tal-kampanja. Mela hu ma kienx ippreparat. Taħdem bil-maqlub. L-ewwel tara x'baġit għandek u kull miżura kemm se tiswa u mbagħad tiddeċiedi," insista d-Deputat Prim Ministru. "Aħna mhux inwiegħdu aktar minn dak li jista' jaffordja l-pajjiż. Aħna nafu li nistgħu nwettquhom. Hija kwistjoni ta' kredibbilità." 'Il-proposti tal-PN huma pie-in- the-sky' Kien hawn li saħaq li l-poplu se jiddeċiedi mhux biss fuq il- manifesti x'qed jgħidu imma anke fuq min kapaċi jwettaq dak li jkun qiegħed iwiegħed. "Il-proposti tal-PN huma pie-in- the-sky. Dak li qed ngħidu aħna huwa studjat u n-nies jafu li se nagħmluh għax għandna track- record. Ara kull manifest u kull baġit. Dak li wiegħdna wettaqnih minkejja li għaddejna minn waħda mill-akbar kriżijiet li għaddiet minnhom id-dinja," saħaq Fearne. 'Ħafna mid-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern, jiena kont parti minnhom' Ħarisna lejn l-aħħar ħames snin. Ma kinux faċli għall-PL. Ħarġu stejjer u allegazzjonijiet serji. L-ILLUM tfakkar lil Fearne li la ħareġ għall-kariga ta' Mexxej Laburista, sinjal li ried ibiddel l-affarijiet. Tistaqsih jekk hux kuntent bid-deċiżjonijiet kollha li ħa l-Prim Ministru u jekk setax ikun aktar b'saħħtu quddiem allegazzjonijiet serji li affaċċjaw membri tal-Gvern, inkluż Rosianne Cutajar u anke Justyne Caruana. Ma kellhomx jitilqu minnufih? Fearne saħaq li fl-aħħar ħames snin, iż-żewġ partiti għaddew minn elezzjoni għall-Mexxej / Kap. Il-PN saħansitra darbtejn. Il-Ministru Fearne fakkar li d-differenza hi fl- effett li dan kellu fuq il-partiti. "L-għada li għaddiet l-elezzjoni għall-Mexxej Laburista, jiena baxxejt rasi u bqajt naħdem bħala Ministru u Deputat Prim Ministru u bqajt nagħti s-sehem tiegħi fil- Gvern u l-Partit. F'dawn is-sentejn urejna kemm jiena u kemm il-Prim Ministru kapaċi naħdmu flimkien," saħaq Fearne. "Il-PN għadhom sal- lum għaddejja bil-ġlied intern. Jekk il-PN ikun fil-Gvern, dan il-ġlied intern se jirrifletti fuq kif imexxu pajjiż." L-ILLUM tfakkru li l-mistoqsija kienet jekk jaqbilx ma' kull deċiżjoni li ħa Abela u jekk kienx hemm affarijiet li setgħu saru aħjar. "Dejjem nistgħu nagħmlu aħjar," wieġeb Fearne. "Jiena bħala Deputat Prim Ministru, kont parti minn dak li sar fl-aħħar sentejn. Ħafna mid- deċiżjonijiet li ħa l-Gvern, jiena kont parti minnhom. Ikun hemm mumenti fejn niddiskutu imma fil- maġġoranza tad-deċiżjonijiet mhux talli naqbel magħhom talli kont parti minnhom." 'Hemm nies ġenwini li huma mweġġa'...' Fl-aħħar jiem il-Prim Ministru ammetta li l-PL għamel żbalji u jista' jkun hemm Laburisti mweġġa'. L-ILLUM tistaqsi lill-Ministru Fearne jekk jiltaqax ma' Laburisti bħal dawn, meta jkun qed iżur id- djar u jekk hemmx Laburisti li ma jridux jivvutaw u għaliex. Id-Deputat Mexxej Laburista kkonferma li hemm "nies ġenwini" li huwa mweġġa' b'dak li ġara fil- Partit Laburista, oħrajn b'dak li ġara bis-sitwazzjoni tal-pajjiż u oħrajn għax ħassew li kellhom dritt li ma ħadux. "Ikun hemm min jgħidli dawn l-affarijiet imma dawn jaraw is- soluzzjoni fil-Partit Laburista. Jiġifieri ironikament, l-alternattiva tal-Partit Laburista huwa l-Partit Laburista stess. In-nies ma jgħidulix li vvotaw lill-Partit Laburista u issa se jivvotaw PN. Onestament ħadd," insista. Ikkonferma li kien hemm min qallu li qed jaħsibha jekk imurx jivvota, imma fi kliemu, wara li li jiddiskuti, jgħidulu li se jivvotaw għax jimu li l-Partit Laburista "għandu s-soluzzjonijiet." Fi kliemu, dan ipoġġi responsabbilità kbira fuq il-Partit Laburista. "Aħna se nqumu għall- okkażjoni biex inkunu aħjar milli konna fl-aħħar disa' snin," insista Chris Fearne. 