Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437
05 illum • IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 aħbarijiet Lill-Marixxall tal-Qrati B'digriet mogħti minn din il-Qorti fis-27 ta' Lulju, 2021, fuq talba ta' 1999 Limited ġie ordnat biex jintgħażlu kuraturi deputati sabiex jirrappreżentaw lid-directus dominius mhux magħruf jew l-aventi kawża tiegħu tal-enfitewsi perpetwa fl- atti taċ-ċedoli numru 1375/2021 u 1380/2021 fl-ismijiet 1999 Limited vs Kuraturi Deputati u fl-atti l-oħra relattivi u sussegwenti. Permezz ta' ċedola ta' depożitu numru 1375/2021 ta' 1999 Limited (C24012) vs Kuraturi Deputati sabiex jirrappreżentaw lid- directus dominus mhux magħruf jew l-aventi kawża tiegħu tal-enfitewsi perpetwa konsistenti fil-post kummerċjali fuq żewġ livelli sitwat fil-pjan terran u pjan terran elevat, formanti parti minn blokk ta' appartamenti esternament mhux numerati u mingħajr isem f 'Tower Road, Tas-Sliema, u ħames (5) garage spaces li jinsabu kollha f 'livel minus 3 (-3) inuffiċjalment immarkati numru għoxrin (20), wieħed u għoxrin (21), sebgħa u għoxrin (27), tmienja u għoxrin (28), u disgħa u għoxrin (29) formanti parti mill-kumpless tal-garaxxijiet sottopost tal-blokk ta' appartamenti, deskritti aħjar hawn taħt, ippreżentata fil-Prim'Awla tal-Qorti fit-22 ta' Lulju, 2021, fejn 1999 Limited (C24012) esponiet bir-rispett: Illi permezz ta' kuntratt datat 21 ta' Marzu, 2007, fl-atti tan-Nutar Dr Pierre Cassar is-soċjetà 228/229 Limited binnumru ta' reġistrazzjoni C23712, illum imħassra mill-Malta Business Registry, biegħet u ttrasferiet lis-soċjetà 1999 Limited: i) Il-post kummerċjali fuq żewġ livelli sitwat fil-pjan terran u pjan terran elevat, formanti parti minn blokka ta' appartamenti esternament mhux numerati u mingħajr isem, f 'Tower Road, Tas-Sliema, liema post kummerċjali jinsab fuq in-naħa tal-lemin tal-blokk meta wieħed iħares lejn ilblokk ta' appartamenti minn Tower Road, u li jikkonfina mill-Majjistral ma' Tower Road, mil- Lbiċ ma' proprjetà talfamilja Gauci Borda jew is-suċċessuri tagħhom fit-titlu, u mill- Grigal ma' proprjetà tal-kumpanija venditriċi 228/229 Limited, qabel proprejtà tal- familja Preca jew suċċessuri fittitlu, flimkien ma' ii) Ħames (5) garage spaces li jinsabu kollha f 'livell minus 3 (-3) inuffiċjalemnt immarkati numru għoxrin (20), wieħed u għoxrin (21), sebgħa u għoxrin (27), tmienja u għoxrin (28) u disgħa u għoxrin (29) u kull garage space fih il-kejl ta' ċirka għaxra punt tmienja qasab kwadri (q.k 10.8) u liema spazji tal-garaxxijiet huma formanti parti millkumpless tal-garaxxijiet sottopost tal-blokk ta' appartamenti fuq deskritt, imsejħa il-Proprjetà Illi l-post kummerċjali kif ukoll l-ispazji tal-garaxxijiet huma suġġetti għas-sehem prorata taċ-ċens annwu u perpetwu ta' erbatax-il lira Maltija, erbatax-il xelin u seba' milleżmi (Lm14.14,7) gravanti fuq is-sit fejn inbena l-blokk ta' appartamenti, liema sehem tas-soċjetà 1999 Limited (C24012) jammonta għal lira Maltija, wieħed u tletin centeżmu u ħames milleżmi (Lm1.31,5) illum tliet ewro u sitt ċenteżmi (€3.06); Illi a tenur tal-liġi, is-soċjetà esponenti qed tiddepożita s-somma ta' €15.30 rappreżentanti l-aħħar ħames (5) snin arretrati ta' ċens; Illi d-directus dominus jew is-suċċessuri fit-titolu taċċens annwu u perpetwu impost fuq il-proprjetà huma