Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768
10 intervista IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 • illum 'Fit-trasport hemm falliment kbir; u għandu jwarrab' YENDRICK CIOFFI It-traffiku jibqa' fost l-akbar sfidi li għandu l-pajjiż. Toħroġ x'ħin toħroġ fil-ħinijiet tax-xogħol, xi mkien se teħel. Agħar minn hekk, l-inċidenti qed jiżdiedu u din is-sena rat l-akbar numru ta' fatalitajiet. Dwar dan kollu, il-gazzetta ILLUM poġġiet bilqiegħda mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport, Adrian Delia li qed jinsisti li fit-trasport hemm "falliment." Għalhekk, l-ILLUM tmur mill-ewwel għal għajn il-labra. Jaħseb li l-Ministru Aaron Farrugia għandu jwarrab. Delia kien skjett. "Mhux biss hawn min qed jitlef il-kontroll fuq l-istering, imma l-Ministru tilef il-kontroll tal-Ministeru." Insista li Farrugia huwa inadegwat u lanqas biss assigura li l-Baġit jindirizza din il- problema. "Ħsieb xejn. Finanzi xejn. Pjanar xejn. Skandli kemm trid. Il-Ministru ma għandux jibqa'," qal Delia. 'Kull ħmistax xi ħadd miet f'inċident tat-traffiku' Iżda l-ILLUM tistaqsi li Delia għaliex jiġri x'jiġri kollox jeħel il-Gvern. Il-Gvern investa fit-toroq u saħanistra għamel it-trasport pubbliku b'xejn. Agħar minn hekk, għat- traġedji li seħħew, se jeħel il-Gvern? Kieku llum hemm il-PN fil-Gvern, ma kinux jiġru inċidenti? Delia beda jfakkar li din is-sena seħħew 24 inċident fatali, jiġifieri kull ħmistax, xi ħadd miet f 'inċident tat-traffiku. Apparti minn hekk kienu rrapportati 'l fuq minn 1,000 inċident li fih weġġgħu n-nies u 2,000 inċident aktar meta wieħed iqabbel mas-sena ta' qabel. "Bdejna nitkellmu fuq it-traffiku, il-ħin u l-frustrazzjoni. Imbagħad bdejna nitkellmu fuq kemm it-traffiku qed jiswa flus lin-negozji. Komplejna nitkellmu fuq l-impatt ambjentali tat-traffiku. Imma issa, qed nitkellmu fuq l-agħar ħaġa possibbli, jiġifieri t-telf tal-ħajja," insista Delia. Saħaq li jkun politiku bi it kredibbilità li jgħid li dawn il-fatalitajiet huma tort tal- Gvern imma fl-istess ħin qal li hemm diversi affarijiet li l-Gvern jista' jagħmel. Skandlu TM: 'Hawn mijiet li mhux suppost għandhom liċenzja' Irrefera għal dawk li sejħilhom bħala "skandli" fi Transport Malta. Iffoka biss fuq il- każi ta' korruzzjoni fil-ħruġ tal-liċenzji. "Fit-toroq tagħna għandna min qed isuq minkejja li mhux suppost għandu liċenzja. Fil-Qorti taf x'intqal? L-istruzzjoni kienet: 'morru u sakemm ma jiġux lura bil-karozza mimlija demm, għadduhom.' Dawn huma xufiera fit-toroq tagħna. Hawnhekk iva trid tintrefa' r-responsabbilità politika," saħaq Delia. Iżda l-ILLUM twaqqfu u tistaqsih jekk jafx kemm hemm xufiera minn dawn, jiġifieri persuni li ngħataw il-liċenzja bi pjaċir. Qal li mill-informazzjoni li għandu hu, hemm mijiet ta' xufiera li mhux suppost għandhom liċenzja u minkejja kollox, ħadd ma jaf kemm minn dawn il-liċenzji ġew irrevokati. '30,060 vettura rreġistrati fuq barranin; Dawn jafuhom it-toroq?' Kompla jikkwota aktar statistika u spjega kif f 'Malta hawn 30,060 vettura rreġistrati fuq persuni barranin. Apparti minn hekk, hawn aktar minn 3,400 vettura liċenzjata biex jintużaw fil-ġar tal-passiġġiera. "Mhux qed ngħid dan għax barranin, imma rridu nistaqsu kemm dawk ix-xufiera barranin jafu t-toroq Maltin u kemm huma familjari mal-bidliet li jsiru fid-direzzjoni tat- traffiku meta jsiru x-xogħlijiet. Dan ukoll iżid it-traffiku," insista Delia. Tkellem ukoll dwar l-infrastruttura tat- toroq inkluż id-dawl u l-immaniġjar. Insista li hawn toroq mudlama li filgħaxija diffiċli ssuq fihom. Filwaqt li rrikonoxxa li barra minn Malta jkun hemm toroq sħaħ bla dawl, insista li l-istess toroq ikollhom sinjali li jirriflettu d-dawl tal-karozza. "Anke dwar l-istat tat-toroq irridu nitkellmu. Mhux biżżejjed ngħidu li nfaqna miljuni fi triq, imma rridu naraw kemm fiha hu mmaniġġjat tajjeb it-traffiku." Fi kliemu, il-Ministru Aaron Farrugia l-ewwel weħħel fil-festi, imbagħad weħħel fl-inċidenti li qed iwaħħlu t-traffiku, minflok bil-kontra u mbagħad f 'kummenti ma' din l-istess gazzetta weħħel fin-nuqqas ta' Pulizija fit-toroq. "Għandu raġun dwar il-Pulizija imma