Illum previous editions

ILLUM 22 May 22022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 L-ispiżeriji wkoll milquta miż-żieda fil-prezzijiet; 'Kuljum nirċievu imejl dwar mediċina li tkun għoliet' YENDRICK CIOFFI Jekk iż-żieda fil-prezzijiet qed tolqot lill-grocers, lill-ħwienet tal-ikel u x-xorb u anke l-lukandi, l-istess qed jiġri fl- ispiżeriji, bi spiżjara li tkellmu mal-gazzetta ILLUM jisħqu li kważi kuljum qed jirċievu imejl biex tinfurmahom ibiddlu l-prezz ta' mediċini għax ikunu għolew. F'kummenti mal-ILLUM, diversi spiżjara spjegaw kif fost il-prodotti mediċinali li l-prezz tagħhom għola aktar minn darba, hemm dawk li l-aktar jinxtraw u li huma l-aktar popolari, fosthom il-Panadols. Fil-fatt, kemm il-kaxxa tal- Panadols blu tal-24 pirmla u anke dik blu tat-48 pirmla għolew aktar minn darba, inkluż riċentament. Dawn issa qed jinbiegħu għal madwar €2.27 u €4.43 rispettivament. Għola wkoll il-prezz tal- Voltaren gel, li jintuża biex inaqqas l-uġigħ u anke l-Ventolin li jintuża minn bosta, b'mod partikolari dawk li jbatu mill-ażma. Fil-fatt, dan l-aħħar, il-prezz tal-Voltaren żdied b'għoxrin ċenteżmu oħra għal €6.70, filwaqt li l-prezz tal- Ventolin reġa' żdied bi kważi 30 ċenteżmu għal €3.49. L-istess spiżjara qalu li reġa' żdid il-prezz taz-Zovirax Cream, li jintuża fuq ix-xoffa meta titla' xi ponta bħal dik tad-deni. Illum il- prezz żdied għal madwar €7. Żdied ukoll l-Otrivin, spray li jintuża minn bosta meta jkollhom imneħirhom miżdud. Dan issa qed jinbigħ għal it inqas minn €5. Żdiedu wkoll il-prezzijiet ta' sachets ta' mediċina li titħallat mal-ilma u tinxtorob, inkluż meta persuna jkollha riħ. Għolew b'aktar minn €1 ħafna mill-vitamini, b'mod partikolari dawk li jittieħdu minn persuni li ma jkunux jistgħu jieklu ċertu ikel, fosthom dawk li ma jkunux jistgħu jieħdu prodotti magħmulha mill- ħalib. Dawn il-vitamini kienu €10. Ftit tal-ġimgħat ilu żdiedu għal €10.44 u issa qed jiswew €11. Vitamini ta' ditta oħra, kienu jiswew €16.47 u issa għolew għal €18. Iżda mhux dawn il-mediċini biss żdiedu. L-ispiżjara li tkellmu mal- ILLUM qalu li hemm prodotti oħra, magħrufa bħala dermo-costemics li ma jkunux sempliċiment prodotti tas-sbuħija imma jkunu jintużaw apposta minn persuni li jkollhom xi kundizzjoni fil-ġilda, jew pereżempju jkollhom ġilda sensittiva. Dawn huma prodotti, bħal pereżempju creams tal-wiċċ u anke sunblocks ta' ditti popolari li mhux se ssib tixtrihom minn xi supermarket imma mill- ispiżjeriji biss. Spiżjar partikolari spjega kif sunblocks ta' ditta popolari u li tista' tixtrihom biss mill- ispiżeriji, għolew minn €18 għal €20 u anke aktar. L-istess il-prezz ta' toothpastes u mouthwashes ta' ditta oħra popolari, żdiedu b'aktar minn €2. Żdied ukoll il-prezz tal-Corega li jintuża minn ħafna persuni li għandhom id-dentatura. Spiżjara oħra rrimarkaw kif żdied il-prezz tal-ħrieqi tal- anzjani ta' ċertu