Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1468437
08 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' MEJJU 2022 • illum Iż-żgħażagħ Maltin: Fost l-inqas li jipparteċipaw f'attivitajiet imma l-aktar li japprezzaw esperjenza fl-UE X'inhu jinkwieta liż-żgħażagħ Maltin? Xi jridu jaraw fil-futur tal-Unjoni Ewropea? Għaliex il-Maltin mhux qed jipparteċipaw fis-soċjetà Maltija … iżda mbagħad ikunu l-ewwel biex jesploraw soċjetajiet oħra? ANTHEA CACHIA Iż-żgħażagħ Maltin huma t-tieni l-inqas li jipparteċipaw f 'attivitajiet li jvarjaw minn klabb ta' xi sport, volontarjat, attivitajiet politiċi, jew inkella f 'xi Għaqda Mhux Governattiva (NGO). Meta mqabbel ma' pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea, Malta fil-fatt kienet minn tal-aħħar, b'16% biss tal-parteċipanti żgħażagħ li huma involuti f 'xi klabb sportiv. Dan huwa ħafna inqas mill-medja Ewropea, li hija ta' 24%. Min-naħa l-oħra l-inqas rata ta' parteċipazzjoni kienet ta' 15% kemm f 'Ċipru kif ukoll fir-Rumanija. Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-Ewrobarometru hekk kif għall- Unjoni Ewropea (UE) din is-sena hija ddedikata għaż-żgħażagħ u proprju għalhekk qiegħda taħdem biex iż-żgħażagħ tal-istati membri tagħha jingħataw spinta fit-teħid ta' deċiżjonijiet, biex jiltaqgħu ma' nies ġodda u jipparteċipaw f 'numru ta' iniżjattivi fosthom fuq politka ħadra, saħħa, diġitalizzazzjoni, kultura, impjiegi u inklużjoni. Għaliex il-Maltin ma' pparteċipawx f 'inizzjattivi? Għall-Maltin l-aktar fattur (jew skuża?) li wassal biex ma jipparteċipawx f 'attivitajiet fil- pajjiż stess kien in-nuqqas ta' ħin. Filwaqt li din kienet l-aktar risposta popolari maż-żgħażagħ kollha tal-UE, Malta kellha l-akbar persentaġġ, b'total ta' 50% jgħidu li m'għandhom ċans għall-ebda attività. Il-Maltin huma segwiti miż-żgħażagħ ta' Lussemburgu li 49% minnhom qalu li ma kellhomx biżżejjed ħin fuq idejhom. Dawn huma ċifri kemmxejn għoljin meta mqabbla mal-medja Ewropea, jiġifieri 39%. Tajjeb li wieħed isemmi li fost il-parteċipanti li ħadu sehem f 'dan l-istħarriġ l-aktar li ma kellhomx ħin, jiġifieri 40%, kienu żgħażagħ li kellhom edukazzjoni ta' livell post- sekondarju jew inkella edukazzjoni terzjarja. Filwaqt li 31% taż- żgħażagħ kellhom livell sekondarju jew inqas. Malta bl-ogħla persentaġġ ta' żgħażagħ li ħadmu f 'pajjiżi fl-UE F'dan l-istħarriġ, l-UE ma staqsitx biss dwar attivitajiet li jagħmlu ż-żgħażagħ f 'pajjiżhom iżda staqsiet ukoll fuq x'esperjenzi kellhom dawn iż-żgħażagħ f 'pajjiżi fl-UE. Hawn il-folja nqalbet kompletament. Dan hekk kif iż- żgħażagħ Maltin flimkien maċ- Ċiprijotti u l-Estonjani kienu l-aktar li marru f 'pajjiżi Ewropej biex jistudjaw, jagħmlu xi taħriġ jew apprendistat. Malta kellha wkoll l-ogħla persentaġġ (17%) ta' żgħażagħ li ħadmu f 'pajjiżi fl- UE. Fuq livell Ewropew, kważi erba' żgħażagħ minn kull 10, jew 39%, ipparteċipaw f 'volontarjat, f 'attivitajiet ta' tagħlim jew