Illum previous editions

illum 28 august 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1477423

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 intervista IL-ĦADD 28 TA' AWWISSU 2022 • illum 'La l-Gvern qed jirrikonoxxi l-importanza fondi lill-Kunsill. B'€900,000 llum ma F'intervista bla kantunieri, is-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit, iwieġeb għall-kritika li saret fil-konfront tiegħu iżda jesprimi r-rabja u l-frustrazzjoni tiegħu fuq diversi temi, mit-tkaxkir tas-saqajn sal-abbużi minn kuntratturi mqabbda mill-Gvern. Jitkellem ukoll dwar ix-xewqat tiegħu għall-Belt Valletta YENDRICK CIOFFI Li tkun Sindku ta' lokalità huwa ta' unur imma qatt ma hi pożizzjoni faċli għax in- nies dejjem tkun trid minnek u xi drabi tistenna wkoll l-ilma jiżfen. Imma li tkun Sindku tal-Belt Valletta fejn għandek il- qalba residenzjali, kummerċjali u anke dik amministrattiva tal-pajjiż fi spazju pjuttost żgħir hija forsi xi it aktar diffiċli. F'dan il-Ħadd, il-gazzetta ILLUM qed tpoġġi bilqiegħda mas-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit li fl-aħħar ġimgħat kellu jiffaċċja kontroversja minħabba Avviż Legali li l-Gvern daħħal fis-seħħ mingħajr l-ebda konsultazzjoni biex il-mużika mill- istabbilimenti, fit-toroq tal-Belt, tkun permessa sas-siegħa ta' filgħodu. Ma' Zammit, il-gazzetta ILLUM titkellem fuq diversi temi, mill-mużika, sal-parkeġġ, l-abbużi, il-fondi u anke x-xewqat tiegħu għall-Belt Kapitali li xi drabi jibqgħu jew idumu jistennew fuq l-ixkaffa kemm minħabba t-tkaxkir tas-saqajn min-naħa tal-awtoritajiet u anke għax bil-fondi li jingħata, il-kunsill tal-Belt ma jistax ilaħħaq. Fil-fatt, kien hemm drabi tul l-intervista li s-Sindku ma ddejjaqx ikun ċar u wera l-frustrazzjoni tiegħu għall-fatt li fil-Belt Valletta hemm min qed jagħmel li jrid u mill-banda l-oħra, il-Kunsill Lokali ma għandux ir-riżorsi meħtieġa biex ikun jista' jlaħħaq mal-bżonnijiet li tirrikjedi l-Belt Kapitali. Bdejna nitkellmu dwar l-Avviż Legali fuq il-mużika, bl-ILLUM tfakkar lis-Sindku li r-residenti akkużaw lill-Kunsill Lokali li ma kienx fuq in-naħa tagħhom u ma għamilx biżżejjed pressjoni biex l-Avviż Legali nbidel. Is-Sindku beda jisħaq li l-ewwel u qabel kollox il-Kunsill Lokali huwa taħt il-Gvern u jekk il-Gvern idaħħal Avviż Legali, bl- approvazzjoni tal-Kabinett u f 'dan il-każ anke tal-Parlament (għax ittieħed vot fuq mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex dan l-Avviż Legali jkun irrevokat), it li xejn jista' jagħmel. 'Jien stess qed immur indur il-bars; Kulħadd qed jobdi ħlief tnejn' Madanakollu, Zammit insista li r-residenti ma jkunux ġusti u jgħidu li hu ma jagħmel xejn. Mal-ILLUM, Zammit qal li l-Ġimgħa filgħaxija, meta l-Belt Valletta tkun mifqugħa bin-nies, hu stess qed imur idur il-bars biex jassigura li l-mużika wara l-11pm ma tkunx eċċessiva u biex wara s-siegħa tkun wieqfa għal kollox. "Kulħadd qed jobdi ħlief żewġ bars partikolari li tkellimna magħhom u qed nassiguraw li dawn jobdu wkoll," qal Zammit. "Għaddew kważi xahrejn minn meta ħareġ l-Avviż Legali u llum għandna kampjun ta' dak li qed isir." Kompla jgħid li hemm kommunikazzjoni kontinwa bejnu, uffiċjali tal-Kunsill u l-Pulizija u mhux l-ewwel darba li tkellem magħhom anke fis-siegħa ta' filgħodu, għax ċemplulu r-residenti stess, biex il-Pulizija tmur u tieħu passi. Wera d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li kien hemm min għajru personalment, anke b'ommu li mietet it tas-snin ilu u dan meta fi kliemu, kien jagħmel dak li jista', jiġifieri li almenu jara li s-sidien tal-bars u r-ristoranti ma jesaġerawx u ma jdejqux lir-residenti. Fakkar li anke jekk l-Avviż Legali huwa miuħ ħafna, hu kien ippreveda, anke f 'kummenti mal-ILLUM, li l-istabbilimenti se jħallu l-mużika wara l-11pm, fi tmiem il- ġimgħa biss. Qal li minkejja l-ħafna storbju li sar, illum il-ġurnata hekk qed jiġri, anke jekk l-Avviż Legali ma jispeċifikax. "Jiena għandi n-negozji wkoll. Jiena naf li biex iġġib band trid €300. Liema bar jew ristorant jiflaħ jonfoq €300 kuljum fuq band?", staqsa Zammit. "Jiena s-sidien naom kważi kollha u ndur u nitkellem magħhom. Qed iġibu l-band nhar ta' Ġimgħa u Sibt biss." 