Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1473501
08 analiżi IL-ĦADD 17 TA' LULJU 2022 • illum Is-saltna tad-dritt u l-ġudizzju tal-Kummissjoni Ewropea: Din il-ġimgħa l-Kummissjoni Ewropea tat il-ġudizzju tagħha fuq is-saltna tad-dritt fil-pajjiżi kollha tal-UE. Fuq Malta x'qalet? Kollox ħażin? Kollox tajjeb? Ħarsa lejn ir-rapport juri li hemm fejn sar progress notevoli iżda għad hemm problemi u realtajiet li dwarhom ftit li xejn li sar... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa il-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport estensiv dwar l-istat tad-dritt u l-governanza f 'pajjiżna li ħares lejn tliet aspetti differenti u kruċjali biex Malta u kwalunkwe pajjiż ikollu demokrazija b'saħħitha: Il-Ġustizzja, il-korruzzjoni u l-ġlieda kontriha u l-istat tal-midja f 'pajjiż. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa qasira lejn it mill-aspetti ta' dan ir- rapport fejn il-Gvern ġie mfaħħar għax-xogħol u l-progress li għamel u aspetti oħrajn, fejn il-Gvern ġie kkritikat għan-nuqqas ta' azzjoni jew inkella azzjoni li mhux spedita biżżejjed. Kif diġà nnutat minn Kumitat tal-Parlament Ewropew li kien Malta sabiex jevalwa l-istat tad- dritt, l-akbar jew waħda mill- akbar problemi fil-ġustizzja huwa ż-żmien li tieħu kawża biex tinqata', tawnt li l-Kummissjoni tgħid illi minħabba dan id- dewmien, "is-sistema tal-ġustizzja qed tkompli tiddeterjora." Wara kollox, kif tgħid l-espressjoni bl- Ingliż: Justice Delayed is Justice Denied! U jidher li hawnhekk huwa proprju dan li qed jiġri. Fil-fatt il-Kummissjoni tfakkar li skont il-Justice Scoreboard 2020 it-tul ta' kawżi ċivili u kummerċjali żdied aktar għal 550 jum, jiġifieri sena u nofs. Xejra li r-rapport ifakkar illi ilha tiżdied mill-2017. Il-proċeduri tal-Appell kienu aktar, bi 838 jum fl-2020, jiġifieri aktar minn sentejn. It- tul medju ta' każi ta' ħasil ta' flus baqgħu għoljin ħafna fl-2020, jiġifieri aktar minn 1,310 ġranet jew inkella it iktar minn tliet snin u nofs. Il-clearance rate - u allura kemm jinqatgħu kawżi fiċ-ċivil, kummerċjali u amministrattiv baqgħet dejjem taħt il-100%. Negattiv ieħor hija t-teknoloġija, bil-Kummissjoni tinnota li pajjiżna għadu lura f 'diversi oqsma bħat-teknoloġija diġitali, għodda ta' komunikazzjoni elettronika u għodda elettroniċi f 'kawżi kriminali. U finalment fuq nota mhux daqstant pożittiva l-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar in-nuqqas ta' imħallfin u maġistrati fil-pajjiż meta kkumparat mal-UE. Fil-fatt tgħid li n-numru ta' membri tal- ġudikatura f 'Malta, ras għal ras, huwa wieħed mill-aktar baxxi fl-UE. Il-Kummissjoni tikkwota lill-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u l-Maġistrati Maltin li qajmet tħassib mhux biss dwar dan, iżda wkoll dwar nuqqas "serju" ta' ħaddiema (segretarji...) fil-Qrati. Imma mhux kollox negattiv u ħażin! Fil-fatt il-Kummissjoni innutat wkoll ħidma mill-Gvern f 'diversi oqsma tal-ġustizzja. L-ewwelnett li l-Maltin għadhom fil- maġġoranza kbira tagħhom jafdaw lill-qrati bħala indipendenti. Il- Kummissjoni tikkwota statistika tal-UE Justice Scoreboard li turi kif 67% tal-poplu u 68% tal- kumpaniji jaraw illi l-livell tal- indipendenza tal-Qrati Maltin huwa tajjeb jew tajjeb ħafna. Din hija xejra li ssaħħet. Il-Kummissjoni Ewropea qalet illi huwa pożittiv wkoll li t-trasferiment ta' ċerti tipi ta' prosekuzzjonijiet mill-Pulizija għall-Avukat Ġenerali kompla jipprogressa u jinsab fit-tieni fażi, filwaqt li l-Gvern ħabbar li se jsir tibdil fl-indipendenza tal-membri tat-tribunali, hekk kif ħafna minn dawn huma maħturin mill-Gvern. Dwar it-teknoloġija u n-nuqqas tagħha - kif diġà semmejna - ir- rapport jinnota li l-Gvern ħabbar l-Istrateġija Diġitali tal-Ġustizzja f 'Diċembru li għadda biex ikun imħabbar qafas li miegħu jimxu l-inizzjattivi diġitali kollha fil- qasam. Minkejja dan, jidher li għad irid ikun hemm pjan ta' azzjoni - jiġifieri x-xogħol, skont il-Kummissjoni, għad fadallu biex ikun lest. Il-Kummissjoni tfaħħar it-titjib fl-aċċessibilità għall-avukat tal- għajnuna legali, hekk kif żdiedu dawk eliġibbli, minn dawk bi qligħ ta' €7,000 jew inqas għal dawk bi qligħ ta' €13,000. Semmiet ukoll il-fatt li l-Gvern esprima l-intenzjoni tiegħu li s-segretarji fil-Qrati jiżdiedu b'madwar 28%. Il-Kummissjoni faħħret ukoll it- twaqqif tat-tielet Qorti tal-Appell li wasslet biex naqsu dawk li kienu qed jistennew kawża tinqata'. Finalment il-Kummissjoni weriet ċerta dubji - li ntwerew minn diversi kmamar tal- aħbarijiet ukoll - dwar tneħħija ta' ċerti sentenzi online li jingħataw mill-Qorti, ir-raġuni għaliex jitneħħew u min għandu r-responsabilità li jneħħi tali sentenzi (il-fatt li din il-persuna tinħatar mill-Gvern). Ikkritikat ukoll il-fatt li għadu ma kienx hemm qbil dwar kif jinħatar il- Prim Imħallef. Il-Ġustizzja: It-tul eseġerat li jieħu każ, l-akbar uġigħ ta' ras! Imma hemm pożittiv ukoll...