Illum previous editions

ILLUM 22 May 22022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 Edwin Vassallo Edwin Vassallo huwa opinjonista u eks Deputat tal-PN opinjoni IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 • illum Malta pajjiż li jeħtieġ jirrispetta d-diversità P ajjiżna għandu storja sabiħa li turi kif maż-żmien issawwar bħala poplu, li għadda minn "nisġa ta' ġrajjiet storiċi u laqgħa ta' popolazz- jonijiet, lil dawn il-gżejjer eluf ta' snin li sawruhom bħala ċentru ta' vitalità u kultura, ta' spiritwalità u sbuħija, salib it-toroq li għaraf jilqa' u jġib flimkien influwenzi ġejjin minn diversi nħawi. Din id-diversità ta' influwenzi tfakkar fil-varjetà" ta' "in- fluwenzi essenzjali għall-ħajja soċjali u politika ta' dan il-Pajjiż." (Siltiet mid -diskors tal-Papa Franġisku fid-diskors tiegħu fil-Palazz tal-Gran Mastru 2 ta' April 2022) L-istorja u l-kultura tagħna bħala poplu tnissġu maż-żmien b'riżultat ta' diversi influwenzi li ġarrab pajjiżna minn kulturi differenti li ħakmuh. Hekk ukoll l-influwenzi tal-ħsieb, fil-poplu tagħna jġibu magħhom il- ġid u jistgħu wkoll iħallu warajhom it-tifrik. Aħna bħala poplu rridu nkunu intelliġenti biżżejjed biex naraw x'jaqbel għalina li nadottaw, biex inkunu nistgħu naddattaw fil- loġika, politika, soċjali, ambjentali jew morali. Malta l-ewwel Il-poplu tagħna matul l-istorja tiegħu, dejjem ta prova li kellu l-ħila li jagħżel l-imġiba tiegħu mal-ħakmiet differenti li ġew biex jaħkmuh. Din il-ħila rridu naraw li nuruha llum meta niġu biex naraw x'jaqbel għalina bħala poplu li nagħżlu x'inhu tajjeb għalina li nżommu u nagħmluh tagħna. Irridu nagħżlu x'effett nippermettu li lingwi differenti, drawwiet differenti, ħsibijiet differenti jinfluwenzaw il-lingwa, l-imġiba, il-kultura, il-ħajja soċjali u l-fidi tagħna. Bħalma jiġri f 'maltempata kbira fil-baħar, id-dgħajjes li jibqgħu fil-baħar ikunu kollha f 'riskju li jiġġarfu minħabba l-qilla tal- maltemp hekk ukoll l-identità, il-lingwa, il-politika, il-ħajja soċjali u l-fidi tagħna, kollha bħad-dgħajjes li jitħallew fil-baħar imqalleb ta' xi grigalata huma f 'riskju li jiġġarfu, jekk ma noqogħdux attenti u naraw kif nilqgħu għall-maltemp. Jista' jkun li l-maltemp tal-influwenzi jħalli warajh il-ġid bħalma jkun il-ġid li tħalli warajha x-xita li tgħin lir-raba' tagħna jagħtina l-frott tiegħu. Bħalma nistgħu nilqgħu għall- maltemp u nieħdu l-ġid minnu jew innaqqsu kemm jista' jkun l-impatt negattiv tiegħu, hekk ukoll nistgħu bħala poplu nilqgħu għall-impatt negattiv tal-influwenzi li jiġu fuqna. L-għażla f 'idejna? Kollox jiddependi minn kemm se nkunu bil-għaqal. Kollox jiddependi minn kemm nixtiequ ġid lilna nfusna u fejn irridu naslu bħala poplu. L-għaqal jitlob dixxerniment. Fejn sejrin minn hawn? X'pajjiż irridu?Min aħna? X'irridu nkunu minn hawn u għoxrin sena oħra bħala poplu? X'pajjiż irridu nħallu lil uliedna? X'futur għandhom il-valuri li ħallewlna missirijietna? X'kultura, x'fidi, x'lingwa, x'ġustizzja, x'ekonomija, x'ambjent se ngħaddu lil uliedna? Quddiem uliedna, iż-żagħżagħ tagħna li wħud minnhom tilfu kull fiduċja li f 'dan il-pajjiż għandhom opportunità li jkampaw x'se noffru bħala alternattiva? X'se jkun is-sehem tal- partiti politiċi f 'dan is-salib it-toroq għall-poplu tagħna? Għadha kemm għaddiet l-elezzjoni ġenerali. Rebaħ partit li diġà kien fil-Gvern. Il-ħajja kompliet b'kontinwazzjoni ta' dak kollu li kien. Fil-pajjiż nara l-kwiet, iżda nara daqstant ieħor il-biża' minn maltemp ekonomiku, soċjali, ambjentali u morali. Hawn inċertezza dwar il- ġejjieni qarib. Kellna għall- ewwel darba mas-70,000 votant, dawn