injoti u għaldaqstant se jiġu rappreżentati fl-atti ta' din iċ-ċedola mill-kuraturi deputati; Illi s-soċjetà esponenti tagħmel referenza wkoll għaċċedola ta' depożitu ta' fidi ta' ċens li qed tiġi ppreżentata kontestwalment ma' din iċ-ċedola ta' depożitu, stante li s-soċjetà esponetni biċ-ċedola ta' depożitu ta' fidi ta' ċens qed tipprevalixxi ruħha mill-fakultà lilha mogħtija millprovvedimenti relattivi fil-liġi Maltija, u senjatament l-artikolu 1501 tal-Kodiċi Ċivili ta' Malta. Għaldaqstant, is-soċjetà esponenti għall- finijiet u l-effetti kollha tal-liġi u sabiex tissalvagwarda d-drittijiet tagħha, qed tadixxi lil din l-Onorabbli Qorti u taħt l-awtorità tagħha qed tiddepożita s-somma ta' €15.30 rappreżentanti ħames (5) snin arretrati ta' ċens gravanti l-post kummerċjali fuq żewġ livelli sitwat fil-pjan terran u pjan terran elevat, formanti parti minn blokka ta' appartamenti esternament mhux numerati u mingħajr isem, f 'Tower Road, Tas- Sliema, liema post kummerċjali jinsab fuq in-naħa tal-lemin talblokk meta wieħed iħares lejn il-blokk ta' appartmenti minn Tower Road, u li jikkonfina mill-Majjistral ma' Tower Road, mil-Lbiċ ma' proprejtà tal-familja Gauci Borda jew is-suċċessuri tagħhom fit-titlu u mill-Grigal ma' proprejtà tal-kumpanija venditriċi 228/229 Limited, qabel proprjetà tal-familja Preca, jew suċċessuri fit-titlu, flimkien ma' ħames (5) garage spaces li jinsabu kollha f 'livell minus 3 (-3) mhux uffiċjalment immarkati numru għoxrin (20), wieħed u għoxrin (21), sebgħa u għoxrin (27), tmienja u għoxrin (28) u disgħa u għoxrin (29), u dan sabiex dan l-ammont jiġi liberament żbankat minn min jipprova li għandu dritt għallistess wara li jħalli d-debita riċevuta skont il-liġi. Permezz ta' ċedola ta' depożitu u kontestwali fidi ta' ċens numru 1380/2021 ta' 1999 Limited (C24012) vs Kuraturi Deputati sabiex jirrappreżentaw lid-directus dominus mhux magħruf jew l-aventi kawża tiegħu tal-enfitewsi perpetwa konsistenti fil-post kummerċjali fuq żewġ livelli sitwat filpjan terran u pjan terran elevat, formanti parti minn blokk ta' appartamenti esternament mhux numerati u mingħajr isem f 'Tower Road, Tas-Sliema, u ħames (5) garage spaces li jinsabu kollha f 'livell minus 3 (-3) inuffiċjalment immarkati numru għoxrin (20), wieħed u għoxrin (21), sebgħa u għoxrin (27), tmienja u għoxrin (28), u disgħa u għoxrin (29), formanti parti mill- kumpless tal-garaxxijiet sottopost tal-blokk ta' appartamenti, deskritti aħjar hawn taħt, ippreżentata fil-Prim'Awla tal-Qorti fit-22 ta' Lulju, 2021, fejn 1999 Limited (C24012) esponiet bir-rispett: Illi permezz ta' kuntratt datat 21 ta' Marzu, 2007, fl- atti tan-Nutar Dr Pierre Cassar is-soċjetà 228/229 Limited binnumru ta' reġistrazzjoni C23712, illum imħassra mill-Malta Business Registry, biegħet u ttrasferiet lis-soċjetà 1999 Limited: iii) Il-post kummerċjali fuq żewġ livelli sitwat fil-pjan terran u pjan terran elevat, formanti parti minn blokka ta' appartamenti esternament mhux numerati u mingħajr isem, f 'Tower Road, Tas-Sliema, liema post kummerċjali jinsab fuq in-naħa tal-lemin tal-blokk meta wieħed iħares lejn ilblokk ta' appartamenti minn Tower Road, u li jikkonfina mill-Majjistral ma' Tower Road, mil-Lbiċ ma' proprjetà talfamilja Gauci Borda jew is-suċċessuri tagħhom fit-titlu, u mill-Grigal ma' proprjetà tal-kumpanija