Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487970
10 analiżi IL-ĦADD 11 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum FIFA, id-dinja: Tal- futbol, tal-iskandli u tal-korruzzjoni ANTHEA CACHIA Il-qawl Malti jgħid li l-flus huma l-passaport għall-infern iżda jekk dan huwa l-każ, mela l-FIFA għandha passaport tant b'saħħtu li anke dawra mal- qamar jieħdok. Lil hinn mill-flus iġġenerat b'mod ġenwin, din il-Federazzjoni għandha rekord ta' korruzzjoni, tant li ħafna jgħidu li dan mhux biss tappan l-immaġni u l-kredibilità tal-Federazzjoni iżda li xekkel l-għan ewlieni tal-futbol, li tgħaqqad id-dinja. Fil-fatt mhux wieħed, tnejn jew tlieta mill-uffiċjali tagħha ġew arrestati fuq korruzzjoni, ħasil tal-flus, tixħim… u minjaf kemm aktar. Minkejja li l-aktar "riċenti" hija dik tal-Qatar, il-FIFA għandha storja ta' reati kriminali li jmorru lura deċennji ta' snin, speċjalment mal-ħatra ta' Joăo Havelange, li kif jgħid il-malti wkoll, kien il-perċimes li wassal għat-triq tan-niżla. Min hu Havelange u għaliex jissemma? Havelange, imwieled il-Brażil, ġie elett bħala l-President ta' FIFA fl-1974 wara kampanja qawwija jdur numru sostanzjali ta' pajjiżi, f 'qasir żmien. Ir- rappreżentazzjonijiet tal-pajjiżi fi ħdan il-FIFA, speċjalment f 'każi ta' votazzjoni għall- sitwazzjonijiet simili, dak iż- żmien kienu imqassma f 'sitt konfederazzjonijiet. Il-popolarità irnexxielu jkabbarha fost ċertu konfederazzjonijiet bl-għajta li waqt il-presidenza tiegħu jagħti prominenza wkoll lill- pajjiżi mhux daqstant żviluppati, b'attenzjoni partikolari għall- pajjiżi Afrikani. Wieħed ma jistax jiċħad il- fatt li taħt it-tmexxija Havelange FIFA, minn kważi falluta għamlet tkabbir ekonomiku kbir, bi profitti kbar. Fil-fatt bl-għajnuna ta' Sepp Blatter - dak iż-żmien is-Segretarju Ġenerali iżda aktar tard President huwa wkoll - irnexxielhom jiksbu sponsorships kbar ma' kumpaniji li għad għandhom saħħa ekonomika sa' llum, fosthom Adidas u Coca Cola. Apparti minn hekk Havelage għamel numru ta' bidliet oħra fid- dinja tal-ballun inkluż kampjonati ta' taħt is-17-il sena u tan-nisa, aktar immodernizzar u fuq kollox li jkollu kontroll fuq id-drittijiet televiżivi u aktar marketing. Dan b'konnessjoni estensiva mal- kumpanija ta' marketing sportiva; International Sports and Leisure (ISL), illum m'għadiex eżistenti. Minkejja dan, ħafna jikkritikaw dawn id-deċiżjonijiet għax jemmnu li l-kummerċjalizazzjoni ta' dan l-isport wassal biex il- futbol tilef ruħu. L-ISL mietet mewta "traġika" fl-2001 wara evidenza ċara ta' korruzzjoni, bi djun li jaqbżu l-€177 miljun u b'konnessjoni diretta mal-FIFA. Tant hu hekk li Qorti tal-Isvizzera investigat il-falliment tal-kumpanija fuq miljuni ta' dollari li kienu maġikament għebu. Il-Kap Eżekuttiv tal-ISL Christoph Malms qal li "l-kumpanija kienet sors privata ta' flus għall-FIFA u li virtwalment kienet bank privat tal- FIFA." Allegazzjonijiet oħra saru wkoll fil-konfront tar-relazzjoni bejn l-ISL u Havelage u li mat- transazzjonijiet monetarja bejn il-kumpanija u FIFA minħabba r-relazzjoni ta' bejn it-tnejn, kien hemm ukoll it-tielet transazzjoni sigrieta. Dan filwaqt li l-ISL allegatament għaddiet numru ta' pagamenti ta' tixħim lill-uffiċjali oħra tal-FIFA. L-inkompetenza tal-immaniġġjar tal-kumpanija ma kinitx biss attribwita għall- korruzzjoni li għamlet tul is-snin, iżda li apparti dan ir-reat għamlet paprata oħra fl-1997. Dakinhar l-ISL għaddiet madwar €1.5 miljun, intenzjonati li jintużaw għal tixħim, lill-FIFA biżball meta dawn suppost inbagħatu fil- kont tal-Havelage. Minkejja dan, dawn il-flus ġew trasferiti minn Blatter lura għal Havelage meta Korruzzjoni, tixħim, voti u arresti. Min huma Joăo Havelange u Sepp Blatter? Għaliex il-FIFA kellha pressjoni mill-President Franċiż biex it-Tazza tad-Dinja tingħata lill- Qatar? Ftit ġimgħat ilu l-ILLUM tat ħarsa lejn il-kontroversji tal-Qatar u din il-ġimgħa lejn l-akbar skandli tal-FIFA