Illum previous editions

ILLUM 22 May 22022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 aħbarijiet 'Dan il-ġenn għandu jitwaqqaf immedjatament!' L-ADPD tappella għall-waqfien tal-proġett tal-bypass tal-Imrieħel Delegazzjoni mill-Parlament Ewropew lura Malta biex tevalwa l-progress fis-saltna tad-dritt "Il-proġett tal-flyover konness mal-bypass tal-Imrieħel huwa xhieda oħra ta' kemm il-politika tat-trasport saret skjava tal- karozzi," hekk qal iċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo flimkien ma' Sandra Gauci, Deptutat Segretarju Ġenerali tal- Partit waqt konferenza stampa. Huwa żied jgħid li d-dipendenza fuq il-karozzi privati hi rifless tal-fatt li tul is-snin, "Gvern wara l-ieħor ma rnexxilux b'mod prattiku jieħu miżuri favur il- mobilità sostenibbli." "Il-Ministru l-ġdid tat-toroq, it ġimgħat ilu kien Ministru tal-Ambjent. Jidher li nesa dak li seta' tgħallem meta kien f 'dik ir- responsabbiltà," qalu Cacopardo u Gauci. Dan filwaqt li ssuġġerewlu biex jaqra l-istrateġija nazzjonali dwar it-trasport li "tgħidlu bl- iswed fuq l-abjad li f 'dawn il- gżejjer 50% tal-vjaġġi bil-karozzi privati nagħmluhom għal distanzi qosra. X'ċertifikat ikbar jonqos li l-politika dwar it-trasport fil-pajjiż tul is-snin falliet?" ADPD kompliet tgħid li b'dan il-proġett tal-Imrieħel, "se jeqred wieħed mill-aħħar pulmuni ħodor ta' Ħal Qormi u jwassal għal qerda ta' 20 tomna ta' art agrikola. Barra minn hekk, sejjer jeqred ġibjun kbir tal-ħażna tal-ilma kif ukoll li jinqalgħu minn posthom numru ta' siġar protetti taż-żebbuġ u tar- rummien li xi uħud minnhom ilhom hawn għal mijiet ta' snin." Gauci qalet li l-qerda "kontinwa" ta' art agrikola hija theddida għall- għajxien tal-bdiewa u l-familji tagħhom. "edded il-provvista' ta' ikel lokali u l-it spazji miuħa li baqa'. Tipperikola ukoll fondi Ewropej immirati għall- agrikoltura u li huma dipendenti fuq strateġija ċara favur dan is- settur," spjegat Gauci. Jgħidu li għalkemm il-Partit Laburista wiegħed nefqa ta' €700m għat-tħaddir taż-żoni urbani madwar Malta, "ma jagħmilx sens li fl-istess waqt l-ispazji ħodor li għad fadlilna jkomplu jitnaqqru bi żvilupp ta' kostruzzjoni u twessiegħ ta' toroq." Cacopardo u Gauci jgħidu li dan il-proġett ma huwa xejn ħlief proġett ieħor ta' twessiegħ tat- toroq li "mhu se jwassalna imkien għax it-trafiku li suppost se jkun jista' jgħaddi minn hawn b'mod aktar faċli se jeħel fil-roundabout ta' Ħal Qormi. Dan il-ġenn għandu jitwaqqaf immedjatament." Carmel Cacopardo qal li l-għażla politika konnessa ma dan il-proġett hi jekk għandniex nagħmlu sagrifiċċju favur il- karozzi inkella sagrifiċċju favur il- biedja. Huwa temm jgħid li l-fieri favur il-biedja, waħedhom mhux biżżejjed u "jeħtieġ li l-biedja tkun imħarsa bis-serjetà." 'It-triq tal-Imrieħel trid issir bilfors' Intant din il-ġimgħa f 'risposta għal mistoqsija parlamentari minn Jerome Caruana Cilia, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia kkonferma li l-proġett infrastrutturali matul il-bypass tal-Imrieħel se jkun qed isir żgur. Dan għaliex il-proġett innifsu hu mnizzel bħala t-tmien l-aktar proġett importanti li Malta teħtieġ twettaq fix-xibka tat-toroq ewlenin li jiffurmaw parti min-network Ewropea, magħrufa bħala TEN-T (Trans-European Transport Network), hekk kif stipulat fil-liġi Ewropea. Għaldaqstant, il-Ministru ċċara li dan il-proġett għadu fi stadju ta' ppjanar u konsultazzjoni u ebda deċiżjoni finali għadha ma ttieħdet dwaru. Hawn Farrugia kien qed jirreferi għaż-żewġ għażliet li s'issa l-midja hi nfurmata bihom: Il-flyover oriġinali proposta mill- eks Ministru tal-infrastruttura Ian Borg jew inkella il-mina proposta mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi li minnu kien jagħmel parti Jerome Caruana Cilia sa' it xhur ilu sakemm ġie elett bħala deputat. Il-pjanijiet proposti mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi, taħt il-gwida tas-Sindku Josef Masini Vento, ikkummissjonati mill-Kunsill stess u ddisinjati mid-ditta tal- arkitettura DAAA Haus kienu jinkludu mina b'erba' karreġġjati minflok il-flyover propost minn Infrastructure Malta. Minn nhar it-Tnejn sal-Erbgħa tal- ġimgħa d-dieħla sitt MEPs mill- Kumitat tal-Parlament Ewropew tal- Libertajiet Ċivili se jkunu qed jiġu Malta biex jevalwaw il-progress fl- investigazzjonijiet, riformi u anke l-proċessi ġudizzjarji marbuta mal- assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Din iż-żjara tiġi sentejn u nofs wara l-aħħar waħda u li saret sabiex tara Malta x'qed tagħmel u x'riformi qed twettaq għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u sabiex ikun protett il-ġurnaliżmu, filwaqt li ssir ġustizzja ma' Caruana Galizia, li nqatlet f 'karozza bomba nhar is-16 ta' Ottubru 2017. L-MEPs se jkunu qed jaraw xi progress sar fir-riforma ġudizzjarja, sigurtà tal- ġurnalisti, miżuri kontra l-korruzzjoni u l-iskema ta' ċittadinanza. Id-delegazzjoni se tkun tinkludi lil Sophie In'T' Veld li fil-fatt se tmexxi d-delegazzjoni u li diġà kienet ġiet f 'delegazzjonijiet passati. Ġejjin ukoll Vladimir Bilcik mill-Partit Popolari Ewropew, Franco Roberti mill-Alleanza Progressiva għas-Soċjalisti u Demokratiċi, Gwendoline Delbos-Corfield mill-Partit tal-Ħodor, Nicolaus Fest mill-ID u Konstantinos Arvanitis mill-partit Ix- Xellug. Dawn se jiltaqgħu mal-President tar-Republika, il-Prim Ministru u l-Kabinett, il-Prim Imħallef, l-Ispeaker Anġlu Farrugia u l-Avukat Ġenerali, fost oħrajn. Se jkollhom laqgħat ukoll ma' għaqdiet mhux governattivi, ġurnalisti, rappreżentati tad-Daphne Project u anke l-famija Caruana Galizia. ADPD tisħaq li l-proġett tal- Imrieħel se jeqred 'wieħed mill-aħħar pulmuni ħodor ta' Ħal-Qormi' u li l-qerda ta' art agrikola hija theddida għall- għejxien tal-bdiewa u l-familji tagħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 22022