ma ninsewx li kien hemm skandlu ieħor fit- Taqsima tat-Traffiku. Dawk il-Pulizija li ġew sospiżi minn din it-Taqsima, iddaħħlu oħrajn minflokhom?" staqsa Delia. Tkellem ukoll dwar l-uffiċjali ta' Transport Malta. Qal li dawn iddaħħlu bl-għexieren imma staqsa jekk dawn ingħatawx taħriġ u jekk iva, x'tip ta' taħriġ ingħataw. "Dawn qed jgħinu l-problema, qed iżidu l-problema jew huma parti mill-problema? X'inhu xogħolhom? X'suppost jagħmlu?", kompla jistaqsi Delia. Tajjeb tikkritika, imma x'qed tipproponi? Iżda l-ILLUM twaqqaf lil Delia. Tirrikonoxxi li għandu raġun f 'ħafna mill- argumenti tiegħu, iżda x'qed jipproponi l-PN? Tfakkru fi proposta li għamel il- konsulent reġjonali tal-Għaqda Dinjija tas- Saħħa, Jonathan Passmore waqt konferenza dwar is-sigurtà fit-toroq organizzata mill- organizazzjoni Doctors for Road Safety. Dan issuġġerixxa li l-awtoritajiet Maltin jikkunsidraw is-sistema Awstraljana tal-għoti tal-liċenzja tas-sewqan fejn id-drittijiet tal- liċenzja tas-sewqan jingħataw skont l-etajiet tax-xufiera u jekk ikunu għaddew minn testijiet preċiżi. Adrian Delia faħħar l-impenn ta' dan il- grupp ta' tobba u fakkar li anke l-President ta' Malta stess, li huwa t-tabib, iddeskriva l-inċidenti li qed iseħħu bħala "tebgħa sewda fuq in-nazzjon." Filwaqt li qal li din il-proposta għandha tkun diskussa u studjata, Delia insista li llum teżisti ħafna teknoloġija li tista' tintuża biex tgħin biex jonqsu dawn l-inċidenti. Semma pereżempju li jeżistu karozzi li jkunu jistgħu jilħqu ċertu ammont ta' veloċità iżda l-ispare- key tagħhom ikollha massimu ta' veloċità. "Hawn teknoloġija li tista' tiddetermina l-massimu tal-veloċità li biha wieħed jista' jsuq. Immaġina missier li se jsellef karozza lill-ibnu u li jagħtih din iċ-ċavetta sakemm jikseb aktar esperjenza." 'Mietu aktar nies bi problemi respirtorji milli bil-Covid; Għandna emerġenza' Fakkar kif meta faqqgħet il-pandemija, Malta ddikkjarat Emerġenza tas-Saħħa Pubblika iżda spjega kif l-istatistika turi li fl- istess perjodu f 'Malta mietu aktar nies b'mard respiratorju milli bil-Covid-19. Kompla jikkwota l-istess studju li juri kif dan il-mard, fl-aħħar 10 snin, żdied bi 48%. "Din hija emerġenza li ma ddikjarajnix u li dwarha mhux se nieħdu passi," qal Delia. 'Aktar ġibjuni tal-ilma ħa niffrankaw l-għargħar...' Iżda x'inhuma l-proposti tal-PN? Adrian Delia qal li it ilu, wara li l-Ministru Aaron Farrugia u l-Ministru Clayton Bartolo għamlu konferenza dwar xogħlijiet fl-Għadira, għamlet ħalba xita u għereq kull m'hemm. Fi kliemu, l-għargħar fit-toroq huwa kkawżat minħabba nuqqas ta' ppjanar u dan ukoll jikkawża t-traffiku. Propju għalhekk li semma l-proposta tal-PN li għandu jkun hemm ġibjuni tal-ilma taħt kull grawnd, pitch, proprjetà u anke spazji miuħa, fost oħrajn. Fakkar li meta fl-imgħoddi saru dawk imsejħa bħala storm-water-culverts bħal Birkirkara u l-Imsida, dawn il-proġetti ħadmu. Fi kliem Delia, soluzzjonijiet hemm imma mhux qed isiru. "Bini kullimkien. Nistaqsi kemm qed ikun hemm ippjanar u infurzar tal-liġi fejn jidħol il-bini ta' bjar u ġwiebi. Qegħdin isiru? Ħafna aktar art qed tittieħed għall-bini, ħafna inqas għelieqi biex jixorbu l-ilma u ħafna inqas investiment fl-immaniġar tal-ilma. Mela fi żmien il-Kavallieri kienu jaħsbu kif se jimmaniġjaw l-ilma u aħna mhux kapaċi nagħmlu dan." 'Teleworking: ma tgħallimna xejn mill- pandemija' Apparti minn hekk, Delia qal li hemm ħafna affarijiet li jistgħu jsiru u li ma jiswewx flus iżda jridu it tal-ħsieb u leġislazzjoni. Semma, fost oħrajn, it-teleworking. Fakkar kif fi żmien il-pandemija, mijiet ħadmu mid- dar, inkluż nies fid-dipartimenti tal-Gvern u x-xogħol sar. "Mela fi żmien l-emerġenza tas-saħħa ħdimna mid-dar u issa meta għandna emerġenza għas-saħħa, ma tgħallimna xejn. Qabel kienu ta' bilfors issa nistgħu nagħmluhom inċentivi. Immaġina kieku Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport, Adrian Delia jgħid li sistema ta' trasport tal-massa għandha b'mod urġenti terġa' titpoġġa fuq l-aġenda nazzjonali u jkun hemm qbil bejn Gvern u Oppożizzjoni dwar kumitat ta' esperti li jkun hu li jiddeċiedi dwar l-aħjar sistema