fi sport. L-istatistika turi li l-akbar grupp ta' żgħażagħ li pparteċipaw f 'attivitajiet fl-istati membri, kien dak bejn l-età ta' 25 u 30 sena. Jidher ukoll li dawk attivi f 'għaqdiet taż-żgħażagħ ipparteċipaw aktar f 'attivitajiet f 'istati membri tal-UE. 68% taż-żgħażagħ Maltin aktar konxji ta' kulturi u valuri oħra wara esperjenza fl-UE L-Ewrobarometru staqsa wkoll dwar dak kollu li ż-żgħażagħ tgħallmu minn esperjenzi madwar l-UE. Il-Maltin kienu l-aktar żgħażagħ li ħadu interess fil-kulturi tal-istati membri l-oħra u l-aktar li ħassew illi kellhom impatt fuq il-karattru tagħhom. Fil-fatt: • 68% tal-Maltin kienu aktar konxji ta' kulturi u valuri oħra. Din kienet l-ogħla rata meta mqabbla ma' pajjiżi oħra, li kellhom medja ta' 38%. • 48% tal-Maltin u tal- Kroati żiedu l-għarfien tagħhom f 'lingwi oħra. Il- medja kienet ta' 35% ma' pajjiżi oħra. • 65% tal-Maltin żiedu fl- għarfien tagħhom dwar pajjiżi tal-UE. Peresentaġġ kuntrastanti meta mqabbel mal-medja ta' 34% ta' pajjiżi oħra. • 55% tal-Maltin żiedu aktar il-kufidenza tagħhom. Dan kważi d-doppju tar- rata medja li kienet 34%. • 61% tal-Maltin żiedu l-interess tagħhom li jgħixu f 'pajjiż Ewropew ieħor għal skopijiet ta' edukazzjoni u xogħol wara l-esperjenzi tagħhom barra minn Malta. Hawn, Malta reġgħet kienet minn ta' quddiem hekk kif il- medja kienet ta' 33%. • 57% tal-Maltin jemmnu li wara esperjenza fl-UE din se tgħinhom jadattaw aħjar għal sitwazzjonijiet ġodda fil-futur. Dan filwaqt li 42% tal-Maltin jemmnu li permezz tal- esperjenza barra, illum il-ġurnata jistgħu jagħmlu ħbieb aktar faċilment. Dawn, it-tnejn, huma l-ogħla persentaġġi fl-UE wkoll. Iż-żamma tal-paċi u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali fost l-aspettattivi taż-żgħażagħ Maltin Meta mistoqsija dwar x'inhuma l-aspettattivi tal- Maltin, il-prijoritajiet kienu: Iż-żamma tal-paċi, it- tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali u l-promozzjoni ta' kooperazzjoni internazzjoni kif ukoll il-promozzjoni ta' politika favur l-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Tant hu hekk li 47% taż-żgħażagħ Maltin għażlu ż-żamma tal-paċi, 10% aktar mill-medja tal-Ewropea. L-istess għall-politika favur l-ambjent, 44% taż- żgħażagħ Maltin għandhom din l-aspetattiva, filwaqt li kienu 31% taż-żgħażagħ Ewropej li jridu li jintlaħaq dan l-għan. Min naħa l-oħra ż-żgħażagħ Ewropej li pparteċipaw f 'dan is-sondaġġ saħqu wkoll li għandhom tliet aspetattivi għas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ. Dawn kienu: Li s-soċjetà u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jisimgħu aktar l-opinjonijiet u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, li jsiru aktar sforzi biex iż-żgħażagħ jiġu integrati aħjar fis-suq tax- xogħol kif ukoll biex isiru aktar sforzi għall- inklużjoni ta' żgħażagħ żvantaġġjati. Dawn jinkludu gruppi vulnerabbli, gruppi minn sfondi żvantaġġjati u gruppi b'inqas opportunitajiet.