huma nies, li urew sfiduċja fil-partiti politiċi iżda llum dawn is-70,000 persuna min jimpurtah minnhom? Il-PL u l-PN kif se jirrelataw ma' dawn li urew il-fehma tagħhom li ma jaqblux mal-politika ta' dawn il-partiti? Min se jerfa' r-responsabbiltà għal fatt li dawn il-persuni tkellmu b'dan il-mod? Il-maltemp wara l-bieb Gwerra fl-aħbarijiet bl- inċertezza kollha li ġġib magħha. Il-marda tal-Covid li għadha magħna iżda issa l-mejjet mal-mejjet u l-ħaj għal fuq l-imwejjed. Għandna prezzijiet tal-ikel jogħlew u l-għoli tal-ħajja dejjem jiżdied bil-faqar jgħolli rasu. Għandna ekonomija mhedda bil-problema tad-dejn li għamel il-Gvern, parti kbira biex iħallas kif allegat għax xiri tal-voti. Għandna negozji qed jistennew li minn mument għall- ieħor jiffaċċjaw problemi kbar ta' nuqqas ta' negozju għaliex kollox ma' kollox is-saħħa tal- flus qed tonqos. Għandna sajf sabiħ mimli festi sbieħ li kapaċi jaħbu l-ikrah kollu tal-ħajja iżda l-verità tibqa' hemm. Għandna knisja silenzjuża tibża' tgħid kelma għaliex kulħadd moħħu jibża' għan-niċċa tiegħu. Wara l-bieb tal-parlament hemm deċiżjonijiet tqal bħalma huma l-IVF, l-ewtanasja, l-abort eċċ. Fuq l-aġenda tal-PN hemm il-futur li għad irid jiġi deċiż rigward xi triq se jieħu l-PN. X'valuri se jsostni? Bħala partit x'linja politika se jieħu? Quddiem il-PL hemm deċiżjonijiet rigward x'imġiba politika se jkompli jsostni? Kemm u kif ser jiġġieled il-korruzzjoni? Jekk fl-issues morali d-deputati hux se jingħataw id-dritt li jivvutaw skont il-kuxjenza. Bħala awtoritajiet politiċi għad irridu naraw x'valur se tingħata lill-verità. Jekk hux ser jibqgħu jrażżnu d-dritt tal-espressjoni tal-fehma, tal-kelma. Jekk hux se jkollna dittatura tal-espressjoni tal-kelma u l-partiti politiċi tagħna jispiċċawx totalitari bl-iskuża li jridu jiddefendu lit-tmexxija tagħhom minn min ikollu fehma x'jaqsam. Għad irridu naraw kemm il- ġurnalisti tagħna tassew igawdu l-libertà ħielsa biex jistaqsu l-mistoqsijiet li jridu jagħmlu u jekk hux se jkollna libertà tassew biex il-ġurnalisti jingħataw l-informazzjoni li jkunu staqsew għaliha. Ta' xejn niftaħru lil fl-UE se jgħaddu liġijiet favur l-iSpapp bħal dritt mirbuħ favur il-ġurnalisti u f 'pajjiżna d-dritijiet tal-ġurnalisti għadhom ferm imrażżna. Għad irridu naraw x'se jagħmel il-Gvern biex jara kif liż-żgħażagħ tagħna nerġgħu nroddulhom il-fiduċja li tilfu f ' pajjiżna. It-triq 'il quddiem f 'pajjiżna hija biss f 'rispett ta' diversità Quddiem dawn l-isfidi kollha li għandu l-poplu tagħna, jien nemmen li l-unika triq li għandu hija biss f 'rispett ta'diversità. Ma nistgħux nibqgħu niġu mċaħħda mid-drittijiet fundamentali tal- espressjoni tal-kelma. Ma nistgħux nibqgħu nitkellmu favur l-hekk imsejjaħ liberaliżmu li l-unika aġenda tiegħu hija dittatura tal-ħsieb divers. Ma nistgħux jibqa' jkollna gvern li jgħid li jrid jaħdem favur ugwaljanza u biex jasal għal din l-ugwaljanza jispiċċa joħloq aktar diżugwaljanza. Li għandna bżonn huwa rispett lejn id-diversità awtentika. Rispett lejn id- diversità b'mod ġenwin u mhux nibqgħu pajjiż b'politiċi li jgħidu mod u jagħmlu l-kuntrarju. Hija fid-diversità tal- influwenzi li ħakmuna, li pajjiżna kiber għal dak li huwa illum. Jekk issa minflok rispett lejn id-diversità se nagħżlu t-triq ta' totalitariżmu nkunu qed nagħżlu t-triq ta' dittatura tal-ħsieb, tal- espressjoni hekk imsejħa ħielsa. Quddiem din it-triq, pajjiżna bħala poplu jkun jeħtieġ biss li jkun u jħid "le" għall- oppressjoni, "Iva" għal-libertà . L-isfida tkompli. Ejjew ma nibżgħux niddefendu l-verità.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 22022