Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533083
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' MARZU 2025 Fitch Ratings tagħti klassifika ta' A+ lil Malta ILENIA DEBONO Fitch Ratings, aġenzija tal-credit rating, ikkonfermat il-grad ta' A+ għall-ekonomija Maltija, waħda mill-aħjar klassifika tal-aġenzija. L-aġenzija ssemmi l-iżvilupp ekonomiku, income per capita għoli u sħubija fl-UE bħala r-raġunijiet għal dan il-grad għoli. Fitch tgħid ukoll li Malta għandha potenzjal għal-żvilupp kbir. Il-Fitch tirrapporta fuq r-rata tal-qgħad baxxa u stabbli. Ir- rapport ikompli jgħid li d-dejn tal-gvern jista jkun kaġun għall- ekonomija biex tirranka jew tinstabat. Innutat l-importanza li wieħed jikkontrolla dan id- dejn, kif ukoll fuq il-ġlieda kontra l-korruzjoni u l-governanza tajba. Tikkumenta wkoll fuq is-settur bankarju bħala wieħed stabbli b'waħda mill inqas ratios bejn self u deposits, kif ukoll kif il-bankijiet Maltin ibbenefikaw minn rata tal- interess għolja. Tagħlaq is-sezzjoni tal-bankijiet billi tgħarraf lil bankijiet bir-rati tal-interessi li ħa tinżel fiż-żona tal-ewro. Ir-rapport jinnota li jekk issir progress f 'problemi ta' governanza u iżjed żvilupp fil-Prodott Domestiku Gross per capita, Malta tista tilħaq il-grad li jmiss ta' AA. Barra minn hekk, l-istess rapport jagħmel referenza għall-excessive deficit procedures li fetħet il- Kummissjoni Ewropea kontra Malta sabiex id-deficit ta' Malta jinżel għat-2% skont il-Maastricht Criteria. Il-Fitch ratings tirrapporta fuq r-rata tal- qgħad baxxa u stabbli imma tgħud wkoll li d-dejn tal-gvern jista jkun kaġun għall- ekonomija biex jew tirranka jew tinstabat Fitch Ratings, aġenzija tal-credit rating, ikkonfermat il-grad ta' A+ għall-ekonomija Maltij