Illum previous editions

ILLUM 10 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

14 films IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Wieħed mill-karattri fittizji li deher bosta drabi fuq il-liżar taċ- ċinema hu l-popolari Tarzan, ir-Re tal-Ġungla. Ħafna huma dawk l-atturi li nterpretawh sa miż-żmien bikri taċ-ċinema mutu, pero' l-attur li jibqa' dejjem abbinat ma' din il-figura hu, l-eroj Amerikan tal-għawm Olimpiku, Johnny Weismuller, li deher f 'serje ta' 12-il film li għamlu suċċess konsiderevoli. F'wieħed minn dawn il-produzzjonijiet, Tarzan Finds A Son (1939), fil- parti tat-tifel mitluf fil-ġungla meta l-ġenituri tiegħu mietu fi kraxx t'ajruplan, insibu lil Johnny Sheffield bħala biss "Boy". Dan l-attur kompla jidher fis-serje ta' Tarzan ukoll u kellu sensiela oħra ta' films dwar Bomba: e Jungle Boy, li dan l-artiklu se jkun iddedikat għalih. Bomba: e Jungle Boy hija serje ta' kotba avventurużi Amerikani ta' tifel maħruġa minn Stratemeyer Syndicate taħt il-psewdonju ta' Roy Rockwood u ppubblikati minn Cupples + Leon kważi mal- 100 sena ilu, fis-snin għoxrinijiet. Naturalment, dawn jimitaw sewwa lis-serje tant maħbuba ta' Tarzan. Kienu ħarġu 20 ktieb f 'din is-serje, l-ewwel 10 ambjentati fl-Amerika t'Isfel, fejn Bomba trabba fil-ġungla u jipprova jsib l-oriġini tiegħu. It- tieni sett ta' kotba jibdlu x-xena għall-Afrika fejn Bomba, issa aktar matur, jkollu ħafna aktar avventuri fil-bosk. Tema komuni li tirrenja f 'dawn il- volumi hi li Bomba, li hu abjad, hu spirituż u fuq tiegħu ħafna, waqt li ħbiebu li huma somor, huma aktar trankwilli. Fil-ktieb tiegħu, Master Of Adventure, dwar studju tax- xogħlijiet ta' Edgar Rice Burroughs, il-kreatur ta' Tarzan, Richard A. Lupoff jiddeskrivi l-ħrejjef dwar Bomba bħala aktar sfaċċati dwar ir- razziżmu milli dawk spissi kkritikati ta' Tarzan. Fl-1949, Monogram Pictures permezz tal-produttur Walter Mirisch, li wara avvanza għall- xogħlijiet ċinematografiċi ta' livell aktar għoli, iddeċieda li jipproduċi serje ta' films ta' baġit żgħir dwar l-avventuri tat-tfajjel tal-ġungla bbażati minn fuq il-kotba popolari għat-tfal tal-1920 u wara fuq dawk ta' Roy Rockwood. Għal din is- sensiela ta' produzzjonijiet li tixbaħ lil dik ta' Tarzan, poġġa taħt kuntratt li Johnny Sheffield li ħadem il-parti ta' Boy fil-films ta' Tarzan u lill- veteran ta' diversi "B movies" u serje oħrajn, lid-direttur Ford Beebe, espert biex joħroġ xi ħaġa minn fejn m'hemm xejn. Bi spazju adekwat fl- istudjo u aċċess għad-dokumentarji tal-1930, Africa Speaks biex juri xeni tan-natura, twieled Bomba: e Jungle Boy, avventura żgħira mhux ħażin, b'Peggy Ann Garner, tfajla ta' talent, taħdem miegħu. L-għaxar films ta' wara l-ewwel wieħed malajr sabu ruħhom ġo formula ta' rutina li malajr bdiet tisfuma. Dawn il-films inħadmu l-aktar ghall-udjenzi żgħar li jistgħu jibqgħu jirrispondu fl- affermattiv lejn l-istorja kważi simili ta' dawn il-produzzjonijiet. Meta l-films ta' Bomba, li kollha kienu ambjentati fl-Afrika, sabu suċċess mal-ġenerazzjoni żagħżugħa, l-ewwel 10 kotba tat-Tfajjel tal-Bosk, reġgħu ġew ippubblikati fis-snin ħamsin minn Grosset & Dunlap, pubblikaturi ta' ħafna kotba popolari ta' serje oħrajn. Wara xi snin, dawn l-istess kotba għat-tielet darba reġgħu ġew stampati. Fl-1962, l-istazzjon tat-TV WGN wera dawn il-films f 'ħinijiet popolari tas-sajf taħt l-isem Zim Bomba, b'Zim tfisser tifel fil- lingwa Swahili. Fl-1967/68, DC Comics ħarġu serje ta' 7 volumi bbażati minn fuq dan il-karattru. Carmel Bonnici Bomba: The Jungle Boy SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 42˚Ċ L-INQAS: 29˚Ċ Temp Xemxi matul il-jum u sabiħ billejl Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mit-Tramuntana għall- Majjistral lokalment forza 3 L-OGĦLA: 41˚Ċ L-INQAS: 28˚Ċ Temp Xemxi matul il-jum u sabiħ billejl Viżibilità Tajba Riħ Punent għall-Majjistral forza 2 jew 3 għall-ewwel li jsir forza 3 għal 4. 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 September 2023