'Fiċ-ċentru ta' Londra mhux ukoll jgħixu n-nies? Il-Belt Valletta hija Belt Ewropea' L-ILLUM tfakkru li anke s-sidien tal- Boutique Hotels u l-Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lis-sidien tar-ristoranti u l-lukandi ħarġu kontra l-Avviż Legali. Allura l-Kunsill Lokali biss ma setax isemma leħnu? "Jiena l-Belt naa. Fiż-żoni residenzjali fejn hemm ħafna nies, il-Gvern kien attent li ma jweġġax lir-residenti. Għad-Due Balli, il-Mandraġġ u l-Arċipierku, fejn hemm ħafna residenti, dan l-Avviż Legali ma jgħoddx u it hemm bars. Imma ma rridux ninsew li l-Belt Valletta, hija Belt Ewropea," kompla Zammit. "Xi rridu, Belt Valletta li tmur torqod mas-sebgħa? Jew Belt Ewropea kif għandu kulħadd, fejn illum iż-żgħażagħ jippreferu jidħlu l-Belt milli jmorru Paceville." Is-Sindku kompla jgħid li ma jreġix l-argument ta' bosta li jgħidu li l-Belt Valletta ma tistax titqabbel ma' bliet oħra kbar, għax ma hemmx differenza bejn iż- żona kummerċjali u ż-żona residenzjali. "Fil-qalba ta' Ruma jew fiċ-ċentru ta' Londra ma jgħixux nies?", kompla jinsisti. "Ma tistax lanqas tippretendi li toqgħod fiċ-ċentru tal-Belt, fi Pjazza San Ġwann u r-ristorant ta taħtek jagħlaq fit-8pm." Is-Sindku kompla jisħaq li huwa kburi bil-fatt li l-Belt Valletta hija kontributur importanti għall-ekonomija tal-pajjiż. Fakkar li 95% tat-turisti li jżuru Malta jidħlu l-Belt u siegħa jew sagħtejn żejda għar-ristoranti u l-bars tagħmel differenza kbira mhux biss għas-sidien imma anke għall-ekonomija, għax il-Gvern, mingħand l-istess stabbilimenti, se jiġbor siegħa oħra f 'VAT u taxxi. "Irridu l-pensjonijiet, irridu s-servizzi b'xejn, imma mbagħad ma rridux nagħmlu it il-parti tagħna għall-ekonomija tal- pajjiż," kompla Zammit. 'Il-Gvern għandu jifhem li din Belt Kapitali! €900,000 x'tagħmel bihom? Iżda hawn is-Sindku tefa it il-ballun f 'saqajn il-Gvern u insista li jekk il-Gvern qed jagħti importanza lill-Belt għax jiem kemm hi importanti għat-turiżmu u l-ekonomija, mela allura għandu jassigura li l-Kunsill Lokali tal-Belt jingħata biżżejjed fondi biex ikun jista' jlaħħaq mal-ispejjeż u xejn xejn, jikkumpensa it lir-residenti anke għall-inkonvenjenti li jkollhom jgħaddu minnhom. "Agħti widen għal dak li ilni ngħid jiena," qal Zammit lill-Gvern. "Il-finanzi tagħna jistgħu jibqgħu €800,000 u €100,000 fondi speċjali. X'inhuma €900,000 llum għall- Belt? Irridu naqilgħu l-bankini kollha. Minn fejn se nibdew? Meta tara fondi li jieħdu entitajiet tal-Gvern u tara x'jieħu l-Kunsill Lokali tal-Belt, taħseb li dan biżżejjed? Meta saret il-liġi fi żmien Fenech Adami kienet tajba, imma llum il-Belt saret Belt Ewropea u din donnu li ma nistgħux nimuha." Alfred Zammit fakkar li meta sar Sindku hu, sab €600,000 dejn imma insista li dan lanqas sar apposta. L-amminstrazzjoni preċedenti ma setatx tagħmel mod ieħor. "Ma tlaħħaqx. Għandna €900,000 u l-maġġoranza tagħhom nonfquhom f 'kuntratti tad-tindif," kompla s-Sindku. "Il-Gvern għandu jiem li din hija Belt Kapitali li trid tikkompeti ma' bliet Ewropej oħra. Ma għandnix ningħataw imqar €3 miljun? X'inhuma €3 miljun illum." 'Kuntrattur tal-Gvern għandu jħallasna wkoll! Kissrulna l-bankini ... biex se nirranġawhom?' Hemm diskrepanzi oħra li s-Sindku tal- Kapitali tkellem dwarhom b'insistenza u kważi kważi b'rabja wkoll. Fi kliemu, illum il-ġurnata, jekk anzjana ta' 80 sena trid tirranġa l-faċċata tagħha, tarma scaffolding, u tieħu żewġ parkeġġi, trid tħallas lill-Kunsill Lokali. L-istess jagħmel kuntrattur privat li jarma scaffolding, jidħol bit-trakkijiet u jieħu ħames parkeġġi. "Iżda kuntrattur tal-Gvern, li jieħu l-miljuni biex jirranġa xi faċċata ta' binja pubblika u jieħu post ta' tmien karozzi jew aktar għal xhur sħaħ, dak ma jiġix il- kunsill biex iħallas minħabba klawżola fil-liġi (dwar fondi Ewropej u proġetti soċjali) li ma tagħmilx sens u kulħadd idur magħha. Dawn jidħlu bi krejns kbar, jieħdu l-parkeġġi, kissrulna l-bankini u

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 august 2022