ditti. Anke hawn kien hemm pakketti li kienu jiswew €14 u issa qed jiswew €17 jew aktar. Kienet irreġistra wkoll żieda fi prodotti li jintużaw minn persuni li jkollhom problema biex jorqdu. Il-prezz ta' prodott partikolari żdied b'aktar €1.50. Minn €7 dan issa qed jiswa madwar €8.40. Dan biex ma nsemmux il- fwejjaħ li anke jekk mhux mediċini, hemm ħafna spiżeriji li jbiegħuhom. Hemm fwejjaħ li l-prezz tagħhom żdied bejn €5 u €10. 'L-antibiotics ma żdidux ... żdiedu l-affarijiet li l-aktar jintużaw' Mistoqsija fuq l-antibiotics, l-ispiżjara li tkellmet magħhom l-ILLUM saħqu li ma kienx hemm xi żieda kbira fil-prezzijiet tagħhom. Madanakollu qalu li persuna tieħu l-antibiotic għal ftit jiem. Il-mediċini li l-aktar qed ikunu milquta minn żieda fil-prezzijiet huma dawk li l-aktar jinbiegħu, anke għax ikun hemm persuni li jkunu jridu jeħduhom għal ħajjithom kollha, bħalma huma l-vitamini msemmija qabel. "Hemm persuni li ma jistgħux joqogħdu mingħajr il-vitamini. Jogħlew jew le, se jkollhom jixtruhom," spjegat waħda mill- ispiżjara. Dan biex ma nsemmux it- tgergir tal-klijenti mal-ispiżjara. Spiżjar qal li n-nies qed jistaqsu u xi drabi saħansitra jeħduha magħhom meta jindunaw li l-prezzijiet ikunu nbiddlu minn ġimgħa għall-oħra. "Is-sitwazzjoni tal-biża'. Kważi kuljum nirċievu imejl tinfurmana li nbiddlu l-prezzijiet. Il-pazjenti qed jiġġieldu magħna." 'Għadhom jiġu prodotti mingħajr struzzjonijiet bl-Ingliż' Mistoqsija dwar mediċini out- of-stock, l-ispiżjara saħqu li ma hemmx problemi enormi anke jekk hemm xi mediċini li wara Brexit ma baqgħux jiġu. Madanakollu għad hemm problema bi prodotti mediċinali li qed jiġu f 'kaxxi mingħajr struzzjonijiet u informazzjoni bl-Ingliż. L-ispiżjara saħqu li wara Brexit, meta sar aktar diffiċli biex ċertu mediċini jinġiebu mir-Renju Unit, inħolqot problema kbira għax kien hemm bosta prodotti li ma kinux qed jaslu f 'pakketti bl-Ingliż. Anke jekk issa naqqset, għad hemm prodotti li mhux ikollhom struzzjonijiet bl-Ingliż u dan jagħmilha diffiċli kemm għall- ispiżjar u anke għall-pazjent. "Brexit kellu impatt kbir iżda l-pandemija kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni," temm jgħid wieħed mill-ispiżjara. Intant, dwar dan, il-gazzetta ILLUM bagħtet mistoqsijiet lill-Aworità Maltija għall- Mediċina. Fost oħrajn staqsiet x'inhuma r-raġunijiet ewlenin għaliex il-prezzijiet qed jiżdiedu drastikament u ta' spiss u x'qed isir biex ikun protett il-pazjent u jkun assigurat li kulħadd jibqa' jaffordja l-mediċina. Sakemm morna għall- publikazzjoni, l-Awtorità kienet għadha ma weġbitx il- mistoqsijiet. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' diversi spiżjara dwar iż-żieda fil-prezzijiet li qed tolqot ukoll anke l-ispiżeriji, b'mod partikolari mediċini komuni u anke prodotti oħra li tixtrihom biss mill-ispiżeriji

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 May 22022