Illum previous editions

ILLUM 22 May 22022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 • illum SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET Jekk tixtieq li sservi u tirrappreżenta lil Malta madwar id-dinja, hemm karriera ta' sodisfazzjon personali li qiegħda tistenniek. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ qed jilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Second Secretary. Din il-pożizzjoni tippermettilek li tingħaqad mas-servizz diplomatiku Malti, għal karriera li tipprovdilek l-opportunità li sservi f'waħda mill-Missjonijiet Diplomatiċi li għandha Malta madwar id-dinja. Jekk inti interessat/a fil-ġrajjiet kurrenti u tixtieq tagħmel differenza, titlifx din l-opportunità. L-applikazzjonijiet ser ikunu milqugħa sal-Ġimgħa, 27 ta' Mejju 2022 (17:15 CET). Għal aktar informazzjoni ġentilment idħol fuq is-sit: https://foreign.gov.mt Data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet Il-Ġimgħa 27 ta' Mejju 2022 sal-17:15 CET www.foreign.gov.mt GVERN TA' MALTA MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U LKUMMERĊ ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Meta wieħed jagħti ħarsa lejn il-kontijiet finanzjarji tal-PN u t-€32 miljun dejn li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech stess qal li għandu l-partit bħalissa, ikun ifisser li f 'sentejn biss il-PN għamel it iktar minn €8 miljuni f 'dejn. Dan hekk kif ħarsa lejn l-istess ċifri maħruġin mill-PN stess juru illi fl-2019, il-partit dak iż-żmien immexxi minn Adrian Delia, kien għamel defiċit ta' €607,279, kellu €9.8 miljun fi djun u pagamenti dovuti - li jinkludu wkoll dejn mal-Gvern f 'termini ta' VAT, bolla u anke kontijiet tad-dawl u l-ilma. Dan filwaqt illi fl-istess sena l-Medialink għamlet telf ta' kważi miljun - jew €919,965 u kellha telf u dejn akkumulat ta' €14.3 miljuni. Dan ifisser illi d-dejn tal-PN fl- 2019 kien ta' €24.1 miljun, viċin ħafna fil-fatt ta' kemm kien żvela mal-midja l-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo lura f 'Lulju 2020 (u allura meta kien qed iħares lejn id-djun tal-2019) meta kien qal li d-djun tal-PN huma ta' "madwar €20 miljun." Dan filwaqt li fl-istess sena l-PN għamel telf ta' €1.5 miljun, l-aktar mill-midja li jmexxi. Fl-2017 il-PN kien għamel defiċit ħafna ikbar - €984,191 - filwaqt li t-telf annwali ta' Medialink kien astronomiku, hekk kif kien ġie viċin iż-€2 miljuni, jew €1,976,492. Id-dejn totali wkoll kien ta' it aktar minn €22 miljun. Fl-2018 - l-ewwel sena sħiħa tat- tmexxija ta' Delia - it-telf u d-defiċit naqsu, b'dan tal-aħħar jinżel għal €705,985 u t-telf tal-Medialink jinżel għal €1.177 miljun. Id-dejn tal-PN matul din is-sena kien ta' €23.1 miljun, żieda ta' madwar miljun mis-sena ta' qabel. Dan ifisser li jekk wieħed jieħu nota ta' kif żdied id-dejn f 'dawn is-snin isib li kien hemm żieda ta' madwar €1 miljun fis-sena, sitwazzjoni iżda li jidher illi marret il-baħar wara l-2019, hekk kif minn €24.1 miljun id-dejn tal-PN żdied għal €32 miljun, fi kliem Bernard Grech stess. Sorsi fi ħdan il-PN li tkellmu mal-ILLUM semmew il-kampanja elettorali, għalkemm qalu wkoll li din kienet spiża ippjanata u li l-PN nefaq madwar €3 miljuni. Huma sostnew