Illum previous editions

ILLUM 22 May 22022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 illum • IL-ĦADD 15 TA' APRIL 2022 Daqqa t'għajn lejn il- Fond Malti tal-Ktieb 2022 MATTHEW BORG Għal dil-ġimgħa l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed juża dan l-ispazju sabiex jinforma lill-pubbliku dwar il-Fond Malti tal-Ktieb - opportunità li l-pubblikaturi, l-awturi, it-tradutturi u l-imsieħba fl- industrija tal-pubblikazzjoni m'għandhomx iħalluha tgħaddi mingħajr ma jagħtuha daqqa t'għajn. Sentejn ilu l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) kien wessa' l-Fond Malti tal-Ktieb bl- introduzzjoni ta' fergħat ġodda b'għajnuna finanzjarja għal proġetti ta' traduzzjoni. Dakinhar, waqt pandemija fl-aqwa tagħha, il-KNK kien irrikonoxxa li ċ-ċokon tas-suq lokali tal- pubblikazzjoni jaffettwa sewwa l-kapital disponibbli għand pubblikatur, awtur jew traduttur sabiex dawn iwettqu l-proġetti tagħhom professjonalment, speċjalment fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, il-marketing u t-traduzzjoni. Mexxi sentejn, u l-Fond reġa' kiber u kompla jilqa' aktar tipi ta' applikazzjonijiet li jindirizzaw garżelli oħra f 'das- settur, kemm lokalment u anki internazzjonalment. B'valur totali ta' €120,000, Il-Fond minn dis- sena żdidulu żewġ fergħat oħra - waħda għat-traduzzjoni ta' silta minn ktieb bħala pitch u oħra għall-edizzjonijiet ġodda ta' kotba mhux fl-istampa. Tal-ewwel tingħaqad maż-żewġ fergħat l-oħra biex flimkien jiffurmaw l-Għotjiet għat-Traduzzjoni, jiġifieri t-traduzzjoni ta' kotba Maltin bil-Malti jew bl-Ingliż fi kwalunkwe lingwa oħra u t-traduzzjoni ta' kotba barranin fil-Malti. Tat-tieni tiżdied mal- Għotjiet għall-Pubblikazzjoni, li sa issa kienu jindirizzaw il- pubblikazzjoni ta' kotba ġodda biss. Kriterji ewlenin fl- aġġudikazzjoni tal- applikazzjonijiet jibqgħu dejjem il-kwalità tal-proġett propost u postu fis-suq immirat lejh, sija jekk qed nitkellmu fuq is-suq lokali u sija jekk għas-suq barrani. Hemm imbagħad il-kriterju tat-tip ta' valur li proġett ikun jipprometti li jġib miegħu - valur kulturali, edukattiv u intellettwali. Il-fondi jmorru għand applikanti li fil-karti li jippreżentaw fl- applikazzjoni juru bażi b'saħħitha msejsa fuq dawn il-kriterji, fost oħrajn li wieħed jista' jsib imniżżlin fir-regolamenti ta' kull għotja. Huwa importanti li l-applikanti prospettivi jaqraw bir-reqqa dawn ir-regolamenti sabiex, l-ewwel u qabel kollox, isaħħu ċ-ċans tagħhom għall- fondi, u t-tieni sabiex jagħmlu l-ħajja eħfef għall-aġġudikanti. L-applikazzjoni għall-Fond Malti tal-Ktieb naraha qisha sejjer intervista għal xogħol - jekk il- preżentazzjoni tkun kif mitluba u l-ħila tkun hemm it-triq tkun imwittija. L-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta 'Kotba Ġodda għandhom is- somma totali annwali ta' €50,000, u jwieżnu applikazzjonijiet għall- pubblikazzjoni ta 'xogħlijiet oriġinali ta 'finzjoni, fosthom rumanzi, poeżija, drammi, bijografiji, letteratura mhux fittizja, u rumanzi grafiċi, kif ukoll kotba akkademiċi li jinkludu monografi, ġabriet editjati, u edizzjonijiet kritiċi. L-Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta 'Edizzjonijiet Ġodda ta 'Kotba mhux fl-Istampa għandhom allokazzjoni ta '€10,000 fis- sena, u qegħdin hemm biex iwieżnu l-pubblikazzjoni ta 'kotba tal-Melitensia fis-suq lokali. Dil-fergħa tal-Fond timmira li tnaqqas jew telimina d-defiċit li jeżisti bejn il- ħtieġa li l-klassiċi tal-kanonu letterarju Malti jinqraw u n-nuqqas tagħhom mill-ixkafef tal-ħwienet tal-kotba f 'Malta. Kull applikazzjoni fi ħdan dawn l-għotjiet tista' tingħata fondi li jkopru l-ispejjeż kollha tal- pubblikazzjoni, sa massmimu ta' €5,000 kull waħda. Għall-Għotjiet għat-Traduzz- joni hemm allokata s-somma totali annwali ta '€55,000 – €40,000 għal applikazzjonijiet għat-traduzzjoni ta 'kotba Mal- tin f 'kull ilsien ieħor bil-għan li tiżdied il-viżibbiltà internaz- zjonali tal-kitba kreattiva u ak- kademika Maltija, u €15,000 għal applikazzjonijiet għal tra- duzzjonijiet ta 'kotba f 'kull il- sien għal dak Malti, bl-għan li jitwieżnu t-tradutturi Maltin li jridu jagħtu aċċess lill-pubbli- ku biex jaqra bil-Malti xogħli- jiet letterarji internazzjonali. Kull applikazzjoni fi ħdan dawn l-għotjiet tista 'tingħata fondi li Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb analiżi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 22022