Illum previous editions

ILLUM 25 September 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1479880

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 25 TA' SETTEMBRU 2022 The Embryo Protection Authority is seeking to recruit Clerk Jobsplus Permit No: 551/2020 Indefinite Basis Applicants eligible for this post must be in possession of: Formal Education with a minimum possession of six O'Levels and ECDL qualification. A good knowledge of written English and Maltese with good command of computer skills. Candidates should have the ability to work as part of a team and on his/her own initiative. Good communication skills. Interested persons are to submit their applications together with detailed Curriculum Vitae by not later than 10 th October 2022, at noon. Applications should be addressed to: The Chief Executive Officer Embryo Protection Authority 88, Tarxien Road, Luqa, LQA 1811 OR via email at: info.epa@gov.mt For more info please call 25951650 'Bilanċ ġust li jirrispetta t-taxxi li jħallas il-poplu' - Caruana minn paġna 1 Kienu sorsi differenti li żvelaw kif din se tkun kundizzjoni importanti li tintrabat mal- iskema ta' irtirar kmieni, li ġiet ikkritikata bil-qawwi minn diversi assoċjazzjonijiet li jirrapreżentaw lil dawk li jħaddmu. L-għan tagħha huwa li jintlaħaq dan il-bilanċ li semma' l-Ministru u anke biex tikkalma xi it tar-rabja li kien hemm fost diversi msieħba soċjali. Sors partikolari nnota li l-perjodu ta' sitt snin jinkorpora fih ukoll il- perjodu tal-elezzjoni ġenerali li jmiss, u allura żmien meta tipikament jiddaħħlu aktar nies fis-settur pubbliku. Din l-iskema ġiet offruta lil madwar 300 ħaddiem tal- Groundhandling u ħaddiema amministrattivi, bħala alternattiva għal impjieg mal- Gvern bis-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja jgħid f 'intervista ma' din il-gazzetta illi dan seħħ wara li l-istess unjin kellha ħafna talbiet għal skema ta' dan it-tip. Il-kritika iżda kienet l-aktar dwar l-ispiża, bl- Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem (MEA) tgħid li dan huwa "l-aktar ehim oxxen fl-istorja tar-relazzjonijiet industrijali ta' Malta." Il-ehim - li kien approvat mill-maġġoranza assoluta tal- ħaddiema in kwistjoni, membri tal-GWU - ifisser li l-ħaddiema li jmorru għall-iskema tal-irtirar kmieni jgawdu minn somom li jvarjaw bejn €40,000 u kien irrapportat li jibqgħu telgħin sa €300,000, skont il-pożizzjoni li kellhom u skont kemm ilhom jagħtu servizz lill-kumpanija. B'kollox din l-iskema se tiswa' lill-pajjiż mal-€50 miljun. Il-MEA saħqet illi ħaddiem li jkun ilu ħames snin biss fl- impjieg se jieħu sa' €80,000, jew €16,000 għal kull sena servizz. "Dan il-ehim huwa bla preċedent... serq sfaċċat," sostniet l-MEA. Il-Kamra tal-Kummerċ u l-Kamra tal-SMEs ukoll ikkritkaw din l-iskema u talbu spjegazzjonijiet mingħand il- Gvern. Intant il-GWU dejjem insistiet li l-ħaddiema għandu jkollhom garanzija ta' xogħol u garanzija tal-istess dħul, anke jekk jingħataw impjieg mal-Gvern. Mal-gazzetta ILLIUM Bugeja kien qal li diversi ħaddiema tal- groundhandling ħassewhom offiżi bil-mod kif kien hemm min iddubita l-abbilitajiet tagħhom wara snin ta' dedikazzjoni u servizz lejn il-linja nazzjonali tal- ajru. Fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tan- Nazzjonijiet Uniti, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa bilaterali mal-President tal-Kunsill Libjan Mohamed Menfi. "Malta bħala membru elett tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti se taħdem biex tappoġġja l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali u tar-Rappreżentant Speċjali tas- Segretarju Ġenerali dwar il-Libja," sostna l-Prim Ministru Abela. Abela sostna li Malta se tkompli taħdem biex il- Libja tibqa' fuq quddiem fl-aġenda tal-UE, b'mod partikolari fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeopolitika attwalĠew diskussi wkoll setturi ta' kollaborazzjoni bħall-enerġija, il-kummerċ, l-edukazzjoni u s-saħħa. Il-Prim Ministru tenna li Malta hija kommessa li żżomm relazzjoni b'saħħitha mal-Libja u l-poplu Libjan. Intant il-Prim Ministru Robert Abela ffirma ehim mal-Prim Ministru tal-Antigua u Barbuda Gaston Browne li se jwassal biex l-Aġenzija għall-Enerġija u Ilma ta' Malta tassisti lill-pajjiż iżid il-kapaċità tiegħu fl-immaniġġjar aħjar tar-riżorsi skarsi tal-ilma. Dan il-ehim jimplimenta dikjarazzjoni li l-Prim Ministru għamel waqt il-COP26 fi Glasgow dwar l-inizjattiva ta' Malta Islands for Islands, li timmira biex tgħin gżejjer żgħar li għadhom qed jiżviluppaw sabiex jegħlbu l-isfidi uniċi li jiffaċċjaw relatati mat- tibdil fil-klima. Fid-diskors tiegħu lill-Assemblea Ġenerali tan- Nazzjonijiet Magħquda, il-Prim Ministru Robert Abela sostna li Malta qed tgħin lil stati gżejjer żgħar oħra fil-qasam tal-immaniġġjar tal-ilma – sfida għal ħafna pajjiżi u waħda ewlenija għall-ġenerazzjoni preżenti. Il-PM Abela f'laqgħa mal-President tal-Kunsill Libjan u fi ftehim ma' Antigua u Barbuda Clyde Caruana

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2022