'Joseph Muscat jibqa' parti integrali mill-istorja tal-Partit Laburista' Mad-Deputat Prim Ministru ma stajnix ma nitkellmux ma' Joseph Muscat li minkejja l-allegazzjonijiet li hemm dwaru u l-mod kif spiċċa minn Prim Ministru, qed jidher jikkampanja ma' kandidati Laburisti. L-ILLUM tistaqsi lil Fearne jekk jaqbilx ma' dan u jekk jaħsibx li Muscat qed jipprova jhedded lil Robert Abela jew lill-PL. Fearne saħaq li Joseph Muscat huwa parti integrali mill-istorja tal- Partit Laburista. "Jekk tistaqsi lill-membri, biex isemmu nies importanti fil-PL, se jsemmulek lil Mintoff u ċertament lil Joseph. Fi żmien Muscat, il-PL għamel qabżiet kbar 'il quddiem. Kien hemm żminijiet fejn il-Partit Laburista kien kważi impossibbli li jkun elett," saħaq Chris Fearne. Insista li hu segwa dak li qal meta kien ma' kandidati u fil-pubbliku u enfasizza l-fatt li Muscat dejjem qal biex kulħadd jagħti appoġġ lill-kandidati Laburisti, lill-Partit Laburista u lill-Prim Ministru Robert Abela. "Dak li qed jgħin il-PN, li Muscat qed jipprova jagħmel kampanja kontra Robert Abela, hija spin," kompla Fearne. "Is-sehem ta' Muscat f 'din il-kampanja kien pożittiv biex jagħti appoġġ lil Robert Abela." Każ Carmen Ciantar: Għaliex ma telaqx kif telqet Justyne Caruana? Justyne Caruana kellha tirriżenja minn Ministru meta sar magħruf li tat kuntratt ta' €15,000 lis-sieħeb tagħha. Fearne kien akkużat li ta' imjieg, b'salarju ta' €163,000 lill-kanvasser tiegħu Carmen Ciantar. Ħarġu wkoll stejjer dwar "promozzjoni" mogħtija lill-iben il-Ministru, għal impjieg b'salarju ta' €40,000 minkejja li gradwa fl-2017. L-ILLUM tistaqsi lill-Ministru x'differenza hemm bejn il-każ tiegħu u dak ta' Caruana? Il-Ministru saħaq li Carmen Ciantar hija Kap Eżekuttiv tal- Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u tieħu salarju u mhux titħallas għall- konsultazzjoni. Insista li l-paga tagħha hija simili għal dik ta' CEOs oħra f 'entitajiet ta' Gvern. "Mario de Marco, meta kien Ministru għat-Turiżmu, kien poġġa Kap Eżekuttiv tal-Air Malta li kien jieħu paga ta' €440,000 fis-sena," insista Fearne. "Il-mod kif inħatret Carmen Ciantar ma hu xejn differenti mill-mod kif jinħatru CEOs oħra." Fakkar li l-Awditur Ġenerali ssuġġerixxa li meta jkun hemm rwoli eżekuttivi, persons-of-trust jitpoġġew biss jekk il-pożizzjoni tibqa' libera wara sejħa pubblika. Saħaq li l-ehim hu li meta jispiċċa l-kuntratt ta' dawn is-CEOs, ikun hemm l-ewwel sejħa pubblika. "Jiddispjaċini li żżeffnu fin- nofs tfal, inkluż it-tifel tiegħi, li laħqu bil-ħila tagħhom. Ibni huwa ggradwat, għandu l-masters u qed jagħmel PHD. Dawn waslu fejn waslu bil-ħila tagħhom imma għax kumbinazzjoni jiġu minn xi ħadd pubbliku, il-PN qed jattakkahom. Din hija politika ta' għira għal min jagħmel suċċess," saħaq Fearne. Huwa d-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament. Mill-elezzjoni ġenerali, għal Joseph Muscat, l-allegazzjonijiet, l-ewtanasja u r-restrizzjonijiet. Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Ministru Chris Fearne Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 March 2022