Illum previous editions

ILLUM 10 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507379

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' SETTEMBRU 2023 • illum SHABAN BEN TAHER Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' sors viċin l-MFA, sabiex din il-persuna tispjega sew x'inju l-pjan ta' kummerċjalizzazzjoni tal-klabbs, li wieħed mill- għanijiet tiegħu huwa li jattira aktar proġetti bħal dak li se jsir f 'Santa Luċija, li għandu jkun wieħed mill-akbar kumplessi sportivi f 'pajjiżna. Tul l-aħħar snin, l-MFA ilha titkellem fuq pjan ta' kummerċjalizzazzjoni tal- klabbs tal-futbol. B'dan, hi tkun tista' tirregola aħjar id- djun tal-klabbs mal-Presidenti rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, il-klabbs rispettivi kapaċi jibbenifikaw minn investimenti akbar fil-faċilitajiet tagħhom, filwaqt li l-investitur ikun jista' jieħu l-profitti sabiex jirkupra l-investiment. Kienu bosta l-każijiet fejn klabb spiċċa involut f 'battalji legali kontra dak li kien l-Eks President tiegħu. Bħala eżempju, wieħed jista' jirreferi għall-każ tal-biljunarju Sirjan Kirdi, li fittex lil Naxxar Lions f 'Qorti fil-Kanada għal somma ta' madwar €600,000, li kienet tinkludi kemm pagamenti li hu investa fil-klabb kif ukoll danni li sofra sakemm dam President, liema finalment intrebħet mill-klabb Naxxari. Eżempju ieħor huwa ta' Floriana FC vs Stephen Vaughan Jr tal-2014, fejn Floriana kienu qed jallegaw li Vaughan Jr kien jaf lill-klabb madwar €70,000 f 'obligazzjonijiet relatati ma' pagi tal-plejers, kowċis u ħaddiema oħra li ma kinux onorati. Min- naħa l-oħra, Vaughan Jr fittex lill-Floriana fuq ammonti li skontu kienu midjunin mill- klabb mingħandu. Dan il-każ ġie deċiż bi qbil bejn iż-żewġ partijiet barra mill-Qorti. Però, xorta jibqa' l-fatt li każijiet ta' din ix-xorta jħallu impatt negattiv, kemm fuq ir-reputazzjoni tal-futbol lokali, kif ukoll għax ikomplu jimpenjaw ir-riżorsi tal-klabb rispettiv, li diġà huma eżawriti kif inhuma. L-ewwel nett, is-sors spjega li dan mhuwiex se jkun rekwiżit għal kull klabb; kull klabb se jkollu l-għażla li jadotta din is- sistema, jew inkella jibqa' jaħdem bis-sistema kurrenti li ilu jopera biha. Is-sistema kurrenti hija dik ta' elezzjoni waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali, fejn jivvotaw il-membri kollha li jkunu ħallsu l-miżata ta' sħubija mal-klabb dik is-sena, sabiex jiġi elett il- President u l-bqija tal-Kumitat. Minflok din is-sistema, l-alternattiva li qed tippjana l-MFA hija li l-membri tal- klabb jinqasmu f 'żewġ tipi. Tip B jkun kompost minn membri Pjan biex tinstab soluzzjoni Dan il-pjan kapaċi jwassal ukoll għal investimenti infrastrutturali akbar, jgħid sors mill-MFA Vittoriosa Stars ippenalizzati 3 punti MATTHEW FARRUGUA L-Assoċjazzjoni Maltija għall- Futbol naqqset tliet punti lil Vittoriosa Stars wara li nstabu ħatja li kisru sospensjoni fuq l-Eks President tagħhom, Daniel Osini. Dan wara rakkomandazzjoni mill-Kumitat tal-Etika u Konformità, u din id-deċiżjoni tista' tiġi appellata. Fi stqarrija mill-MFA, intqal li l-klabb tal- Birgu se jibda' dan l-istaġun bi tliet punti ta' penalità. Dwar dis-sitwazzjoni, din il-gazzetta kitbet fit-tul dwar kif Orsini qed jagħmel xogħol ta' president mingħajr mhuwa president uffiċjali minħabba s-sospensjoni tiegħu, biex b'hekk dan kien qed jitfa' r-reputazzjoni tal-futbol lokali f 'periklu. Sa it żmien ilu, Orsini kien qed iservi bħala l-President tal- klabb. Dan minkejja li kien qed jaffaċċja akkużi serji quddiem il-Qorti, peress li l-MFA trid tirrispetta l-prinċipju li wieħed huwa meqjus innoċenti sakemm ikun misjub ħati mill- Qrati. Dawn l-akkużi, li jmorru lura għall-2016, jinkludu l-użu ta' ismijiet u kwalifiki foloz, l-użu ta' dokumenti foloz, kif ukoll li għamel qligħ minn dawn l-atti. Huwa nstab ħati fi Frar tal- 2023, fejn ġie kkundannat għal tmintax-il xahar priġunerija sospiżi għal erba' snin. Ir-relazzjoni bejn Orsini u l-klabb tant hi viċin, li ristorant li għandu Orsini bl-isem ta' D'Orsini għandu l-istess indirizz tal-klabb, jiġifieri Triq Desain, Il-Birgu. Bażikament, Orsini huwa l-operatur tal- każin tal-klabb. Tant hu hekk, li l-faċċata tar-ristorant għandha tabella mdaqqsa bil-kliem 'Vittoriosa Stars FC'. Fuq il-karti, dan m'għadux uffiċjalment il-President tal- Klabb. Minkejja dan, huwa evidenti li, de facto, l-irwol ta' President kien qed jaqdih Daniel Orsini. Il-proġett ta' Santa Luċija FC

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 September 2023