Illum previous editions

ILLUM 22 May 22022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo opinjoni illum • IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 Lil hinn mill-karozzi tal-elettriku I l-Ministru Miriam Dalli għandha biċċa raġun meta tgħid li huma l-karozzi li jaħdmu biss bl-elettriku li għandhom ikunu soġġetti għal sussidji. Hi qalet dan meta kienet mistoqsija dwar sussidji għal karozzi hybrid, jiġifieri karozzi li jaħdmu kemm bl-elet- triku kif ukoll bil-petrol jew bid-diesel. L-enfasi li għamlet il-Ministru li huma biss il-karoz- zi li ma jipproduċux emissjoniji- et li għandhom ikunu sussidjati hi waħda tajba. Imma fir-realtà, il-karozzi li jaħdmu bl-elettriku mhux bilfors li huma karozzi ta' bla emissjonijiet. Jekk dan hux minnu jiddependi mis-sors tal-elettriku li jkun qed jintuża. Meta l-enerġija elettrika li tintuża tkun waħda li għandha l-oriġini tagħha minn sors rinovabbli, hemmhekk nistgħu ngħidu li l-karozza tal-elettriku ma tikkawżax emissjonijiet. Mill-bqija dan ma jkunx minnu. Hemm konsiderazzjonijiet oħra importanti li għandhom isiru. Il-politika dwar transport li jnaqqas l-impatti ambjentali għandha tkun ferm iktar wiesgħa minn sussidji għall-karozzi elettriċi (bla emissjonijiet). Hi biss madwar 10 fil-mija tal-enerġija elettrika li nużaw fil- Gżejjer Maltin li hi enerġija ġejja minn sorsi rinovabbli. Id-90 fil-mija l-oħra tiġi ġġenerata fl-impjant tal-elettriku ta' Delimara li jaħdem bil-gass, inkella tiġi minn Sqallija permezz tal-interconnector. Hemm il-ħsieb li jkollna t-tieni interconnector biex dan ikun jista' jagħmel tajjeb għaż-żieda sostanzjali għad-domanda fl-elettriku li hi mistennija bħala riżultat tal-proċess tal-elettrifikazzjoni tal-karozzi. Imma dan sostenibbli? Din hi konsiderazzjoni li l-Gvern mhux jagħtiha l-importanza mistħoqqha. Malta ser tkun dejjem iktar dipendenti fuq l-interconnectors ma' Sqallija għall-ħtiġijiet tagħha ta' enerġija elettrika. Meta dawn l-interconnectors ma jaħdmux, inkella jkunu bil-ħsara għal iktar minn ftit sigħat se nispiċċaw kollha bla karozza għax ma jkunx hemm elettriku biex jissuplixxi l-enerġija meħtieġa. Din mhijiex xi ħaġa diffiċli biex tiġri. Ġrat kemm-il darba meta l-interconnector ma ħadimx. Ftakru it kemm domna bla interconnector meta dan tqaċċat wara li nqabad minn ankra ta' tanker waqt maltempata. Flimkien mal-pjan biex issir il-bidla għall-karozzi bl-elettriku jeħtieġ li tkun indirizzat id- dipendenza tagħna fuq il- karozzi. Dan jista' jsir b'diversi modi. Inizjattiva li diġà qed isseħħ hi li jkun inkoraġġit użu iktar mifrux tat-trasport pubbliku. L-inizjattiva li minn Ottubru li ġej it-trasport pubbliku jkun bla ħlas tista' tkun ta' għajnuna kbira jekk titjieb l-effiċjenza tiegħu. Kemm-il darba tista' tkun assigurata r-regolarità fis-servizz u li dan iżomm mal-ħin ippjanat, it-trasport pubbliku jista' jagħti kontribut sostanzjali biex tkun indirizzat id-dipendenza tagħna fuq il- karozzi privati. Irridu nifhmu li din id- dipendenza żviluppat bħala riżultat ta' transport pubbliku mitluq li kellna għal ħafna snin. Bħala riżultat ta' dan, mhux faċli li wieħed jafda t-trasport pubbliku. Qisu għad irid jagħti prova tiegħu innifsu, avolja kien hemm titjib sostanzjali fil-mod kif jopera. Skemi ta' car-sharing, jiġifieri li l-karozzi jintużaw minn diversi persuni huma ta' għajnuna biex jonqsu l-karozzi mit-toroq. Bħalissa f 'Malta hawn kumpanija waħda li qed toffri dan is-servizz b'450 karozza li tista' tuża b'faċilità. Imma 450 karozza biss għal dan l-iskop huma ftit wisq. Neħtieġu inċentivi fiskali inkluż sussidji għal min jagħżel din it-triq flok ma jżid karozza oħra fit-toroq tagħna. Irridu nżommu quddiem għajnejna li fil-parti l-kbira tal- każi, f 'Malta, nivvjaġġaw għal distanzi qosra. Inqas karozzi fit-toroq tagħna jfisser il-possibilità ta' iktar sigurtà fit-toroq tagħna u allura l-possibilità li iktar nies li jistgħu jimxu jew jagħmlu użu mir-rota, b'mod partikolari fejn id-distanzi huma qosra. L-elettrifikazzjoni tat- toroq tagħna, waħedha, mhux biżżejjed. Hi biss waħda minn diversi għodda meħtieġa f 'politika għat- trasport biex innaqqsu l-impatti fuq il-klima, jkollna toroq iktar siguri, arja iktar nadifa u mobilità sostenibbli. L-elettrifikazzjoni tat-toroq tagħna, waħedha, mhux biżżejjed. Hi biss waħda minn diversi għodda meħtieġa f'politika għat-trasport biex innaqqsu l-impatti fuq il-klima, jkollna toroq iktar siguri, arja iktar nadifa u mobilità sostenibbli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 22022