venditriċi 228/229 Limited, qabel proprjetà tal-familja Preca jew suċċessuri fittitlu, flimkien ma' iv) Ħames (5) garage spaces li jinsabu kollha f 'livell minus 3 (-3) inuffiċjalment immarkati numru għoxrin (20), wieħed u għoxrin (21), sebgħa u għoxrin (27), tmienja u għoxrin (28) u disgħa u għoxrin (29) u kull garage space fih il-kejl ta' ċirka għaxra punt tmienja qasab kwadri (q.k 10.8) u liema spazji tal-garaxxijiet huma formanti parti millkumpless tal-garaxxijiet sottopost tal- blokk ta' appartamenti fuq deskritt, imsejjħa il-Proprjetà; Illi l-post kummerċjali kif ukoll l-ispazji tal-garaxxijiet huma suġġetti għas-sehem prorata taċ-ċens annwu u perpetwu ta' erbatax-il lira Maltija, erbatax-il xelin u seba' milleżmi (Lm14.14,7) gravanti fuq is-sit fejn inbena l-blokk ta' appartamenti, liema sehem tas-soċjetà 1999 Limited (C24012) jammonta għal lira Maltija, wieħed u tletin ċenteżmu u ħames milleżmi (Lm1.31,5) illum tliet ewro u sitt ċenteżmi (€3.06); Illi l-proprjetà suġġetta għaċ-ċens annwu u perpetwu hija murija bl-aħmar fuq il-pjanta tar-Reġistru tal- Artijiet datat 16 ta' Ġunju, 2021, annessa u mmarkata bħala Dokument B; Illi s-soċjetà esponenti tixtieq tipprevalixxi ruħha millfakultà lilha mogħtija mill-provvedimenti relattivi fil-liġi Maltija, u senjatament l-artikolu 1501 tal-Kodiċi Ċivili ta' Malta u, filwaqt li tagħmel referenza għall-kuntratt sopraċitat, trid li tifdi dan iċ-ċens annwu u pereptwu ta' €3.06 dovut lis-soċjetà 228/229 Limited fir-rigward tal-Proprjetà; Illi ċ-ċens ta' €3.06 kapitalizzat bir-rata ta' 5% skont il-provvediment fuq imsemmija, jammonta għas-somma ta' €61.20 għall-fidi taċ-ċens annwu u pereptwu tal-post kummerċjali fuq żewġ livelli sitwat fil-pjan terran u pjan terran elevat, formanti parti minn blokka ta' appartamenti esternament mhux numerati u mingħajr isem, f 'Tower Road, Tas-Sliema, liema post kummerċjali jinsab fuq innaħa tal-lemin tal-blokk meta wieħed iħares lejn il-blokk ta' appartmenti minn Tower Road, u li jikkonfina mill-Majjistral ma' Tower Road, mil-Lbiċ ma' proprejtà tal-familja Gauci Borda jew is-suċċessuri tagħhom fit-titlu u mill-Grigal ma' proprejtà tal-kumpanija venditriċi 228/229 Limited, qabel proprjetà tal-familja Preca, jew suċċessuri fit-titlu, flimkien ma' ħames (5) garage spaces li jinsabu kollha f 'livell minus 3 (-3) mhux uffiċjalment immarkati numru għoxrin (20), wieħed u għoxrin(21), sebgħa u għoxrin (27), tmienja u għoxrin (28) u disgħa u għoxrin (29); Illi d-directus dominus jew is- suċċessuri fit-titolu taċċens annwu u perpetwu impost fuq il-Proprjetà huma injoti u għaldaqstant se jigu rappreżentanti fl-atti ta' din iċ-ċedola mill-Kuraturi Deputati. Għaldaqstant, is-soċjetà esponenti in vista ta' 'l fuq premess u sabiex teżimi ruħha minn kull responsabbiltà, qiegħda tadixxi lil din l-Onorabbli Qorti u tiddepożita taħt l-awtorità tal-istess is-somma ta' €61.20 rappreżentanti l-prezz tal-fidi ta' dan iċ- ċens gravanti l-post kummerċjali fuq żewġ livelli sitwat fil-pjan terran u pjan terran elevat, formanti parti minn blokka ta' appartamenti esternament mhux numerati u mingħajr isem, f 'Tower Road, Tas-Sliema, liema post kummerċjali jinsab fuq in-naħa tal-lemin talblokk meta wieħed iħares lejn il-blokk ta' appartmenti minn Tower Road, u li jikkonfina mill-Majjistral ma' Tower Road, mil-Lbiċ ma' proprejtà