Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423
08 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 • illum Is-Sindku jgħid li s-sitwazzjoni fil-Ħamrun mhijiex ħażina daqs kemm 'qed ipenġuha' imma jisħaq li hemm bżonn aktar pulizija u 'suldati' Il-gazzetta ILLUM titkellem mas- Sindku Christian Sammut dwar is- sigurtà fil-Ħamrun wara każi ta' ġlied, serq u stupru fl-aħħar jiem u ġimgħat MARIANNA CALLEJA Żagħżugħ jistupra anzjana fit-triq. Il-pulizija jsibuha bil- qalziet ta' taħt imniżżel u b'xokk qawwi. Sakemm qed tispjega, ambulanza tieqaf u tgħidilhom li it passi 'l bogħod, anzjan kien ukoll ġie stuprat. Raġel iħuf f 'nofs ta' lejl madwar karozzi pparkajti. Ftit mumenti wara jidher li qed jipprova jidħol fihom. L-għada l-pulizija jarrestawh iżda mhux qabel ma jweġġa' ħafif lil wieħed mill-kuntistabbli. Waqt l-ewwel tfittxija jsibu fuqu teka tal- ostji, tliet mobiles u arloġġ, fost affarijiet oħra misruqa. U l-iktar waħda friska. F'nofs Triq il-Kbira San Ġużepp, tfaqqa' ġlieda kerha bejn 'il fuq minn 20 ruħ. Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li raġel darab b'mod gravi raġel ieħor b'daqqa ta' injama f 'rasu. Persuna fil-viċinanzi tiġbed filmat tal-ġlieda u dan jinxtered fuq il- midja soċjali. Dawn kollha seħħew fi żmien xahar u kollha fil-Ħamrun. Bla ma trid tibda' tistaqsi, imma s-sigurtà fil-Ħamrun saret daqsekk gravi? Il-gazzetta ILLUM staqsiet din il- mistoqsija lis-Sindku tal-Ħamrun, Christian Sammut illi wieġeb: "Is- sitwazzjoni mhux waħda feliċi iżda mhijiex gravi daqs kemm hawn minn qed inpenġiha." ... imma jitlob għal preżenza ta' iktar pulizija u suldati Filwaqt li rrikonoxxa li hemm it persuni li qed jibżgħu joħorġu minn darhom, is-Sindku qal li l-ħajja baqgħet għaddeja. "Nifimhom lir-residenti. Niem li filli tkun taf kull persuna li tgħix fit-triq tiegħek b'isimha u filli fuqek jidħlu jgħixu għaxart irġiel. Jidħlu u joħorġu mid-dar f 'kull ħin tal-ġurnata u lanqas biss taf min huma." Filwaqt li qal li hija realtà li fil-Ħamrun qed imorru jgħixu numru ta' persuni barranin, huwa ċċara illi l-ġlieda li seħħet nhar il-Ħamis 18 ta' Awwissu ma kinitx tinvolvi persuni residenti l-Ħamrun iżda kienu nies li jinġabru f 'dawk l-akwati. Mistoqsi x'inhu jagħmel il- Kunsill Lokali sabiex is-sigurtà f 'din il-lokalità ssir aħjar, huwa qal li apparti l-pressjoni fuq il- pulizija, il-Kunsill qed jagħmel pressjoni wkoll fuq l-awtoritajiet bħal dawk tas-sanità u tal- housing. "Qed nistenna azzjoni minn dawn l-awtoritajiet ukoll," stqarr dwar dan Sammut. Apparti dan is-Sindku tal- Ħamrun spjega mal-ILLUM kif il-Kunsill qed jinvesti f 'kameras fil-pjazez u postijiet oħra mal- madwar sabiex jassistu l-pulizija f 'każ ta' inċident. Sammut insista fuq kif il- Ħamrun għandu bżonn iktar preżenza ta' pulizija, u mhux biss dawk li jduru bil-karozza. "Fis-sitwazzjoni li qegħdin fiha naħseb anke squads speċjali u suldati għandna bżonn," kompla s-Sindku. Rigward l-effett ta' dan kollu fuq in-negozji fil-Ħamrun, Christian Sammut qal li jiddispjaċih mhux biss għan- negozjanti li qed jippruvaw ikomplu jinvestu fin-negozju tagħhom iżda wkoll għal Kunsill Lokali li maż-żmien qed jipprova jagħmel avvanzi kummerċjali wkoll. Kien għalhekk li fil-laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela nhar it-Tlieta li għadda, dan il-punt tqajjem mis-Sindku wkoll. "Għandna ħafna negozji tal-familji fil-Ħamrun li hemm bżonn ngħinuhom u dawn ukoll semmejthom mal-Prim Ministru," temm jgħid. Il-Prim Ministru jgħid li kull lokalità għandna bżonn soluzzjoni differenti skont ir- realtà li qed taffaċja Waqt intervista fuq ONE Radio, il-Prim Ministru kien mistoqsi wkoll dwar dan is- suġġett. Huwa spjega li s-soċjetà Maltija qed tinbidel u hu minnu illi l-immigrazzjoni kienet fattur importanti f 'dik il-bidla. Insista li ħadd u xejn ma seta' jwaqqaf il-bidla milli sseħħ. Fil-fatt fakkar li minħabba l-pożizzjoni ġeografika ta' Malta, anke l-imigrazzjoni nnifisha hija sfida delikata li wieħed irid joqgħod attent kif jindirizza. Fl-istess ħin huwa spjega li l-imigrazzjoni mhux l-unika realtà fil-lokalitajiet Maltin. B'kollox skont hu hemm tlieta. Huwa spjega illi l-ewwel realtà hija dik tal-immigranti irregolari, it-tieni realtà hija ta' persuni li għażlu lil Malta bħala l-pajjiż li jridu jaħdmu fih u t-tielet realtà hija l-influss ta' turisti li iktar ma jmur qed jiżdied. Propju għalhekk li, fi kliem il-Prim Ministru, kull lokalità għandha realtà differenti. Fil-każ ta' San Ġiljan, huwa spjega kif, bejn is-2:00.a.m u l-5:00.a.m ikun hemm diversi persuni li jkunu fi triqthom lejn id-dar minn stabbilimenti tad-divertiment. Ħafna drabi r-residenti jkollhom jaffaċjaw persuni fis-sakra li jwasslu għal numru ta' inċidenti fosthom ħsara fuq il-karozzi u l-propjetà tal-madwar. "Ma tistax tagħmel distinzjoni bejn il-Maltin u l-barranin f 'dan il-każ. Bilfors irridu nżidu l-preżenza tagħhom il-Pulizija f 'dak il-ħinijiet." Abela qal li huwa tkellem kemm mas-Sindku tal-Ħamrun Christian Sammut u anke mal- Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, dwar l-isfidi li qed jaffaċjaw. Huwa tkellem ukoll mas-Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi. Abela żied jgħid li Azzopardi bagħtlu filmati ta' ġlieda li seħħet il-Marsa eżatt wara l-laqgħa u l-parteċipanti fiha kienu kollha Maltin. Intant, ul-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt mas-Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi, illi talabna nibgħatulu l-mistoqsijiet permezz ta' email. Iżda sakemm morna għall-pubblikazzjoni l-mistoqsijiet kienu għadhom ma ġewx imwieġba. Is-Sindku tal-Ħamrun, Christian Sammut