mal-ILLUM illi mhux biżżejjed li Grech isemmi ċifra u li issa, wara li ġew ippubblikati dawn iċ-ċifri, li juru kif id-dejn tal- PN sploda b'medja ta' madwar €4 miljun fis-sena, huwa importanti li jgħid x'ġara f 'dawn is-sentejn. "Qabel il-Kunsilliera jmorru jivvotaw nhar is-Sibt, tajjeb li Grech jagħti rendikont ta' għaliex żdied daqstant id-dejn. Forsi pagi ta' eluf kbar lil nies bħal Bezzina u Peregin u oħrajn li ddaħħlu u ma ssemmewx? Forsi infieq żejjed fuq il-midja soċjali? Ma nafx," sostna dan is-sors fi ħdan il-PN. Huwa kompla jgħid lil din il-gazzetta wkoll li jkun tajjeb jekk il-Kap tal-PN Bernard Grech jiżvela minn issa x'passi jixtieq jieħu biex jirratifika din is-sitwazzjoni finanzjarja ħażina tal-istess partit. Sa issa fil-fatt Grech indika biss li jaf ikun hemm deċiżjonijiet diffiċli x'jittieħdu u indika wkoll bejgħ ta' aktar każini, proċess li kien diġà beda u li ra lill-PN ibigħ każini bħal dak f 'San Ġiljan, Bormla u Birżebbuġa. L-istess ċifri (ara t-tabella) juru illi l-assi tal-PN - li naturalment jinkludu fihom il-binja kbira li minnha jopera l-partit u Medialink (Dar Ċentrali) kienu ta' €17.6 miljuni fl-2019, żieda ta' miljun mill-2018. Il-kontijiet tal-Partit Nazzjonalista ppublikati mill- Kummisjoni Elettorali jmorru lura sal-2015. Dawn jindikaw li bejn l-2015 u l-2017 d-djun u pagamenti dovuti mill-Partit Nazzjonalista kienu żdiedu minn €7.5 miljun għal €9.9 miljun, jew bi kważi żewġ miljun u nofs ewro fuq medda ta' sentejn. It-telf akkumulat mill-Medialink kien tela fl-istess perjodu b'madwar €3.8 miljun. B'hekk f 'sentejn taħt it-tmexxija ta' Simon Busuttil il-Partit u l-Medialink kienu marru minn taħt b'€6.3 miljun. Dan kollu jrid jitqies fid-dawl tal-iskema taċ-Cedoli. Lura fl-2016 il-PN kien fetaħ skema, li kienet ikkritikata minn bosta, illi permezz tagħha persuni jinvestu fil-PN u wara 10 snin jieħdu lura l-kapital bl-interessi. Biss, biss sal-2017 kien irrappurtat illi minn din l-iskema kienu diġa' ġew investiti €3.5 miljun, b'Robert Arrigo mbagħad fl-2020 jisħaq li f 'temp ta' it jiem kienu saru madwar 100 kuntratt taċ-Ċedoli li jlaħħqu madwar €1 miljun waħedhom. L-akbar kritika kienet dwar il-kunfidenzjalità ta' dawk illi jagħtu flus lill-PN permezz ta' din l-iskema. Dan ifisser li fl-2026 il-PN irid jibda jħallas dawn il-flus lura lil dawn l-attivisti u donaturi. Minn naħa tiegħu l-Partit Laburista għadu ma ppubblikax il-kontijiet finanzjarji, għalkemm kienet din il-gazzetta wkoll li żvelat kif il-midja tal-PL għandha dejn ta' miljuni, li mhuwiex wisq 'il bogħod mill-€10 miljuni. Iċ-Chairman tal-One Productions ma kienx ċaħad l-eżistenza tad-dejn għalkemm sostna illi l-kumpanija fi qbil ta' ħlas lura mad-dipartimenti u entitajiet kollha tal-Gvern li għalihom huma dovuti dawn il-flus. 2017 2018 2019 Defiċit tal-PN €984,191 €705,985 €607,279 Assi tal-PN €17,514,932 €16,592,652 €17,632,268 Djun u pagamenti dovuti mill-PN €9,922,492 €9,706,197 €9,818,556 Medialink €1,976,492 €1,177,280 €919,965 Telf / Dejn akkumulat tal-Medialink €12,223,073 €13,400,353 €14,320,318 Id-dejn tal-PN jisplodi f'sentejn... talbiet għal spjega u trasparenza dwar x'miżuri se jittieħdu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 22022