tal-familja Gauci Borda jew is-suċċessuri tagħhom fit-titlu u mill-Grigal ma' proprejtà tal-kumpanija venditriċi 228/229 Limited, qabel proprjetà tal-familja Preca, jew suċċessuri fit-titlu, flimkien ma' ħames (5) garage spaces li jinsabu kollha f 'livell minus 3 (-3) mhux uffiċjalment immarkati numru għoxrin (20), wieħed u għoxrin (21), sebgħa u għoxrin (27), tmienja u għoxrin (28) u disgħa u għoxrin (29), u dan sabiex dan l-ammont jiġi liberament żbankat minn min jipprova li għandu dritt għallistess wara li jħalli d-debita riċevuta skont il-liġi. Esponenti: 1999 Limited, Altair, De Paule Avenue, Ħal Balzan Notifika: Kuraturi Deputati, Qrati tal-Ġustizzja, Il-Belt Valletta Direttur tar- Reġistru Pubbliku, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta Reġistru tal-Artijiet, Triq il-Punent, Il-Belt Valletta Int għaldaqstant ordnat li twaħħal kopja uffiċjali ta' dan il-bandu fid- daħla ta' din il-Qorti Superjuri u ssejjaħ b'dan lil kull min irid jidħol bħala kuratur biex jidher fi żmien sitt ijiem f 'dan ir-Reġistru u jagħmel b'nota d-dikjarazzjoni illi huwa jidħol għal dan. Int ordnat ukoll li tgħarraf lil kull wieħed illi jekk ma jagħmilx din id-dikjarazzjoni fiż-żmien fuq mogħti, din ilQorti tgħaddi biex tagħżel kuraturi tal- uffiċċju. U wara li tkun għamilt dan, jew jekk tiltaqa' ma' xi xkiel fl-esekuzzjoni ta' dan il-bandu, inti għandek tgħarraf minnufih lil din il-Qorti. Mogħti mill-Qorti Superjuri hawn fuq imsemmija bixxhieda tal-Onor. Imħallef Neville Camilleri. BA, LLD, MA (Fin. Serv.), Duttur tal-Liġi. Illum 27 ta' Lulju, 2021 Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum l-1 ta' April, 2022 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Registratur, Qrati u Tribunali BANDU GĦALL-KURATURI Repubblika ta' Malta Għajnuna għar- raba' pilastru tad- demokrazija... Il- Gvern jalloka fond ta' €500,000 fis- sena biex jgħin lill-istampaturi ... Dan fid-dawl taċ-ċirkostanzi straordinarji li komplew iżidu l-isfidi kbar li diġà kien qiegħed jiffaċċja s-settur Il-Gvern se jkun qed jassisti lill-pubblikaturi tal-gazzetti - fi żmien fejn qed jiffaċċjaw sfidi sinifikanti, riżultat taż-żieda sostanzjali fil-prezz tal-karta - b'fond ta' €500,000 f 'sena biex isostni l-ħidma tal-ġurnaliżmu stampat f 'pajjiżna. Il-Kumitat tal-Pubblikaturi kollha tal-gazzetti stampati f 'pajjiżna, li jimpjegaw ma' 66 ġurnalist full-time u bosta fuq bażi part-time, flimkien ma' rappreżentanti tal-Istitut tal- Ġurnalisti Maltin (IĠM) iltaqgħu mal-Prim Ministru Robert Abela f 'Kastilja biex jippreżentaw l-argumenti tagħhom u jispjegaw id-diffikultajiet kbar li qed jaffaċċjaw fid-dawl ta' avvenimenti straordinarji. Bejniethom, l-istampaturi jippubblikaw 14-il gazzetta differenti li joħorġu l-Ħadd, kuljum jew kull ġimgħa. Matul il-laqgħa, ġie diskuss l-irwol tal-gazzetta bħala parti essenzjali mill-midja, li hija element qawwi f 'demokrazija. Huwa fid-dawl ta' dan l-irwol kruċjali li l-Prim Ministru Robert Abela ikkomunika li l-Gvern iħoss li għandu jsostni dan is-settur. Għalhekk ġie ddedikat fond ta' nofs miljun ewro f 'sena, fid-dawl taċ-ċirkostanzi straordinarji li komplew iżidu l-isfidi kbar li diġà kellu s-settur. Għal din il-laqgħa, il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana u l-Ministru għall- Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici.