Illum previous editions

ILLUM 7 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475577

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 analiżi illum • IL-ĦADD 07 TA' AWWISSU 2022 huwa wieħed mill-akbar theddidiet l-edukazzjoni. Id-diskussjoni ma' tista' qatt tkun produttiva jekk tittellaq mill-atejiżmu politiku u mill-baħħ ideoloġiku. It-triq tal-fejqan hija mibnija fuq l-għarfien ta' valuri u prinċipji li ma jdurux ma' kull riħ jew mal-mument. Dan jimplika impenn intellettwali qawwi li żgur ma jiġix jekk il-professjoni tal-għalliema titneżża minn formazzjoni intellettwali soda. It-tħejjija tat-terren ideoloġiku hija importanti daqs id- diskussjoni dwar it-teknika tal- bidliet li hemm bżonn. Sikwit niġru nistaqsu x'inhuma s-soluzzjonijiet konkreti. Minn dawn hemm ħafna, u ilna nitkellmu u niktbu dwarhom. Iżda, mingħajr kuxjenza politika ffurmata, lil hinn mill-indotrinazzjoni u t-trasmissjoni tat-tagħrif, is- settur se jibqa' jgħum f 'għadira mimlija kontradizzjinijiet u bla direzzjoni. Il-formazzjoni ta' kuxjenza huwa proċess indispensabbli u kontinwu fil- bidliet kbar li għandna bżonn inwettqu; proċess li dejjem gie traskurat għax ħsibna li l-produzzjoni ta' dokumenti, li ħafna jammettu li ma jaqrawhomx, hija biżżejjed biex tħejji s-sodda ideoloġika għat- tibdil. Fil-mixja lejn l-atejizmu politiku ninnota kif id-diskors dwar il-klassi soċjali għeb mill- aġenda politika, speċjalment fil-qasam edukattiv. Parti minn dan il-knis kien strateġiku, hu marbut ma' rebħ elettorali. Kien hemm ukoll dawk li belgħu l-lixka ta' tmiem l-ideoloġija u l-Istorja. Għajta mibnija fuq il- mitologija li: f 'dinja ta' tmien biljun ruħ ma jeżistux kontro- eġemoniji għall-kapitaliżmu; wara l-waqa' tal-ħajt, r-rebħa tal-kapitaliżmu hija kompluta, globali u aċċettata minn kulħadd; u issa se jkollna perjodu twil ta' paċi għax issa ħlisna mill- ġlieda tax-xellug kontra l-lemin u nistgħu niffokaw fuq għan ċentrista wieħed – li nipproduċu biex nikkonsmaw. Wieħed jistaqsi: kif tista' l-inklużjoni ġenwina tifjorixxi b'sistema skolastika li tifred u b'sistema soċjali li tippriedka s-suq, il- profitt u l-konsum, f 'kuntest uman li huwa intrinsikament esklussiv? Il-mantra: 'Idħol illum u tħarreg għada' Fost ħafna talbiet, l-inklużjoni titlob professjonisti ta' kwalità, kullimkien. Mingħajr ħaddiema ta' kwalità għolja ma' kulħadd, speċjalment mal-istudenti li l-aktar għandhom bżonn, l-inklużjoni tibqa' xewqa tad-dokumenti kkuluriti. L-indikazzjonijiet f 'dan il-qasam huma inkwetanti. Il- professjoni tal-għalliema, biex insemmu professjoni waħda, tilfet ħafna mill-prestigju tagħha. Wasalna fi stat li biex nevitaw it-tgergir nagħmlu minn kollox biex nitfgħu adult fil-klassi. Fid- disprament, aċċettajna li sakemm għandek kwalifiki minimi tista' tilgħabha ta' għalliem. Idħol illum u tħarreg għada hija l-mantra. Pika min jagħti l-iqsar kors, b'talbiet minimi, fil-formazjoni tal-għalliema. Wieħed jista' wkoll jieqaf nofs leħja f 'kors ta' sentejn u jingħata l-liċenzja. Farsa sħiħa li hija konvenjenti għal min irid (biċċa) karta, iżda traġedja għal min l-aktar għandu bżonn li jkollu miegħu professjonisti ffurmati tajjeb, kemm intellettwalment kif ukoll teknikament. Sfortunatament, Il-formazzjoni saret tixbah aktar il-logika tal- manifattura industrijali milli l-inkubatur li bil-mod jgħin fit- tiswir ta' professjonisti ta' kwalità. Filwaqt li f 'inħawi privati u pubbliċi tajt lista ta' x'jista' jsir, u mhux se nerġa' ntenniha, l-aħħar battuta tiegħi tieħu sura ta' appell biex il-pajjiż jidħol f 'qoxortu u jibda riflessjoni serja, infurmata bl-evidenza xjentifika, u armata bl-għerf esperjenzali ta' kulħadd. Riflessjoni mwaħħda mal- azzjoni nfurmata tista' twassal biex l-esklużjoni, imgeżwra fid-diskors tal-inklużjoni, ma tkomplix tnawwar is-sistema edukativa u s-soċjetà.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 August 2022